Mikea 3:1-12

3  U jien għedt: “Isimgħu, jekk jogħġobkom, intom il-​kapijiet taʼ Ġakobb u intom il-​kmandanti taʼ dar Israel.+ Ma jmisskomx tkunu tafu x’inhi l-​ġustizzja?+  Intom li tobogħdu dak li hu tajjeb+ u tħobbu l-​ħażen,+ li tisolħu l-​ġilda minn fuq in-​nies u laħamhom minn fuq għadamhom;+  intom dawk li kiltu laħam in-​nies tiegħi,+ u qaxxartulhom ġildhom minn fuqhom, u kissirtu biċċiet l-​għadam tagħhom, u farraktuhom bħal dak li jkun hemm f’borma kbira u bħal-​laħam ġo borma.+  Dakinhar huma jgħajtu lil Ġeħova għall-​għajnuna, imma ma jwiġibhomx.+ U jaħbi wiċċu minnhom dakinhar,+ skond il-​ħażen li wettqu f’għemilhom.+  “Hekk qal Ġeħova kontra l-​profeti li qed iġiegħlu lill-​poplu tiegħi jiżvija,+ li qed jigdmu bi snienhom,+ u li qed jgħajtu, ‘Sliem!’+ biex, meta xi ħadd ma jpoġġilhomx xi ħaġa f’ħalqhom, iħejju għall-​gwerra* kontrih,+  ‘Għalhekk, ikollkom il-​lejl,+ sabiex ma jkunx hemm viżjoni;+ u jkollkom id-​dlam, sabiex ma tipprattikawx it-​teħbir. U x-​xemx tinżel fuq il-​profeti, u l-​jum jiddallam għalihom.+  U l-​viżjonarji+ jkollhom għalxiex jistħu,+ u dawk li jeħbru+ jiddiżappuntaw ruħhom. U jkollhom jgħattu l-​mustaċċi,+ ilkoll kemm huma, għax m’hemm ebda tweġiba mingħand Alla.’”+  U jien, mill-​banda l-​oħra, sirt mimli qawwa, ġustizzja, u setgħa+ bl-​ispirtu taʼ Ġeħova, sabiex ngħid lil Ġakobb l-​irvell tiegħu u lil Israel id-​dnub tiegħu.+  Jekk jogħġobkom, isimgħu dan, intom il-​kapijiet taʼ dar Ġakobb u intom il-​kmandanti taʼ dar Israel,+ intom li tistmerru l-​ġustizzja u li tgħawġu saħansitra kulma hu dritt;+ 10  li tibnu lil Sijon bit-​tixrid taʼ demm u lil Ġerusalemm bl-​inġustizzja.+ 11  Il-kapijiet tagħha jixxaħħmu biex jagħmlu l-​ħaqq,+ u l-​qassisin tagħha jitolbu l-​ħlas biex jgħallmu,+ u l-​profeti tagħha jipprattikaw it-​teħbir għall-​flus;+ u fl-​istess ħin jibqgħu jistrieħu fuq Ġeħova u jgħidu: “Ġeħova mhux f’nofsna qiegħed?+ Ebda gwaj ma jiġi fuqna.”+ 12  Għalhekk, minħabba fikom Sijon għad tinħarat bħal għalqa, u Ġerusalemm għad issir ħerba sħiħa,+ u l-​muntanja tad-​dar tkun bħall-​postijiet għoljin taʼ foresta.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “iqaddsu l-​gwerra.”