Mikea 2:1-13

2  “Gwaj għal dawk li fuq is-​sodod tagħhom qed jippjanaw li jagħmlu l-​ħsara, u dawk li qed jipprattikaw il-​ħażen!+ Fid-​dawl taʼ fil-​għodu jagħmluh dan,+ għaliex għandhom is-​setgħa f’idejhom.+  U xtaqu għelieqi u ħatfuhom;+ kif ukoll djar, u ħaduhom; u imbroljaw lil raġel b’saħħtu u lil taʼ daru,+ lil raġel u l-​wirt tiegħu.+  “Għalhekk, dan qal Ġeħova, ‘Ara! Qed naħseb biex inġib gwaj+ kontra din il-​familja+ li intom ma tkunux tistgħu tevitawh,+ sabiex ma tkunux imkabbrin;+ għaliex dan hu żmien taʼ gwaj.+  Dakinhar ilissnu qawl+ dwarkom u jgħannu għanja taʼ niket, iva, lamentazzjoni.+ Ikollhom jgħidu: “Żgur li serqulna kollox!+ Ibiddel sehem il-​poplu tagħna.+ O kif qed jiħodhulna! L-​għelieqi tagħna jqassamhom lil min mhux leali.”  Għalhekk, ma jkollok lil ħadd fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova li jkejjel l-​art bil-​ħabel meta titqassam bix-​xorti.+  Tħabbrux intom.+ Huma jħabbru. Ma jħabbrux dwar dawn l-​affarijiet. L-​umiljazzjonijiet ma jitneħħewx.+  “‘Qed jingħad, O dar Ġakobb:+ “Jaqaw m’għadux kuntent l-​ispirtu taʼ Ġeħova, jew huma dawn l-​għemejjel tiegħu?”+ Ma jagħmilx ġid+ kliemi lil dak li jimxi b’mod rett?+  “‘U l-​bieraħ il-​poplu tiegħi qam bħala għadu veru.+ Minn fuq il-​quddiem taʼ libsa intom tneħħu t-​tiżjin maestuż, mingħand dawk li jkunu għaddejjin b’rashom mistrieħa, dawk li jkunu ġejjin lura mill-​gwerra.  In-nisa tal-​poplu tiegħi tkeċċuhom mid-​dar li hi l-​għaxqa tal-​mara. Minn fuq uliedha tieħdu l-​glorja li berikthom biha,+ għal żmien indefinit.+ 10  Qumu u morru,+ għaliex dan mhux post taʼ mistrieħ.+ Minħabba l-​fatt li ma baqgħetx nadifa,+ hemm it-​tifrik; u x-​xogħol tat-​tifrik hu taʼ wġigħ.+ 11  Jekk raġel, fieragħ u qarrieq, jgħid din il-​gidba:+ “Inħabbarlek dwar l-​inbid u dwar ix-​xorb li jsakkar,” hu jsir dak li jħabbar għal dan il-​poplu.+ 12  “‘Żgur li niġmaʼ lil Ġakobb, kollu kemm hu;+ żgur li niġmaʼ flimkien lil dawk li fadal minn Israel.+ Inqegħedhom flimkien, bħal merħla fil-​maqjel, bħal merħla f’nofs il-​mergħa tagħha;+ hemmhekk ikun storbjuż bil-​bnedmin.’+ 13  “Dak li jiftaħ it-​triq jitlaʼ quddiemhom:+ huma jgħaddu minnha. U jgħaddu minn bieb, u joħorġu minnu.+ U s-​sultan tagħhom jgħaddi quddiemhom, u Ġeħova fir-​ras tagħhom.”+

Noti taʼ taħt