Mikea 1:1-16

1  Il-kelma taʼ Ġeħova li ġiet lil Mikea+ minn Moreset, fi żmien Ġotam,+ Aħaż,+ u Ħeżekija,+ slaten taʼ Ġuda,+ u li hu ra f’viżjoni dwar is-​Samarija+ u Ġerusalemm:+  “Isimgħu, O popli, ilkoll kemm intom; oqgħod attenta, O art u kulma fik,+ u ħa jkun il-​Mulej Sovran Ġeħova xhud+ kontrikom, Ġeħova mit-​tempju qaddis tiegħu.+  Għax, ara, Ġeħova ħiereġ minn postu,+ u se jinżel u jirfes fuq il-​postijiet għoljin taʼ l-​art.+  U l-​muntanji jinħallu taħtu,+ u l-​pjanuri l-​baxxi jinferqu, bħax-​xamaʼ minħabba n-​nar,+ bħall-​ilmijiet li jgelglu maʼ xi niżla wieqfa.  “Dan kollu qed iseħħ minħabba l-​irvell taʼ Ġakobb, saħansitra minħabba d-​dnubiet taʼ dar Israel.+ X’inhu l-​irvell taʼ Ġakobb? Mhux is-​Samarija?+ U x’inhuma l-​postijiet għall-​qima* taʼ Ġuda?+ Mhux Ġerusalemm?  U s-​Samarija nagħmilha ħerba sħiħa fir-​rabaʼ+ u nagħmilha wkoll l-​oqsma fejn jitħawlu d-​dwieli; u ngerbeb ’l isfel fil-​wied il-​ġebel tagħha, u nikxfilha s-​sisien tagħha.+  U x-​xbihat minquxin tagħha jiġu mfarrkin kollha,+ u l-​għotjiet kollha li ngħatawlha bħala ħlasha jiġu maħruqin fin-​nar;+ u l-​idoli kollha tagħha nagħmilhom ħerba. Għax hi ġemmgħathom minn dak li ngħatat bħala l-​ħlas taʼ prostituta, u bħala l-​ħlas taʼ prostituta jerġgħu jingħataw.”+  Minħabba f’hekk innewwaħ u nibki;+ nimxi ħafi u għarwien.+ Innewwaħ bħax-​xakall, u ningħi bħan-​nagħma.  Għax il-​ġerħa tagħha ma titfejjaqx;+ għax waslet sa Ġuda,+ il-​marda waslet sa bieb il-​poplu tiegħi, sa Ġerusalemm.+ 10  “Ixxandruhiex ġo Gat; żgur li m’għandkomx tħalluhom jarawkom tibku.+ “F’dar Afra tmiegħku fit-​trab.+ 11  Għaddi ’l hemm, O abitanta taʼ Safir, b’għera tal-​mistħija.+ L-​abitanta taʼ Sanan ma ħarġitx. Bit-​tinwiħ, Bet-esel jieħu mingħandkom il-​post taʼ kenn tiegħu. 12  Għax l-​abitanta taʼ Marot stenniet it-​tajjeb,+ imma dak li hu ħażin niżel mingħand Ġeħova sa bieb Ġerusalemm.+ 13  Orbot il-​karru maż-​żwiemel, O abitanta taʼ Lakis.+ Il-​bidu tad-​dnub kienet din għal bint Sijon,+ għax fik instabu l-​irvellijiet taʼ Israel.+ 14  Għalhekk, int tagħti għotjiet tat-​tluq lil Moreset-gat.+ Id-​djar t’Akżib+ kienu bħal gidba għas-​slaten taʼ Israel. 15  Għad inġib kontrik lil min jiħodlok il-​proprjetà tiegħek,+ O abitanta taʼ Maresah.+ Saħansitra s’Għadullam+ għad tasal il-​glorja taʼ Israel. 16  Qaxxar xagħrek qargħa u tqarweż minħabba wliedek li kienu l-​għaxqa li ma bħalha tiegħek.+ Kabbar il-​qargħa taʼ rasek bħal dik taʼ l-​ajkla, għaliex telqulek fl-​eżilju.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.