Mattew 8:1-34

8  Wara li niżel minn fuq il-​muntanja marru warajh folol kbar.  U, ara, resaq lejh raġel marid bil-​ġdiem+ u miel quddiemu u qallu: “Mulej, jekk trid, tistaʼ tnaddafni.”  Għalhekk, ħareġ idu, messu, u qallu: “Irrid. Indaf.”+ U minnufih tnaddaf mill-​ġdiem tiegħu.+  Imbagħad Ġesù qallu: “Ara li ma tgħid lil ħadd,+ imma mur, uri ruħek lill-​qassis,+ u offri l-​għotja+ li ordna Mosè, bħala xiehda għalihom.”  Meta daħal Kafarnahum,+ ġie għandu fizzjal taʼ l-​armata* li talbu bil-​ħrara  u qallu: “Sinjur, il-​qaddej tiegħi jinsab mixħut id-​dar bil-​paralisi u hu muġugħ ħafna.”  Hu qallu: “Niġi u nfejqu.”  Il-fizzjal taʼ l-​armata wieġeb u qal: “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-​saqaf tiegħi, imma għid biss il-​kelma u l-​qaddej tiegħi jfiq.  Għax jien ukoll, għalkemm qiegħed taħt awtorità, għandi s-​suldati taħti, u lil wieħed ngħidlu, ‘Mur!’+ u jmur, u lil ieħor, ‘Ejja!’ u jiġi, u lill-​ilsir tiegħi, ‘Agħmel dan!’ u jagħmlu.” 10  Malli semaʼ dan, Ġesù baqaʼ mistagħġeb u qal lil dawk li marru warajh: “Ngħidilkom il-​verità, Fl-​ebda bniedem f’Israel ma sibt fidi daqshekk kbira.+ 11  Imma ngħidilkom li se jiġu ħafna mil-​lvant u mill-​punent+ u joqogħdu mal-​mejda m’Abraham u Iżakk u Ġakobb fis-​saltna+ tas-​smewwiet;+ 12  filwaqt li wlied is-​saltna+ se jintefgħu fid-​dlam taʼ barra. Hemmhekk se jibku u jgħażżu snienhom.”+ 13  Imbagħad Ġesù qal lill-​fizzjal taʼ l-​armata: “Mur. Ħa jsirlek skond il-​fidi li wrejt.”+ U l-​qaddej fieq dak il-​ħin. 14  Imbagħad Ġesù daħal għand Pietru u ra lill-​kunjata tiegħu+ mixħuta bid-​deni.+ 15  Għalhekk, messilha idha,+ u d-​deni ħallieha, u qamet u bdiet taqdih.+ 16  Malli sar fil-​għaxija ġabulu ħafna nies maħkumin mid-​demonji; u hu keċċa l-​ispirti b’kelma waħda, u fejjaq lil kulmin kien magħdur; 17  sabiex jitwettaq dak li ntqal mill-​profeta Isaija: “Hu stess ħa l-​weġgħat tagħna u ġarr il-​mard tagħna.”+ 18  Meta Ġesù ra folla madwaru, ordna biex jaqsmu għan-​naħa l-​oħra.+ 19  U resaq lejh skriba u qallu: “Għalliem, jien niġi warajk kulfejn tmur.”+ 20  Imma Ġesù qallu: “Il-​volpijiet għandhom l-​għerien u l-​għasafar tas-​sema għandhom il-​bejtiet, imma Bin il-​bniedem m’għandu mkien fejn imidd rasu.”+ 21  Imbagħad dixxiplu ieħor qallu: “Mulej, ħallini l-​ewwel immur nidfen lil missieri.” 22  Qallu Ġesù: “Ibqaʼ imxi warajja, u ħalli l-​mejtin jidfnu l-​mejtin tagħhom.”+ 23  U meta telaʼ fid-​dgħajsa,+ id-​dixxipli tiegħu marru warajh. 24  Issa, ara, qamet tempesta kbira fil-​baħar, tant li l-​mewġ beda jgħatti d-​dgħajsa; iżda hu kien rieqed.+ 25  U resqu lejh u qajmuh,+ waqt li qalulu: “Mulej, salvana, għax se nintilfu!” 26  Imma hu qalilhom: “Għalfejn qed tibżgħu, intom taʼ fidi żgħira?”+ Imbagħad qam, ċanfar l-​irjieħ u l-​baħar, u waqgħet kalma kbira.+ 27  Għalhekk, l-​irġiel baqgħu mistagħġbin u qalu: “Dan xi bniedem hu,+ biex saħansitra l-​irjieħ u l-​baħar jobduh?” 28  Meta wasal in-​naħa l-​oħra, fl-​art tal-​Gadarin,+ ħarġu minn qalb l-​oqbra tat-​tifkira żewġt irġiel maħkumin mid-​demonji+ u ltaqgħu miegħu. Dawn tant kienu feroċi li ħadd ma kellu l-​kuraġġ jgħaddi minn dik it-​triq. 29  U, ara, infexxew jgħajtu u jgħidu: “X’għandna x’naqsmu miegħek, Bin Alla?+ Ġejt hawn biex titturmentana+ qabel il-​waqt?”+ 30  Kien hemm ’il bogħod minnhom merħla kbira taʼ ħnieżer qed jirgħu. 31  Għalhekk, id-​demonji bdew jitolbuh bil-​ħrara: “Jekk tkeċċina, ibgħatna fil-​merħla tal-​ħnieżer.”+ 32  Għaldaqstant qalilhom: “Morru!” Huma ħarġu u daħlu fil-​ħnieżer; u, ara, il-​merħla kollha qabżet minn fuq l-​irdum għal ġol-​baħar u mietet fl-​ilma.+ 33  Ir-rgħajja ħarbu u daħlu fil-​belt, u rrakkontaw kollox, anki x’kien ġralhom l-​irġiel maħkumin mid-​demonji. 34  U, ara, il-​belt kollha ħarġet tiltaqaʼ maʼ Ġesù; u meta rawh, talbuh bil-​ħerqa biex jitlaq mid-​distretti tagħhom.+

Noti taʼ taħt

Jew, “ċenturjun,” jiġifieri, wieħed li jikkmanda 100 suldat.