Mattew 7:1-29

7  “Tibqgħux tiġġudikaw+ biex ma tiġux ġudikati;  għax bl-​istess ġudizzju li tiġġudikaw, tiġu ġudikati;+ u bil-​kejl li tkejlu, ikejlulkom.+  Għala, mela, tħares lejn it-​tibna f’għajn ħuk, imma ma tqisx it-​travu li għandek f’għajnek?+  Jew kif tistaʼ tgħid lil ħuk, ‘Ħallini nneħħilek it-​tibna minn għajnek’; meta, ara, int għandek travu f’għajnek?+  Ipokrita! L-​ewwel neħħi t-​travu minn għajnek, u mbagħad tara ċar kif tneħħi t-​tibna minn għajn ħuk.  “Tagħtux lill-​klieb+ dak li hu qaddis, lanqas tixħtu l-​perli tagħkom quddiem il-​ħnieżer, li ma jgħaffġuhomx+ taħt saqajhom u jduru għalikom u jqattgħukom.  “Ibqgħu itolbu,+ u jingħatalkom; ibqgħu fittxu, u ssibu; ibqgħu ħabbtu,+ u jinfetħilkom.  Għax kulmin jitlob jaqlaʼ,+ u kulmin ifittex isib, u kulmin iħabbat jinfetaħlu.  Tabilħaqq, min hu dak il-​bniedem fostkom li jekk ibnu+ jitolbu l-​ħobż jagħtih ġebla? 10  Jew, jekk forsi jitolbu ħuta jagħtih serp? 11  Għalhekk, jekk intom, għalkemm ħżiena,+ tafu tagħtu għotjiet tajbin lil uliedkom, kemm iktar Missierkom li hu fis-​smewwiet jagħti affarijiet tajbin+ lil dawk li jitolbuh! 12  “Għalhekk, kulma tridu li l-​bnedmin jagħmlulkom,+ intom tridu tagħmluh lilhom ukoll; fil-​fatt, dan ifissru l-​Liġi u l-​Profeti.+ 13  “Idħlu mill-​bieb id-​dejjaq;+ għax wiesgħa u spazjuża hi t-​triq li tieħu għall-​qerda, u ħafna jgħaddu minnha; 14  filwaqt li dejjaq hu l-​bieb u mħarbta hi t-​triq li tieħu għall-​ħajja, u ftit huma dawk li jsibuha.+ 15  “Ħarsu ruħkom mill-​profeti foloz+ li jiġu għandkom lebsin taʼ nagħaġ,+ imma minn ġewwa huma lpup imġewħin.+ 16  Mill-frott tagħhom tagħrfuhom.+ In-​nies ma jiġbrux l-​għeneb mix-​xewk jew it-​tin mill-​għollieq, hux tassew?+ 17  Bl-istess mod, kull siġra tajba tagħmel frott tajjeb, imma kull siġra mħassra tagħmel frott ħażin;+ 18  siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, lanqas siġra mħassra ma tistaʼ tagħmel frott tajjeb. 19  Kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tintefaʼ fin-​nar.+ 20  Għalhekk, mela, mill-​frott tagħhom tagħrfuhom.+ 21  “Mhux kulmin jgħidli, ‘Mulej, Mulej,’ jidħol fis-​saltna tas-​smewwiet, imma min jagħmel+ ir-​rieda taʼ Missieri li hu fis-​smewwiet.+ 22  Ħafna jgħiduli f’dak il-​jum, ‘Mulej, Mulej,+ mhux f’ismek ipprofetizzajna, u mhux f’ismek keċċejna d-​demonji, u mhux f’ismek+ wettaqna ħafna għemejjel setgħanin?’ 23  Imbagħad nistqarrilhom: Jien qatt ma kont nafkom!+ Itilqu minn quddiemi, intom li tiksru l-​liġi.+ 24  “Għalhekk, kulmin jismaʼ kliemi u jagħmlu jkun jixbah lil raġel għaqli, li bena daru fuq il-​blat.+ 25  U niżlet ix-​xita u ġie l-​għargħar u nefħu l-​irjieħ u ħabtu fuq dik id-​dar, imma ma ċedietx, għax il-​pedament tagħha kien fuq il-​blat. 26  Imma, kulmin jismaʼ kliemi u ma jagħmlux+ ikun jixbah lil raġel iblah,+ li bena daru fuq ir-​ramel. 27  U niżlet ix-​xita u ġie l-​għargħar u nefħu l-​irjieħ u ħabtu fuq dik id-​dar+ u ċediet, u l-​waqgħa tagħha kienet kbira.”+ 28  Issa, meta Ġesù temm dan id-​diskors, ġara li l-​folol baqgħu mistagħġbin+ bil-​mod kif għallimhom; 29  għax kien qed jgħallimhom bħal wieħed li għandu l-​awtorità,+ u mhux bħall-​iskribi tagħhom.

Noti taʼ taħt