Mattew 5:1-48

5  Meta ra l-​folol telaʼ fuq il-​muntanja; u wara li qagħad bil-​qiegħda d-​dixxipli tiegħu resqu lejh;  u fetaħ fommu u beda jgħallimhom u jgħid:  “Henjin dawk li huma konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom,+ għax tagħhom+ hi s-​saltna tas-​smewwiet.  “Henjin l-​imnikktin, għax għad jitfarrġu.+  “Henjin il-​ġwejdin,+ għax għad jirtu l-​art.+  “Henjin dawk li huma bil-​ġuħ u bil-​għatx+ għas-​sewwa, għax għad jimtlew.+  “Henjin dawk li jħennu,+ għax għad jintwerew ħniena.  “Henjin dawk taʼ qalbhom safja,+ għax għad jaraw lil Alla.+  “Henjin dawk li jġibu l-​paċi,+ għax għad jissejħu ‘wlied+ Alla.’ 10  “Henjin dawk li ġew persegwitati+ minħabba s-​sewwa, għax tagħhom hi s-​saltna tas-​smewwiet. 11  “Henjin intom meta n-​nies iżebilħukom+ u jippersegwitawkom+ u bil-​gideb jgħidu kull xorta taʼ ħażen kontrikom minħabba fija. 12  Thennew u aqbżu bil-​ferħ,+ għax il-​premju tagħkom+ hu kbir fis-​smewwiet; għax hekk kienu jippersegwitawhom lill-​profeti+ li ġew qabilkom. 13  “Intom il-​melħ+ taʼ l-​art; imma jekk il-​melħ jitlef it-​togħma tiegħu, kif se jerġaʼ jieħu l-​imluħa tiegħu? Ma jibqaʼ tajjeb għal xejn ħlief biex jintrema barra+ u jintrifes min-​nies. 14  “Intom id-​dawl tad-​dinja.+ Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. 15  In-nies ma jixegħlux musbieħ biex iqegħduh taħt xi qoffa,+ imma fuq il-​gandlier biex jiddi fuq dawk kollha fid-​dar. 16  Hekk għandu jiddi d-​dawl tagħkom+ quddiem il-​bnedmin, biex jaraw l-​għemejjel tajbin tagħkom+ u jagħtu glorja+ lil Missierkom li hu fis-​smewwiet. 17  “Taħsbux li ġejt biex neqred il-​Liġi+ jew il-​Profeti. Ma ġejtx biex neqred imma biex inwettaq;+ 18  għax tassew ngħidilkom li iktar jgħaddu+ malajr is-​sema u l-​art milli b’xi mod titneħħa mil-​Liġi l-​iċken ittra jew tikka minn ittra u ma jseħħx+ kollox. 19  Għalhekk, kulmin jikser+ wieħed minn dawn l-​iżgħar kmandamenti u lill-​bnedmin jgħallimhom hekk, se jissejjaħ ‘l-​iżgħar’ fejn għandha x’taqsam is-​saltna tas-​smewwiet.+ Iżda kulmin jagħmilhom u jgħallimhom+ se jissejjaħ ‘kbir’+ fejn għandha x’taqsam is-​saltna tas-​smewwiet. 20  Għax ngħidilkom li jekk is-​sewwa tagħkom ma joktorx iktar minn dak taʼ l-​iskribi u l-​Fariżej,+ bl-​ebda mod ma tidħlu+ fis-​saltna tas-​smewwiet. 21  “Smajtu li lil dawk taʼ żmien il-​qedem intqalilhom, ‘Toqtolx;+ imma kulmin joqtol+ irid jagħti kont lill-​qorti tal-​ġustizzja.’+ 22  Madankollu, jien ngħidilkom li kulmin jibqaʼ mgħaddab+ għal ħuh irid jagħti kont+ lill-​qorti tal-​ġustizzja; imma kulmin jgħid lil ħuh xi kelma taʼ disprezz li m’għandhiex tingħad irid jagħti kont lill-​Qorti Suprema; filwaqt li kulmin jgħidlu, ‘Iblah li ma tiswa għal xejn!’ se jkun qed jissogra li jieħu l-​kastig tan-​nar taʼ Geħenna.*+ 23  “Allura, jekk waqt li tkun qed iġġib l-​għotja tiegħek lejn l-​artal+ tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontrik,+ 24  itlaq l-​għotja tiegħek hemmhekk quddiem l-​artal, u mur l-​ewwel agħmel paċi maʼ ħuk,+ u mbagħad, meta tkun ġejt lura, offri l-​għotja tiegħek.+ 25  “Irranġa malajr maʼ min jiftaħ kawża kontrik fil-​qorti, waqt li tkunu għadkom sejrin hemmhekk, li ma jmurx dan+ jagħtik f’idejn l-​imħallef, u l-​imħallef f’idejn il-​marixxall, u tiġi mitfugħ il-​ħabs. 26  Tassew ngħidlek li żgur ma toħroġx minn hemmhekk qabel ma tkun ħallast sa l-​inqas ħabba.+ 27  “Smajtu li ntqal, ‘Tagħmilx adulterju.’+ 28  Imma jien ngħidilkom li kulmin jibqaʼ jħares lejn mara+ biex jixtieqha jkun diġà għamel adulterju+ magħha f’qalbu.+ 29  Issa, jekk għajnek il-​leminija qed tfixklek, aqlagħha u armiha ’l bogħod minnek,+ għax ikun aħjar għalik li titlef wieħed mill-​membri taʼ ġismek milli ġismek kollu jintefaʼ+ f’Geħenna. 30  Ukoll, jekk idek il-​leminija qed tfixklek, aqtagħha u armiha ’l bogħod minnek,+ għax ikun aħjar għalik li titlef wieħed mill-​membri taʼ ġismek milli ġismek kollu jispiċċa f’Geħenna. 31  “Iktar minn hekk intqal, ‘Kulmin jiddivorzja+ lil martu, ħa jagħtiha ċertifikat tad-​divorzju.’+ 32  Madankollu, jien ngħidilkom li kulmin jiddivorzja lil martu, ħlief minħabba ż-​żína,+ iqegħedha fil-​periklu li tagħmel adulterju,+ u kulmin jiżżewweġ mara li ġiet divorzjata b’dan il-​mod jagħmel adulterju.+ 33  “Jerġaʼ smajtu li lil dawk taʼ żmien il-​qedem intqalilhom, ‘Tiksirx il-​ħalfa+ li tagħmel, imma wettaq il-​wegħdi li tagħmel lil Ġeħova.’+ 34  Madankollu, jien ngħidilkom: Taħilfu+ b’xejn, la bis-​sema, għax hu t-​tron t’Alla,+ 35  la bl-​art, għax hi l-​banketta+ għal saqajh, u lanqas b’Ġerusalemm, għax hi l-​belt+ tas-​Sultan il-​kbir. 36  Lanqas b’rasek ma trid taħlef, għax int anqas biss xagħra waħda ma tistaʼ tagħmilha bajda jew sewda. 37  Iżda l-​kelma tagħkom Iva ħa tfisser Iva, u l-​Le, Le;+ għax dak li hu iżjed minn hekk ikun ġej mill-​Ħażin.+ 38  “Smajtu li ntqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna.’+ 39  Madankollu, jien ngħidilkom: Tirreżistux lil min hu mill-​agħar; imma kulmin jagħtik daqqa taʼ ħarta fuq ħaddek tal-​lemin,+ dawwarlu l-​ieħor ukoll. 40  U jekk xi ħadd ikun irid itellgħek il-​qorti biex jiħodlok il-​libsa, agħtih+ ukoll il-​mantar; 41  u jekk xi ħadd fl-​awtorità jġiegħlek timxi miegħu kilometru,* mur miegħu tnejn.+ 42  Agħti lil min jitolbok, u twarrabx minn min irid jissellef mingħandek mingħajr imgħax.+ 43  “Smajtu li ntqal, ‘Ħobb lill-​proxxmu tiegħek+ u obgħod lill-​għadu tiegħek.’+ 44  Madankollu, jien ngħidilkom: Komplu ħobbu lill-​għedewwa tagħkom+ u itolbu għal dawk li qed jippersegwitawkom;+ 45  sabiex turu li intom ulied Missierkom li hu fis-​smewwiet,+ għax hu jtellaʼ x-​xemx tiegħu fuq il-​ħżiena u fuq it-​tajbin u jniżżel ix-​xita fuq in-​nies sewwa u fuq dawk li m’humiex.+ 46  Għax jekk tħobbu lil min iħobbkom, xi premju għandkom?+ Mhux hekk ukoll jagħmlu l-​kolletturi tat-​taxxi? 47  U jekk issellmu lil ħutkom biss, x’qed tagħmlu speċjali? Mhux hekk ukoll jagħmlu n-​nies tal-​ġnus? 48  Kunu mela perfetti, bħalma hu perfett+ Missierkom tas-​sema.

Noti taʼ taħt

Ara Appendiċi 2.
Letteralment, “mil.” Mil Ruman taʼ 1,479.5 metri.