Mattew 4:1-25

4  Imbagħad Ġesù ttieħed mill-​ispirtu fix-​xagħri+ biex jiġi ttantat+ mix-​Xitan.  Wara li kien sam erbgħin jum u erbgħin lejl,+ qabdu l-​ġuħ.  U ġie t-​Tentatur+ u qallu: “Jekk int bin Alla,+ għid lil dan il-​ġebel isir ħobż.”  Imma hu wieġeb u qallu: “Hu miktub, ‘Il-​bniedem mhux bil-​ħobż biss jgħix, imma wkoll b’kull kelma li toħroġ minn fomm Ġeħova.’”+  Imbagħad ix-​Xitan ħadu miegħu ġewwa l-​belt qaddisa,+ u tellgħu fuq l-​ogħla ħajt tat-​tempju  u qallu: “Jekk int bin Alla, inxteħet għal isfel;+ għax hu miktub, ‘Hu jagħti kmand dwarek lill-​anġli tiegħu, u huma jġorruk fuq idejhom, biex ma taħbatx sieqek maʼ xi ġebla.’”+  Ġesù qallu: “Jerġaʼ hu miktub, ‘Tgħaddix lil Ġeħova Alla tiegħek minn prova.’”+  Mill-ġdid ix-​Xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, u wrieh is-​saltniet kollha tad-​dinja+ u l-​glorja tagħhom,  u qallu: “Dawn l-​affarijiet kollha nagħtihomlok+ jekk int tinxteħet fl-​art u tagħmilli att taʼ qima.”+ 10  Imbagħad Ġesù qallu: “Mur ’l hemm, Satana! Għax hu miktub, ‘Qim+ lil Ġeħova Alla tiegħek, u lilu biss+ agħti servizz sagru.’”+ 11  Imbagħad ix-​Xitan ħallieh,+ u, ara, ġew l-​anġli u bdew jaqduh.+ 12  Issa, meta semaʼ li Ġwanni kien ġie arrestat,+ irritorna lejn il-​Galilija.+ 13  U wara li telaq minn Nazaret, mar joqgħod Kafarnahum+ ħdejn il-​baħar fid-​distretti taʼ Żebulun u Naftali,+ 14  biex ikun jistaʼ jitwettaq dak li ntqal permezz tal-​profeta Isaija: 15  “O art taʼ Żebulun u art taʼ Naftali, fit-​triq taʼ mal-​baħar, fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan, il-​Galilija+ tal-​ġnus! 16  In-nies li qegħdin fid-​dlam+ raw dawl kbir,+ u dawk li qegħdin fl-​art taʼ dell il-​mewt, idda+ dawl+ fuqhom.” 17  Minn dak iż-​żmien ’il quddiem Ġesù beda jippriedka u jgħid: “Indmu,+ għax qorbot is-​saltna+ tas-​smewwiet.” 18  Waqt li kien miexi maʼ xatt il-​baħar* tal-​Galilija ra żewġ aħwa, Xmun+ li jgħidulu Pietru+ u ħuh Indrì, iniżżlu xibka tas-​sajd fil-​baħar, għax kienu sajjieda. 19  U qalilhom: “Ejjew warajja, u jien nagħmilkom sajjieda tal-​bnedmin.”+ 20  Mill-ewwel abbandunaw ix-​xbieki,+ u marru warajh. 21  Wara li telaq minn hemmhekk ra tnejn oħra+ li kienu aħwa, Ġakbu bin Żebedew+ u ħuh Ġwanni, fid-​dgħajsa maʼ missierhom Żebedew, isewwu x-​xbieki tagħhom, u sejħilhom. 22  Minnufih telqu d-​dgħajsa u lil missierhom, u marru warajh. 23  Imbagħad mar idur+ il-​Galilija+ kollha, jgħallem fis-​sinagogi tagħhom+ u jippriedka l-​aħbar tajba tas-​saltna u jfejjaq kull xorta taʼ mard+ u kull xorta taʼ nuqqas taʼ saħħa fost in-​nies. 24  U l-​aħbar dwaru xterdet mas-​Sirja+ kollha; u ġabulu lil dawk kollha li kienu magħdurin,+ imnikktin b’mard u wġigħ differenti, maħkumin mid-​demonji, epilettiċi,+ u paralitiċi, u hu fejjaqhom. 25  Għaldaqstant marru warajh folol kbar mill-​Galilija+ u mid-​Dekapoli* u minn Ġerusalemm+ u mil-​Lhudija u min-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan.

Noti taʼ taħt

Ara Nu 34:11, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “l-​għaxart ibliet.”