Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Mattew 28:1-20

28  Wara s-Sabat, meta kien qed jisbaħ fl-ewwel jum tal-ġimgħa, Marija l-Maddalena u Marija l-oħra ġew jaraw il-qabar.+  U, ara, seħħ terremot kbir; għax l-anġlu taʼ Ġeħova niżel mis-sema u resaq lejn il-ġebla, gerbibha, u qagħad bil-qiegħda fuqha.+  Minn barra kien jidher qisu sajjetta,+ u ħwejġu kienu bojod daqs is-silġ.*+  Iva, l-għassiesa tant beżgħu minnu li triegħdu u saru qishom mejtin.  Imbagħad, l-anġlu+ qal lin-nisa: “Tibżgħux, għax naf li qed tfittxu lil Ġesù+ li sammruh maʼ zokk.  Mhux qiegħed hawnhekk għax ġie mqajjem+ bħalma qal. Ejjew, araw il-post fejn kien qiegħed.  U morru malajr għidu lid-dixxipli tiegħu li ġie mqajjem+ mill-imwiet, u, ara, hu sejjer qabilkom fil-Galilija;+ tarawh hemmhekk. Ara! Jien għedtilkom.”+  Għalhekk, telqu malajr mill-qabar tat-tifkira, kollhom biżaʼ u ferħ kbir, u marru jiġru biex jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu.+  U, ara! Ġesù ltaqaʼ magħhom u qalilhom: “L-għodwa t-tajba!” Huma resqu lejh, qabdulu saqajh, u mielu quddiemu. 10  Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħux! Morru, agħtu l-aħbar lil ħuti,+ sabiex jitilqu lejn il-Galilija; jarawni hemmhekk.” 11  Huma u sejrin, ara, xi wħud mill-għassiesa+ daħlu l-belt u qalu b’dak kollu li kien ġara lill-qassisin ewlenin. 12  U dawn inġabru max-xjuħ u, wara li ftiehmu bejniethom, taw lis-suldati+ biżżejjed biċċiet tal-fidda 13  u qalulhom: “Għidu, ‘Id-dixxipli tiegħu+ ġew bil-lejl u serquh waqt li konna reqdin.’ 14  U jekk dan jasal f’widnejn il-gvernatur, nipperswaduh aħna u neħilsukom mill-inkwiet.” 15  Għalhekk, ħadu l-biċċiet tal-fidda u għamlu kif qalulhom; u din ix-xniegħa xterdet maʼ kullimkien fost il-Lhud sal-ġurnata taʼ llum. 16  Madankollu, il-ħdax-il dixxiplu marru fil-Galilija+ lejn il-muntanja fejn Ġesù kien ftiehem biex jiltaqaʼ magħhom,  17  u meta rawh mielu quddiemu, imma xi wħud iddubitaw.+ 18  U Ġesù resaq lejhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull awtorità+ fis-sema u fuq l-art. 19  Għalhekk, morru u agħmlu dixxipli+ min-nies tal-ġnus kollha,+ għammduhom+ fl-isem tal-Missier+ u taʼ l-Iben+ u taʼ l-ispirtu qaddis,+ 20  u għallmuhom+ josservaw+ dak kollu li ordnajtilkom.+ U, ara, jien magħkom+ il-jiem kollha sal-konklużjoni tas-sistema.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “borra.”