Mattew 26:1-75

26  Issa, meta temm jgħid dan kollu, Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu:  “Intom tafu li jumejn oħra l-​Qbiż,+ u Bin il-​bniedem se jingħata biex isammruh maʼ zokk.”+  Imbagħad il-​qassisin ewlenin u x-​xjuħ tal-​poplu nġabru fil-​bitħa tal-​qassis il-​kbir li kien jismu Kajfa,+  u ftiehmu bejniethom+ biex b’makakkerija jaqbdu lil Ġesù taħt idejhom u joqtluh.  Madankollu, bdew jgħidu: “Mhux fil-​festa, sabiex ma tqumx xi rewwixta fost il-​poplu.”+  Waqt li Ġesù kien Betanja+ għand Xmun l-​imġiddem,+  resqet fuqu mara b’vażett taʼ l-​alabastru b’żejt ifuħ+ li kien jiswa ħafna flus, u bdiet tferrgħu fuq rasu waqt li kien qiegħed mal-​mejda.  Malli raw dan id-​dixxipli xejn ma ħadu pjaċir u qalu: “Għala dan il-​ħela kollu?+  Għax dan setaʼ nbiegħ bl-​għoli u ngħata lill-​foqra.”+ 10  Billi ntebaħ b’dan,+ Ġesù qalilhom: “Għala qed tipprovaw taqilgħulha l-​inkwiet lil din il-​mara? Hi għamlet ħaġa tajba miegħi.+ 11  Għax il-​foqra+ dejjem magħkom, imma jien mhux dejjem se nkun magħkom.+ 12  Għax meta din il-​mara tefgħet dan iż-​żejt ifuħ fuq ġismi, hi għamlitu biex tħejjini għad-​difna.+ 13  Tassew ngħidilkom, Kulfejn tixxandar din l-​aħbar tajba fid-​dinja kollha, dak li għamlet din il-​mara jissemma wkoll b’tifkira tagħha.”+ 14  Imbagħad wieħed mit-​tnax, dak li jgħidulu Ġuda l-​Iskarjota,+ mar għand il-​qassisin ewlenin 15  u qalilhom: “X’tagħtuni biex nittradih u nagħtihulkom f’idejkom?”+ Huma wegħduh tletin biċċa tal-​fidda.+ 16  Għalhekk, minn dak il-​ħin ’il quddiem beda jfittex opportunità tajba biex jittradih.+ 17  Fl-ewwel jum* tal-​festa tal-​ħobż bla ħmira+ d-​dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek l-​ikla tal-​Qbiż?”+ 18  Qalilhom: “Idħlu l-​belt għand it-​Tali+ u għidulu, Qallek l-​Għalliem, ‘Wasalli ż-​żmien stabbilit; se niċċelebra l-​Qbiż mad-​dixxipli tiegħi f’darek.’”+ 19  U d-​dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù, u lestew kollox għall-​ikla tal-​Qbiż.+ 20  Issa, meta sar fil-​għaxija,+ hu kien qiegħed mal-​mejda mat-​tnax-il dixxiplu.+ 21  Waqt li kienu qed jieklu, qal: “Tassew ngħidilkom, Wieħed minnkom se jittradini.”+ 22  Għal dan tnikktu ħafna u kull wieħed minnhom beda jistaqsih: “Mulej, mhux jien, hux?”+ 23  Hu wieġeb u qalilhom: “Dak li jbill fl-​iskutella miegħi, dak se jittradini.+ 24  Veru, Bin il-​bniedem jitlaq, bħalma hu miktub+ dwaru, imma gwaj+ għal dak ir-​raġel li permezz tiegħu Bin il-​bniedem jiġi tradut!+ Kien ikun aħjar għalih kieku ma twilidx.” 25  Wieġeb Ġuda, li kien se jittradih, u qallu: “Jaqaw jien, Rabbi?” Qallu: “Int stess għedt.” 26  Huma u jieklu Ġesù ħa ħobża+ u, wara li qal talba, qasamha,+ ta lid-​dixxipli, u qal: “Ħudu, kulu. Dan il-​ħobż jirrappreżenta* ġismi.”+ 27  Ukoll, qabad kies+ u, wara li radd ħajr, tahulhom, u qal: “Ixorbu minnu, intom ilkoll;+ 28  għax dan jirrappreżenta+ d-​‘demm tiegħi+ tal-​patt,’+ li se jixxerred għal ħafna+ għall-​maħfra tad-​dnubiet.+ 29  Imma ngħidilkom, Żgur li minn issa ’l quddiem ma nixrobx iżjed minn dan il-​prodott tad-​dielja sa dak il-​jum meta nixorbu ġdid magħkom fis-​saltna taʼ Missieri.”+ 30  Fl-aħħar, wara li kantaw għanjiet taʼ tifħir,+ ħarġu lejn il-​Muntanja taż-​Żebbuġ.+ 31  Imbagħad Ġesù qalilhom: “Ilkoll kemm intom titfixklu minħabba dak li se ngħaddi minnu dan il-​lejl, għax hu miktub, ‘Nidrob lir-​ragħaj, u n-​nagħaġ tal-​merħla jitferrxu.’+ 32  Imma wara li niġi mqajjem, immur qabilkom fil-​Galilija.”+ 33  Imma Pietru wieġeb u qallu: “Għalkemm l-​oħrajn kollha jitfixklu minħabba dak li se tgħaddi minnu, jien m’iniex se nitfixkel!”+ 34  Qallu Ġesù: “Tassew ngħidlek, Dan il-​lejl, qabel ma jidden is-​serduq, int tiċħadni tliet darbiet.”+ 35  Qallu Pietru: “Anki jekk ikolli mmut miegħek, żgur ma niċħdekx.” Id-​dixxipli l-​oħrajn kollha wkoll qalu l-​istess ħaġa.+ 36  Imbagħad Ġesù wasal mad-​dixxipli tiegħu fil-​post+ li jgħidulu Ġetsemani u qalilhom: “Oqogħdu bil-​qiegħda hawn sakemm jien immur hemmhekk biex nitlob.”+ 37  U ħa miegħu lil Pietru u ż-​żewġ ulied+ taʼ Żebedew, u beda jitnikket u jinkwieta għall-​aħħar.+ 38  Imbagħad qalilhom: “Ruħi mnikkta ferm, għall-​mewt.+ Oqogħdu hawnhekk u ibqgħu għassa miegħi.”+ 39  U mexa ftit ’il quddiem, inxteħet wiċċu fl-​art, talab+ u qal: “Missier, jekk jistaʼ jkun, ħa jitwarrab minni dan il-​kies.+ Madankollu, mhux kif irrid jien,+ imma kif trid int.”+ 40  U ġie ħdejn id-​dixxipli u sabhom reqdin, u qal lil Pietru: “Ma stajtux tgħassu siegħa waħda miegħi?+ 41  Ibqgħu għassa+ u itolbu+ kontinwament, sabiex ma tidħlux fit-​tentazzjoni.+ Naturalment, l-​ispirtu hu ħerqan imma l-​laħam dgħajjef.”+ 42  Għat-tieni darba+ reġaʼ mar jitlob u qal: “Missier, jekk mhux possibbli li dan jitwarrab u jkolli nixorbu, ħa ssir ir-​rieda tiegħek.”+ 43  U reġaʼ ġie u sabhom reqdin, għax għajnejhom kienu tqal bin-​ngħas.+ 44  Għalhekk ħalliehom, u reġaʼ mar jitlob għat-​tielet darba,+ u għal darb’oħra qal l-​istess kliem. 45  Imbagħad ġie ħdejn id-​dixxipli u qalilhom: “F’mument bħal dan qed torqdu u tieħdu l-​mistrieħ tagħkom! Ara! Qorbot is-​siegħa biex Bin il-​bniedem jiġi tradut u jingħata f’idejn il-​midinbin.+ 46  Qumu, ejja mmorru. Ara! It-​traditur tiegħi qorob.”+ 47  U waqt li kien għadu qed jitkellem, ara, ġie Ġuda,+ wieħed mit-​tnax, u miegħu folla kbira, bis-​sjuf+ u l-​bsaten, mingħand il-​qassisin ewlenin u x-​xjuħ tal-​poplu.+ 48  Issa t-​traditur tiegħu kien tahom sinjal u qalilhom: “Lil dak li nbus, ikun hu; arrestawh.”+ 49  U mar dritt fuq Ġesù u qallu: “Is-​sliem għalik, Rabbi!”+ u biesu+ b’tenerezza kbira. 50  Imma Ġesù+ qallu: “Sieħeb, għalfejn qiegħed hawnhekk?” Imbagħad resqu, ħatfu lil Ġesù, u arrestawh.+ 51  Imma, ara, wieħed minn dawk li kienu maʼ Ġesù ħareġ idu, silet is-​sejf, u darab lill-​ilsir tal-​qassis il-​kbir u qatagħlu widintu.+ 52  Imbagħad Ġesù qallu: “Erġaʼ daħħal sejfek f’postu,+ għax kulmin jaqbad is-​sejf, bis-​sejf jinqered.+ 53  Jew taħseb li ma nistax nitlob bil-​ħrara lil Missieri biex issa stess jipprovdili iktar minn tnax-il leġjun t’anġli?+ 54  Imma f’dak il-​każ, kif isseħħ l-​Iskrittura li tgħid li hekk għandu jsir?” 55  Dak il-​ħin Ġesù qal lill-​folol: “Ħriġtu bis-​sjuf u l-​bsaten qisu kontra xi ħalliel biex tarrestawni?+ Kuljum kont inkun bil-​qiegħda fit-​tempju+ ngħallem, iżda m’arrestajtunix. 56  Imma dan kollu seħħ biex jitwettaq+ dak li kitbu l-​profeti.” Imbagħad id-​dixxipli kollha abbandunawh u ħarbu.+ 57  Dawk li arrestaw lil Ġesù ħaduh għand Kajfa+ l-​qassis il-​kbir, fejn kienu miġburin l-​iskribi u x-​xjuħ.+ 58  Imma Pietru baqaʼ miexi warajh mill-​bogħod, sal-​bitħa+ tal-​qassis il-​kbir, u, wara li daħal, qagħad bil-​qiegħda mal-​qaddejja tad-​dar biex jara x’se jiġri.+ 59  Sadanittant, il-​qassisin ewlenin u s-​Sinedriju kollu kienu qed ifittxu xiehda falza kontra Ġesù sabiex jagħtuh il-​mewt,+ 60  imma ma sabux, għalkemm resqu ħafna xhieda foloz.+ Iktar tard resqu tnejn 61  u qalu: “Dan ir-​raġel qal, ‘Jien kapaċi nġarraf it-​tempju t’Alla u nibnih fi tlett ijiem.’”+ 62  Għal dan, il-​qassis il-​kbir qam bil-​wieqfa u qallu: “Ma twieġeb xejn? X’qed jixhdu dawn kontrik?”+ 63  Imma Ġesù baqaʼ sieket.+ Għalhekk, il-​qassis il-​kbir qallu: “Inġiegħlek taħlef+ bl-​Alla l-​ħaj biex tgħidilna jekk intix il-​Kristu,+ Bin Alla!” 64  Qallu+ Ġesù: “Int stess għedtu.+ Iżda ngħidilkom, Minn issa ’l quddiem+ se taraw lil Bin il-​bniedem+ bil-​qiegħda fuq il-​lemin+ tal-​qawwa u ġej fuq is-​sħab tas-​sema.”+ 65  Imbagħad il-​qassis il-​kbir ċarrat ħwejġu u qal: “Qed jidgħi!+ X’għandna bżonnhom iktar ix-​xhieda?+ Ara! Issa smajtuha d-​dagħwa.+ 66  X’taħsbu?” Wiġbuh: “Ħaqqu l-​mewt.”+ 67  Imbagħad beżqulu f’wiċċu+ u tawh+ bil-​ponn. Oħrajn tawh daqqiet taʼ ħarta,+ 68  u qalulu: “Ipprofetizzalna, ja Kristu.+ Min tak din id-​daqqa?”+ 69  Issa Pietru kien bil-​qiegħda barra fil-​bitħa; u resqet fuqu qaddejja u qaltlu: “Int ukoll kont maʼ Ġesù l-​Galilew!”+ 70  Imma hu ċaħad quddiemhom ilkoll u qal: “Ma nafx fuqiex qed titkellem.” 71  Wara mar ħdejn il-​kanċell u ratu oħra li qalet lil dawk li kienu hemmhekk: “Dan ir-​raġel kien maʼ Ġesù n-​Nazzarenu.”+ 72  U reġaʼ ċaħad b’ħalfa: “Ma nafux lil dak ir-​raġel!”+ 73  Wara ftit, dawk li kienu hemmhekk resqu fuq Pietru u qalulu: “Żgur li int ukoll wieħed minnhom, għax, fil-​fatt, id-​djalett tiegħek jikxfek.”+ 74  Imbagħad beda jisħet u jaħlef: “Ma nafux lil dak ir-​raġel!” U minnufih is-​serduq idden.+ 75  U Pietru ftakar f’dak li qallu Ġesù, jiġifieri: “Qabel ma jidden is-​serduq, int tiċħadni tliet darbiet.”+ U ħareġ barra u beka biki taʼ mrar.+

Noti taʼ taħt

Jew, “Fil-​jum taʼ qabel.” Fi żmien Ġesù, il-​jum tal-​Qbiż ġeneralment kien jitqies bħala l-​ewwel jum tal-​Festa tal-​Ħobż bla Ħmira.
Letteralment, “hu.” Bil-​Grieg, estin, fis-​sens taʼ jirrappreżenta, jissimbolizza.