Mattew 24:1-51

24  Issa Ġesù telaq mit-​tempju, imma fit-​triq id-​dixxipli tiegħu resqu lejh sabiex juruh il-​bini tat-​tempju.+  Għaldaqstant qalilhom: “Qed tarawh dan kollu? Tassew ngħidilkom, Żgur li hawnhekk ma titħalliex ġebla fuq oħra li ma tiġġarrafx.”+  Waqt li kien bil-​qiegħda fuq il-​Muntanja taż-​Żebbuġ, id-​dixxipli resqu lejh kif kien waħdu u qalulu: “Għidilna, Dan meta se jseħħ, u x’se jkun is-​sinjal tal-​preżenza tiegħek+ u tal-​konklużjoni tas-​sistema?”+  U Ġesù wieġeb u qalilhom: “Oqogħdu attenti li ħadd ma jqarraq bikom;+  għax ħafna jiġu f’ismi u jgħidu, ‘Jien il-​Kristu,’ u jqarrqu b’ħafna.+  Se tisimgħu bi gwerer u aħbarijiet taʼ gwerer; araw li ma titwerwrux. Għax dan irid iseħħ, imma ma jkunx għadu t-​tmiem.+  “Għax ġens iqum kontra ġens+ u saltna kontra saltna,+ u jkun hemm nuqqas taʼ ikel+ u terremoti+ f’post wara l-​ieħor.  Dan kollu hu l-​bidu taʼ l-​uġigħ, bħall-​uġigħ tal-​ħlas.  “Imbagħad jagħtukom f’idejn min iġegħelkom issofru+ u joqtlukom,+ u tkunu mibgħudin+ mill-​ġnus kollha minħabba ismi.+ 10  Imbagħad, ukoll, ħafna jitfixklu+ u jittradixxu lil xulxin u jobogħdu lil xulxin.+ 11  U jqumu ħafna profeti foloz+ u jqarrqu b’ħafna;+ 12  u minħabba li jiżdied il-​ħażen+ tibred l-​imħabba tal-​biċċa l-​kbira min-​nies.+ 13  Imma min jissaporti+ sat-​tmiem jiġi salvat.+ 14  U din l-​aħbar tajba+ tas-​saltna+ tiġi pridkata fl-​art abitata kollha bħala xiehda lill-​ġnus kollha;+ u mbagħad jiġi t-​tmiem.+ 15  “Għalhekk, meta taraw wieqfa f’post qaddis+ il-​ħaġa moqżieża+ li ġġib ħerba u li tkellem dwarha l-​profeta Danjel (ħa juża moħħu l-​qarrej), 16  imbagħad dawk li jkunu fil-​Lhudija ħa jibdew jaħarbu+ lejn il-​muntanji. 17  Min ikun fuq il-​bejt ħa ma jinżilx biex jieħu l-​affarijiet minn daru; 18  u min ikun fl-​għalqa ħa ma jerġax lura lejn id-​dar biex jieħu l-​mantar tiegħu. 19  Gwaj għan-​nisa tqal u għal dawk li jreddgħu f’dawk il-​jiem!+ 20  Ibqgħu itolbu biex il-​ħarba tagħkom ma tkunx fix-​xitwa, lanqas f’jum is-​Sabat; 21  għax imbagħad ikun hemm tribulazzjoni kbira+ li qatt ma kien hawn bħalha mill-​bidu tad-​dinja s’issa,+ le, lanqas jerġaʼ jkun hawn. 22  Fil-fatt, kieku dawk il-​jiem ma jitqassrux, ebda bniedem ma jiġi salvat; imma minħabba l-​magħżulin+ dawk il-​jiem jitqassru.+ 23  “Imbagħad jekk xi ħadd jgħidilkom, ‘Ara! Hawn qiegħed il-​Kristu,’+ jew, ‘Hemm!’ temmnuhx.+ 24  Għax iqumu Kristijiet foloz+ u profeti foloz+ u jagħmlu sinjali kbar+ u għeġubijiet biex iqarrqu, jekk jistaʼ jkun, saħansitra bil-​magħżulin.+ 25  Ara! Wissejtkom minn qabel.+ 26  Għalhekk, jekk jgħidulkom, ‘Ara! Qiegħed fix-​xagħri,’ toħorġux; ‘Ara! Qiegħed fil-​kmamar taʼ ġewwa,’ temmnux.+ 27  Għax bħalma sajjetta+ toħroġ mil-​lvant u tiddi fuq il-​punent, hekk se tkun+ il-​preżenza taʼ Bin il-​bniedem. 28  Kulfejn ikun hemm il-​ġisem mejjet, hemmhekk l-​ajkli+ jinġemgħu flimkien.+ 29  “Minnufih wara t-​tribulazzjoni taʼ dawk il-​jiem ix-​xemx tiddallam,+ u l-​qamar+ ma jagħtix dawl, u l-​kwiekeb jaqgħu mis-​sema, u l-​qawwiet tas-​smewwiet jitheżżu.+ 30  Imbagħad jidher fis-​sema s-​sinjal taʼ Bin il-​bniedem,+ u mbagħad it-​tribujiet kollha taʼ l-​art jibku u jħabbtu fuq sidirhom,+ u jaraw lil Bin il-​bniedem ġej fuq is-​sħab tas-​sema b’qawwa u glorja kbira.+ 31  U jibgħat lill-​anġli tiegħu b’ħoss kbir taʼ trumbetta,+ u jiġbru flimkien il-​magħżulin tiegħu+ mill-​erbat irjieħ,+ minn tarf sa tarf tas-​smewwiet. 32  “Issa tgħallmu dan il-​punt bħala tixbiha mis-​siġra tat-​tin: Hekk kif il-​fergħa ġdida tagħha tkun għadha ratba u toħroġ il-​weraq, tkunu tafu li qorob is-​sajf.+ 33  Hekk ukoll intom, meta taraw dan kollu, kunu afu li hu qrib, fil-​bieb.+ 34  Tassew ngħidilkom li din il-​ġenerazzjoni+ żgur ma tgħaddix sakemm iseħħ dan kollu. 35  Is-sema u l-​art jgħaddu,+ imma kliemi żgur ma jgħaddix.+ 36  “Imma dak il-​jum u s-​siegħa+ ma jafhom ħadd, la l-​anġli tas-​smewwiet u lanqas l-​Iben, ħlief il-​Missier.+ 37  Għax bħalma kienu jiem Noè,+ hekk tkun+ il-​preżenza taʼ Bin il-​bniedem. 38  Għax bħalma f’dawk il-​jiem qabel id-​dilluvju kienu jieklu u jixorbu, irġiel jiżżewġu u nisa jingħataw fiż-​żwieġ, sal-​jum li Noè+ daħal fl-​arka;+ 39  u ma tawx kas sakemm ġie d-​dilluvju u kinishom ilkoll,+ hekk tkun il-​preżenza taʼ Bin il-​bniedem. 40  Imbagħad żewġt irġiel ikunu fl-​għalqa: wieħed jittieħed u l-​ieħor jiġi abbandunat; 41  żewġ nisa jkunu qed jitħnu:+ waħda tittieħed u l-​oħra tiġi abbandunata.+ 42  Għalhekk, ibqgħu għassa, għax ma tafux f’liema jum ġej+ il-​Mulej tagħkom. 43  “Imma kunu afu dan, li kieku sid id-​dar kien jaf f’liema għassa kien ġej il-​ħalliel,+ kien jibqaʼ mqajjem u ma jħallix daru tinsteraq. 44  Għalhekk, uru li intom lesti wkoll,+ għax f’siegħa li ma tistennewhiex ġej Bin il-​bniedem. 45  “Min hu tassew l-​ilsir+ leali* u għaqli li sidu ħatru fuq il-​qaddejja taʼ daru, biex jagħtihom l-​ikel fiż-​żmien xieraq?+ 46  Hieni+ hu dak l-​ilsir li sidu, meta jasal, isibu jagħmel hekk! 47  Tassew ngħidilkom, Hu jaħtru fuq kulma għandu.+ 48  “Imma jekk xi darba l-​ilsir mill-​agħar jgħid f’qalbu,+ ‘Sidi qed jiddawwar,’+ 49  u jibda jsawwat lill-​ilsiera sħabu u jiekol u jixrob mas-​sakranazzi, 50  jiġi sid dak l-​ilsir f’jum li ma jistenniehx u f’siegħa+ li ma jafhiex, 51  u jikkastigah bl-​akbar ħruxija+ u jagħtih sehmu maʼ l-​ipokriti. Hemmhekk se jibki u jgħażżaż snienu.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “fidil.”