Mattew 2:1-23

2  Wara t-​twelid taʼ Ġesù f’Betlehem+ tal-​Lhudija fi żmien is-​sultan Erodi,*+ ara, astroloġi+ mil-​lvant ġew Ġerusalemm,  u qalu: “Fejn hu s-​sultan+ tal-​Lhud li twieled? Għax rajna l-​kewkba tiegħu+ meta konna fil-​lvant, u ġejna nuruh rispett.”  Malli semaʼ dan is-​Sultan Erodi tħawwad, u Ġerusalemm kollha miegħu.  Laqqaʼ flimkien lill-​qassisin ewlenin u lill-​iskribi kollha tal-​poplu biex jitkixxef mingħandhom fejn kellu jitwieled il-​Kristu.*  Huma qalulu: “F’Betlehem+ tal-​Lhudija; għax hekk inkiteb permezz tal-​profeta,  ‘U int, O Betlehem+ taʼ l-​art taʼ Ġuda, bl-​ebda mod m’int l-​inqas belt fost il-​ħakkiema taʼ Ġuda; għax minnek joħroġ ħakkiem,+ li jirgħa+ lill-​poplu tiegħi, Israel.’”  Imbagħad Erodi bagħat għall-​astroloġi bil-​moħbi u tkixxef bir-​reqqa mingħandhom iż-​żmien meta dehret il-​kewkba;  bagħathom lejn Betlehem, u qalilhom: “Morru fittxu bir-​reqqa lit-​tifel, u meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll inkun nistaʼ mmur nurih rispett.”+  Wara li semgħu kliem is-​sultan, telqu għal triqithom; u, ara, il-​kewkba li kienu raw meta kienu fil-​lvant+ imxiet qabilhom, sakemm waqfet fejn kien hemm it-​tifel ċkejken. 10  Malli raw il-​kewkba tieqaf riedu jtiru bil-​ferħ. 11  U x’ħin daħlu fid-​dar raw lit-​tifel m’ommu Marija, u nxteħtu fl-​art biex juruh rispett. Fetħu wkoll it-​teżori tagħhom u tawh xi rigali, deheb, inċens, u mirra. 12  Madankollu, peress li f’ħolma ngħataw twissija+ minn Alla biex ma jerġgħux lura għand Erodi, irritornaw lejn pajjiżhom minn triq oħra. 13  Wara li telqu, ara, l-​anġlu+ taʼ Ġeħova deher f’ħolma lil Ġużeppi, u qallu: “Qum, ħu lit-​tifel u lil ommu u aħrab lejn l-​Eġittu, u ibqaʼ hemmhekk sakemm ngħidlek; għax Erodi se jfittex lit-​tifel biex jeqirdu.” 14  Għalhekk, qam u matul il-​lejl ħa miegħu lit-​tifel u lil ommu u telaq lejn l-​Eġittu, 15  u baqaʼ hemmhekk sal-​mewt t’Erodi, sabiex jitwettaq+ dak li qal Ġeħova permezz tal-​profeta tiegħu: “Mill-​Eġittu+ sejjaħt lil ibni.” 16  Imbagħad Erodi, malli ra li l-​astroloġi kienu daħqu bih, għadab bl-​ikrah, u bagħat joqtol f’Betlehem u fid-​distretti kollha tagħha lis-​subien kollha minn sentejn ’l isfel, skond iż-​żmien li kien tkixxef bir-​reqqa mingħand l-​astroloġi.+ 17  U hekk twettaq dak li ntqal permezz tal-​profeta Ġeremija: 18  “F’Rama+ nstemaʼ leħen, biki u ħafna lfiq; kienet Rakele+ qed tibki lil uliedha, u ma riditx titfarraġ, għax m’għadhomx iżjed.” 19  Meta miet Erodi, ara, l-​anġlu taʼ Ġeħova deher f’ħolma+ lil Ġużeppi fl-​Eġittu 20  u qallu: “Qum, ħu lit-​tifel u lil ommu u itlaq lejn l-​art taʼ Israel, għax dawk li pprovaw jieħdu l-​ħajja* tat-​tifel mietu.” 21  Għalhekk, qam u ħa lit-​tifel u lil ommu u daħal fl-​art taʼ Israel. 22  Imma meta semaʼ li Arkelaw kien qed isaltan fil-​Lhudija minflok missieru Erodi, beżaʼ jmur hemmhekk. Iktar minn hekk, peress li f’ħolma+ ngħata twissija minn Alla, telaq lejn it-​territorju tal-​Galilija,+ 23  u mar joqgħod f’belt jisimha Nazaret,+ sabiex jitwettaq dak li ntqal permezz tal-​profeti: “Jissejjaħ Nazzarenu.”+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, Erodi l-​Kbir.
Il-kelma “Kristu” (sinonima mal-​kelma Ebrajka maxiah) meta tintuża fit-​test Grieg tal-​Bibbja b’referenza għal Ġesù hija titlu li jfisser “Midluk, Messija,” mhux isem persunali.
Letteralment, “li fittxew ir-​ruħ.”