Mattew 18:1-35

18  Dak il-​ħin id-​dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Min tassew hu l-​akbar fis-​saltna tas-​smewwiet?”+  Għalhekk, sejjaħ ħdejh tifel żgħir, qiegħdu f’nofshom,+  u qal: “Tassew ngħidilkom, Jekk ma tinbidlux u ma ssirux bħal tfal żgħar,+ żgur li ma tidħlux fis-​saltna tas-​smewwiet.+  Għalhekk, kulmin jumilja+ ruħu bħal dan it-​tifel hu l-​akbar fis-​saltna tas-​smewwiet;+  u kulmin jilqaʼ tifel bħal dan f’ismi jilqaʼ lili wkoll.+  Imma kulmin ifixkel lil wieħed minn dawn iċ-​ċkejknin li jpoġġu l-​fidi fija jkun aħjar għalih li jdendlulu m’għonqu ġebla taʼ mitħna,+ bħal dik li jdawwar ħmar, u jgħarrquh f’baħar miftuħ.+  “Gwaj għad-​dinja minħabba t-​tfixkil! Naturalment, tfixkil żgur li se jkun hawn,+ imma gwaj għall-​bniedem li jġib it-​tfixkil!+  Mela, jekk idek jew sieqek qed tfixklek, aqtagħha barra u armiha ’l bogħod minnek;+ ikun aħjar għalik li tidħol immankat jew zopp fil-​ħajja milli jitfgħuk b’idejk it-​tnejn jew b’saqajk it-​tnejn fin-​nar taʼ dejjem.+  Ukoll, jekk għajnek qed tfixklek, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek; ikun aħjar għalik li tidħol b’għajn waħda fil-​ħajja milli jitfgħuk b’għajnejk it-​tnejn f’Geħenna*+ tan-​nar. 10  Araw li ma tistmerrux lil xi wieħed minn dawn iċ-​ċkejknin; għax ngħidilkom li l-​anġli tagħhom+ fis-​sema dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-​sema.+ 11 * —— 12  “X’taħsbu intom? Jekk raġel ikollu mitt nagħġa u tintilef waħda minnhom,+ ma jħallix hu lid-​disgħa u disgħin fuq il-​muntanji u jitlaq ifittex lil dik li ntilfitlu?+ 13  U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom li jifraħ biha iktar milli bid-​disgħa u disgħin li ma ntilfux.+ 14  Bl-istess mod, Missieri li hu fis-​sema ma jridx li jinqered+ wieħed minn dawn iċ-​ċkejknin. 15  “Ukoll, jekk ħuk jagħmel dnub, mur sibu waħdu+ u urih l-​iżball tiegħu. Jekk jismaʼ minnek, tkun ksibt lura lil ħuk.+ 16  Imma jekk ma jismax, ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, sabiex kull ħaġa tkun stabbilita minn fomm żewġ xhieda jew tlieta.+ 17  Jekk ma jismax minnhom, kellem lill-​kongregazzjoni. Jekk lanqas mill-​kongregazzjoni ma jismaʼ, ħa jkun għalik bħal raġel mill-​ġnus+ u bħal kollettur tat-​taxxi.+ 18  “Tassew ngħidilkom, Kulma torbtu fuq l-​art ikun marbut fis-​sema, u kulma tħollu fuq l-​art ikun maħlul fis-​sema.+ 19  Tassew ngħidilkom ukoll, Jekk tnejn minnkom fuq l-​art jiftiehmu bejniethom biex jitolbu dwar xi ħaġa importanti, din isseħħilhom bis-​saħħa taʼ Missieri tas-​sema.+ 20  Għax fejn hemm tnejn jew tlieta miġburin flimkien f’ismi,+ jien inkun hemmhekk f’nofshom.”+ 21  Imbagħad resaq Pietru u qallu: “Mulej, kemm-il darba jistaʼ ħija jidneb kontrija u naħfirlu?+ Sa sebaʼ darbiet?”+ 22  Ġesù qallu: “Ma ngħidlekx, Sa sebaʼ darbiet, imma, Sa sebgħa u sebgħin darba.+ 23  “Huwa għalhekk li s-​saltna tas-​smewwiet saret bħal wieħed sultan+ li ried jirranġa l-​kontijiet+ maʼ l-​ilsiera tiegħu. 24  Kif beda, ġabulu raġel li kellu jagħtih għaxart elef talent [=60,000,000 dinar].* 25  Imma peress li ma kellux il-​mezzi biex iħallashom lura, sidu ordna li jinbiegħu hu, martu, uliedu, u kulma kellu biex isir il-​ħlas.+ 26  Għalhekk, l-​ilsir inxteħet fl-​art quddiemu u beda jgħidlu, ‘Ħu paċenzja bija u nagħtik kollox lura.’ 27  Għal dan, sid dan l-​ilsir ħassu mqanqal u tħassru, ħallieh imur,+ u ħafirlu d-​dejn tiegħu.+ 28  Imma dan l-​ilsir ħareġ u sab lil wieħed mill-​ilsiera sħabu li kellu jagħtih mitt dinar;+ ħatfu minn għonqu u beda jifgah u jgħidlu, ‘Ħallas lura dak kollu li għandek tagħti.’ 29  Għalhekk, l-​ilsir sieħbu nxteħet fl-​art u beda jitolbu bil-​ħrara u jgħidlu: ‘Ħu paċenzja bija+ u nagħtik kollox lura.’ 30  Madankollu, hu ma riedx, imma telaq u tefgħu l-​ħabs sakemm iħallas lura dak li kellu jagħtih. 31  Għalhekk, meta l-​ilsiera sħabu raw x’kien ġara, iddispjaċiehom ferm u marru u għarrfu lil sidhom b’kulma kien ġara.+ 32  Imbagħad sidu bagħat għalih u qallu, ‘Ilsir mill-​agħar, jien ħfirtlek dak id-​dejn kollu meta tlabtni bil-​ħrara. 33  Ma messekx int, mill-​banda l-​oħra, ġietek ħniena+ mill-​ilsir sieħbek, bħalma jien ukoll ġietni ħniena minnek?’+ 34  U sidu għadab bl-​ikrah+ għalih u tah f’idejn il-​kalzriera sakemm iħallas lura dak kollu li kellu jagħti. 35  Hekk ukoll+ jagħmlilkom Missieri tas-​sema jekk ma taħfrux minn qalbkom kull wieħed lil ħuh.”+

Noti taʼ taħt

Ara Appendiċi 2.
Ara Mt 17:21, in-​nota taʼ taħt.
Dinar kien munita Rumana tal-​fidda li kienet tiżen 3.85 grammi u kienet ekwivalenti għall-​paga taʼ ġurnata. Qabbel Mt 20:2.