Mattew 16:1-28

16  Imbagħad resqu lejh il-​Fariżej+ u s-​Sadduċej biex jipprovawh u talbuh jurihom sinjal mis-​sema.+  Wieġeb u qalilhom: “[[Meta jasal fil-​għaxija intom imdorrijin tgħidu, ‘Se jkun temp sabiħ, għax is-​sema aħmar nar’;  u fil-​għodu, ‘Se jkun temp ikrah u bix-​xita llum, għax is-​sema aħmar nar, imma mdallam.’ Intom tafu tinterpretaw id-​dehra tas-​sema imma ma tafux tinterpretaw+ is-​sinjali taż-​żminijiet.]]  Ġenerazzjoni mill-​agħar u adultera tibqaʼ tfittex sinjal, imma ebda sinjal ma jingħatalha+ ħlief dak taʼ Ġona.”+ B’dan telaq u ħalliehom.+  Issa d-​dixxipli qasmu għan-​naħa l-​oħra u nsew jieħdu l-​ħobż magħhom.+  Ġesù qalilhom: “Żommu għajnejkom miftuħin u oqogħdu attenti mill-​ħmira tal-​Fariżej u s-​Sadduċej.”+  Għalhekk, bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu: “Ma ħadniex ħobż magħna.”  Peress li kien jaf dan, Ġesù qal: “Għala qed tirraġunaw hekk bejnietkom, għax m’għandkomx ħobż, intom taʼ fidi żgħira?+  Għadkom m’intomx qed tifhmu, jew ma tiftakrux il-​ħames ħobżiet fil-​każ tal-​ħamest elef u kemm-il qoffa mlejtu?+ 10  Jew is-​sebaʼ ħobżiet fil-​każ taʼ l-​erbat elef u kemm-il qoffa mlejtu?+ 11  Kif m’intomx qed tindunaw li ma kellimtkomx dwar il-​ħobż? Imma oqogħdu attenti mill-​ħmira tal-​Fariżej u s-​Sadduċej.”+ 12  Imbagħad fehmu li kien qed jgħidilhom biex joqogħdu attenti mit-​tagħlim+ tal-​Fariżej u s-​Sadduċej u mhux mill-​ħmira tal-​ħobż. 13  Issa, meta ġie fl-​inħawi taʼ Ċesarija Filippi, Ġesù staqsa lid-​dixxipli tiegħu: “In-​nies min qed jgħidu li hu Bin il-​bniedem?”+ 14  Qalulu: “Xi wħud jgħidu Ġwanni l-​Battista,+ oħrajn Elija,+ jerġaʼ oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-​profeti.” 15  Qalilhom: “Iżda intom min tgħidu li jien?”+ 16  Wieġeb Xmun Pietru u qal: “Int il-​Kristu,+ Bin l-​Alla l-​ħaj.”+ 17  Ġesù wieġeb u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux il-​laħam u d-​demm irrivelawlek dan, imma Missieri li hu fis-​smewwiet.+ 18  Ngħidlek ukoll, Int Pietru,*+ u fuq din il-​blata+ nibni l-​kongregazzjoni tiegħi, u l-​bibien tal-​Qabar*+ ma jegħlbuhiex.+ 19  Nagħtik l-​imfietaħ tas-​saltna tas-​smewwiet, u kulma torbot fuq l-​art ikun marbut fis-​smewwiet, u kulma tħoll fuq l-​art ikun maħlul fis-​smewwiet.”+ 20  Imbagħad lid-​dixxipli ordnalhom bis-​sħiħ biex ma jgħidu lil ħadd li hu kien il-​Kristu.+ 21  Minn dakinhar ’il quddiem Ġesù Kristu beda juri lid-​dixxipli tiegħu li kellu jmur Ġerusalemm u jsofri ħafna mix-​xjuħ u l-​qassisin ewlenin u l-​iskribi, u li kellu jiġi maqtul, u fit-​tielet jum jiġi mqajjem.+ 22  Meta semaʼ dan, Pietru ġibdu lejh u beda jċanfru u jgħidlu: “Kun ħanin miegħek innifsek, Mulej; żgur li mhux se jiġrilek dan.”+ 23  Imma Ġesù dar u qal lil Pietru: “Itlaq minn quddiemi, Satana!+ Int tfixkil għalija, għax m’intix taħseb il-​ħsibijiet t’Alla+ imma tal-​bnedmin.” 24  Imbagħad Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, ħa jiċħad lilu nnifsu u jerfaʼ z-​zokk tat-​tortura tiegħu u jibqaʼ+ miexi warajja. 25  Għax kulmin irid isalva ruħu jitlifha; imma kulmin jitlef ruħu minħabba fija jsibha.+ 26  Għax x’jiswielu bniedem jekk jikseb id-​dinja kollha imma jitlef ruħu?+ Jew x’se jagħti bniedem flok+ ruħu? 27  Għax Bin il-​bniedem għandu jiġi fil-​glorja taʼ Missieru maʼ l-​anġli tiegħu, u mbagħad iħallas lil kull wieħed skond għemilu.+ 28  Tassew ngħidilkom li xi wħud minn dawk li qegħdin hawnhekk żgur ma jduqux il-​mewt qabel ma jaraw lil Bin il-​bniedem ġej fis-​saltna tiegħu.”+

Noti taʼ taħt

“Pietru.” Bil-​Grieg ifisser “Ġebla, biċċa minn blata.”
Bil-Grieg, “Ħades.”