Mattew 11:1-30

11  Issa, meta temm jagħti l-​istruzzjonijiet lit-​tnax-il dixxiplu tiegħu, Ġesù telaq minn hemmhekk biex jgħallem u jippriedka fil-​bliet tagħhom.+  Imma Ġwanni, peress li semaʼ mill-​ħabs+ dwar l-​għemejjel tal-​Kristu, bagħat jgħidlu mad-​dixxipli tiegħu:  “Int Dak li għandu jiġi, jew għandna nistennew lil ħaddieħor?”+  Ġesù wieġeb u qalilhom: “Morru u għidu lil Ġwanni dak li qed tisimgħu u taraw:  L-għomja qed jaraw,+ iz-​zopop+ qed jimxu, l-​imġiddmin+ qed jiġu mnaddfin, u t-​torox+ qed jisimgħu, il-​mejtin+ qed jitqajmu, u lill-​foqra qed tixxandrilhom l-​aħbar tajba;+  u hieni min ma jitfixkilx minħabba fija.”+  Waqt li dawn kienu fi triqithom, Ġesù beda jgħid lill-​folol rigward Ġwanni: “Xi ħriġtu taraw fix-​xagħri?+ Qasba tixxejjer mar-​riħ?+  Mela, xi ħriġtu taraw? Raġel liebes ilbies fin? Tabilħaqq, dawk lebsin ilbies fin qegħdin fid-​djar tas-​slaten.+  Allura għala ħriġtu? Biex taraw profeta? Iva, ngħidilkom, u ferm iktar minn profeta.+ 10  Dan hu li dwaru hu miktub, ‘Ara! Qed nibgħat lill-​messaġġier tiegħi quddiemek, u dan iħejji triqtek qablek!’+ 11  Tassew ngħidilkom, Fost dawk li twieldu min-​nisa+ ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-​Battista; imma min hu fost l-​iżgħar fis-​saltna+ tas-​smewwiet hu akbar minnu. 12  Imma minn żmien Ġwanni l-​Battista s’issa, is-​saltna tas-​smewwiet hi l-​mira li qed jirsistu għaliha l-​bnedmin, u dawk li qed jirsistu qed jilħquha.+ 13  Għax kemm il-​Profeti u kemm il-​Liġi pprofetizzaw sa Ġwanni;+ 14  u dan hu ‘Elija li għandu jiġi,’+ jekk tridu taċċettaw dan. 15  Min għandu widnejn, ħa jismaʼ.+ 16  “ Maʼ min se nqabbilha din il-​ġenerazzjoni?+ Tixbah lil tfal żgħar bil-​qiegħda fis-​swieq li jgħajtu lil sħabhom+ 17  u jgħidulhom, ‘Daqqejnielkom il-​flawt, imma ma żfintux; newwaħna, imma ma ħabbattux fuq sidirkom bin-​niket.’+ 18  Bl-istess mod, Ġwanni la ġie jiekol u lanqas jixrob,+ u madankollu n-​nies jgħidu, ‘Għandu demonju’; 19  Bin il-​bniedem ġie jiekol u jixrob,+ u xorta n-​nies jgħidu, ‘Ara! Raġel b’kilba għall-​ikel u mogħti għall-​inbid, ħabib tal-​kolletturi tat-​taxxi u l-​midinbin.’+ Xorta waħda, l-​għerf jintwera li hu sewwa minn għemilu.”+ 20  Imbagħad beda jċanfar il-​bliet li fihom kienu saru l-​biċċa l-​kbira mill-​għemejjel setgħanin tiegħu, għax ma nidmux:+ 21  “Gwaj għalik, Korażin! Gwaj għalik, Betsajda!+ Għax kieku l-​għemejjel setgħanin li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku dawn ilhom li nidmu bl-​ilbies taʼ l-​ixkora u l-​irmied.+ 22  Għaldaqstant ngħidilkom, Ikun eħfef għal Tir u Sidon f’Jum il-​Ġudizzju+ milli għalikom.+ 23  U int, Kafarnahum,+ taħseb li se titgħolla sas-​sema? Fil-​Qabar*+ se tinżel,+ għax kieku l-​għemejjel setgħanin li saru fik saru f’Sodoma, din kienet tibqaʼ sal-​ġurnata taʼ llum. 24  Għaldaqstant ngħidilkom, Ikun eħfef għall-​art taʼ Sodoma f’Jum il-​Ġudizzju milli għalik.”*+ 25  F’dak il-​waqt Ġesù qal: “Jien infaħħrek quddiem kulħadd, Missier, Mulej tas-​sema u l-​art, għax int ħbejt dawn l-​affarijiet mill-​għorrief u l-​intellettwali u kxifthom liċ-​ċkejknin.+ 26  Iva, O Missier, għax hekk għoġbok tagħmel. 27  Kollox ngħatali minn Missieri,+ u ħadd ma jaf għalkollox lill-​Iben ħlief il-​Missier,+ u lanqas ħadd ma jaf għalkollox lill-​Missier ħlief l-​Iben u kulmin l-​Iben lest li jirrivelahulu.+ 28  Ejjew għandi, intom ilkoll li mħabbtin u mgħobbijin,+ u jien inserraħkom. 29  Ħudu l-​madmad tiegħi+ fuqkom u tgħallmu minni,+ għax jien ġwejjed+ u umli f’qalbi, u intom issibu serħan+ għal ruħkom. 30  Għax il-​madmad tiegħi ħelu u t-​tagħbija tiegħi ħafifa.”+

Noti taʼ taħt

Bil-Grieg, “Ħades.” Ara Appendiċi 4.
“Għalik,” tirreferi għall-​belt taʼ Kafarnahum.