Mattew 1:1-25

1  Ktieb in-​nisel+ taʼ Ġesù Kristu, bin David,+ bin Abraham:+   Abraham nissel lil Iżakk;+Iżakk nissel lil Ġakobb;+Ġakobb nissel lil Ġuda+ u lil ħutu;   Ġuda nissel lil Pereż+ u lil Żeraħ minn Tamar;Pereż nissel lil Ħesron;+Ħesron nissel lil Ram;+   Ram nissel lil Għamminadab;Għamminadab nissel lil Naħson;+Naħson nissel lil Salmon;+   Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab;+Bogħaż nissel lil Għobed minn Rut;+Għobed nissel lil Ġesse;+   Ġesse nissel lil David+ is-​sultan.+ David nissel lil Salamun+ minn mart Urija;   Salamun nissel lil Reħobogħam;+Reħobogħam nissel lil Abija;Abija+ nissel lil Asa;+   Asa nissel lil Ġeħosafat;+Ġeħosafat nissel lil Ġeħoram;+Ġeħoram nissel lil Użżija;   Użżija nissel lil Ġotam;Ġotam+ nissel lil Aħaż;+Aħaż nissel lil Ħeżekija;+ 10  Ħeżekija nissel lil Manasse;+Manasse+ nissel lil Amon;+Amon+ nissel lil Ġosija; 11  Ġosija+ nissel lil Ġekonija+ u lil ħutu fi żmien l-​eżilju lejn Babilonja.+ 12  Wara l-​eżilju lejn Babilonja, Ġekonija nissel lil Saltijel;+Saltijel nissel lil Żerubbabel;+ 13  Żerubbabel nissel lil Abijud;Abijud nissel lil Eljakim;Eljakim nissel lil Għażor; 14  Għażor nissel lil Sadok;Sadok nissel lil Akim;Akim nissel lil Eljud; 15  Eljud nissel lil Elegħażar;Elegħażar nissel lil Mattan;Mattan nissel lil Ġakobb; 16  Ġakobb nissel lil Ġużeppi r-​raġel taʼ Marija, li minnha twieled+ Ġesù, li jgħidulu Kristu.+ 17  Mela, il-​ġenerazzjonijiet kollha minn Abraham sa David kienu erbatax, u minn David sa l-​eżilju lejn Babilonja erbatax, u mill-​eżilju lejn Babilonja sal-​Kristu erbatax. 18  Imma t-​twelid taʼ Ġesù Kristu kien hekk: Fiż-​żmien li ommu Marija kienet imwiegħda+ fiż-​żwieġ lil Ġużeppi, qabel ma ngħaqdu flimkien, ħarġet tqila mill-​ispirtu qaddis.+ 19  Madankollu, żewġha Ġużeppi, peress li kien raġel sewwa u ma riedx javveliha quddiem in-​nies,+ għamel il-​ħsieb li jiddivorzjaha*+ bil-​moħbi. 20  Imma wara li qagħad jaħseb dwar dan, ara, l-​anġlu taʼ Ġeħova deherlu f’ħolma, u qallu: “Ġużeppi, bin David, tibżax tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha hu mill-​ispirtu qaddis.+ 21  Hi tiled iben, u int issemmih Ġesù,*+ għax hu jsalva+ lill-​poplu tiegħu+ minn dnubiethom.”+ 22  Dan kollu fil-​fatt ġara biex iseħħ dak li ntqal minn Ġeħova+ permezz tal-​profeta tiegħu:+ 23  “Ara! Il-​verġni+ toħroġ tqila u tiled iben, u jsemmuh Emmanuwel,”+ isem li meta jiġi tradott ifisser “Magħna Hu Alla.”+ 24  Imbagħad Ġużeppi qam mill-​irqad u għamel kif kien ordnalu l-​anġlu taʼ Ġeħova, u ħa lil martu għandu. 25  Imma ma kellux x’jaqsam magħha+ sakemm wildet iben;+ u semmieh Ġesù.+

Noti taʼ taħt

Skond id-​drawwa Lhudija, l-​għarus kien jitqies bħala raġel miżżewweġ, u kien jinħtieġ id-​divorzju biex tintemm l-​għerusija.
Bl-Ebrajk “Ġeswa,” li jfisser “Ġeħova Hu Salvazzjoni.”