Marku 8:1-38

8  F’dawk il-​jiem, meta għal darb’oħra kien hemm folla kbira u ma kellhomx x’jieklu, sejjaħ lid-​dixxipli u qalilhom:+  “Nitħassarhom+ lil dawn in-​nies, għax diġà ilhom tlett ijiem ħdejja u m’għandhom xejn x’jieklu;  u li kieku kelli nibgħathom lejn darhom sajmin, iħosshom ħażin fit-​triq. Tabilħaqq, xi wħud minnhom ġew mill-​bogħod.”  Imma d-​dixxipli tiegħu wiġbuh: “F’dan il-​post imwarrab minfejn jistaʼ xi ħadd ixebbaʼ lil dawn in-​nies bil-​ħobż?”+  Iżda baqaʼ jistaqsihom: “Kemm għandkom ħobż?” Qalulu: “Sebgħa.”+  Għalhekk, qal lin-​nies biex jinxteħtu fl-​art, ħa s-​sebaʼ ħobżiet, radd ħajr,+ qasamhom, u beda jagħtihom lid-​dixxipli tiegħu biex iservuhom, u dawn newluhom lill-​folla.+  Kellhom ukoll ftit ħut żgħir; u, wara li bierku, qalilhom ukoll biex iservuh.+  Għaldaqstant kielu u xebgħu, u ġabru l-​bċejjeċ li baqgħu żejda u mlew sebat iqfief kbar.+  Iktar minn hekk, kien hemm madwar erbat elef raġel. Imbagħad bagħathom.+ 10  U minnufih telaʼ fid-​dgħajsa mad-​dixxipli tiegħu u ġie fl-​inħawi taʼ Dalmanuta.+ 11  Hawnhekk ħarġu l-​Fariżej u bdew jargumentaw miegħu u, biex jipprovawh,+ riedu mingħandu sinjal mis-​sema. 12  Għalhekk, karab karba kbira+ mqanqal mill-​ispirtu tiegħu u qal: “Din il-​ġenerazzjoni għala tfittex sinjal? Tassew ngħidilkom, Ebda sinjal ma jingħatalha lil din il-​ġenerazzjoni.”+ 13  B’dan il-​kliem telaqhom, reġaʼ telaʼ fid-​dgħajsa, u mar ix-​xatt l-​ieħor. 14  U ġara li nsew jieħdu l-​ħobż magħhom, u ma kellhom xejn fid-​dgħajsa ħlief ħobża waħda.+ 15  U beda jordnalhom u jgħidilhom: “Żommu għajnejkom miftuħin, oqogħdu attenti mill-​ħmira tal-​Fariżej u mill-​ħmira t’Erodi.”+ 16  Għalhekk, bdew jargumentaw bejniethom għax ma kellhomx ħobż.+ 17  Billi nnota dan, qalilhom: “Għala qed targumentaw għax m’għandkomx ħobż?+ Għadkom ma ntbaħtux u ma fhimtux? Qlubkom għadhom tqal biex jifhmu?+ 18  ‘Għandkom għajnejn u ma tarawx; widnejn u ma tisimgħux?’+ U ma tiftakrux, 19  meta qsamt il-​ħames ħobżiet+ għall-​ħamest elef raġel, kemm-il qoffa mimlija bċejjeċ ġbartu?” Qalulu: “Tnax.”+ 20  “Meta qsamt is-​sebgħa għall-​erbat elef raġel, kemm-il qoffa mimlija bċejjeċ ġbartu?” Qalulu: “Sebgħa.”+ 21  Imbagħad qalilhom: “Għadkom ma fhimtux?”+ 22  Issa waslu Betsajda. Hawnhekk xi nies ġabulu raġel agħma, u talbuh bil-​ħrara biex imissu.+ 23  U qabad lill-​agħma minn idu, ħarġu ’l barra mir-​raħal, u, wara li beżaqlu+ fuq għajnejh, qiegħed idejh fuqu u beda jistaqsih: “Qed tara xi ħaġa?” 24  U r-​raġel ħares ’il fuq u beda jgħid: “Qed nara xi nies, għax qed nilmaħ bħal siġar, imma mexjin ’l hemm u ’l hawn.” 25  Imbagħad reġaʼ poġġa idejh fuq għajnejn ir-​raġel, u dan ra ċar, u fieq, u kien qed jara kollox kif inhu. 26  Għalhekk, bagħtu lejn daru u qallu: “Imma tidħolx fir-​raħal.”+ 27  Ġesù u d-​dixxipli tiegħu issa rħewlha lejn l-​irħula taʼ Ċesarija Filippi, u fit-​triq beda jistaqsi lid-​dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “In-​nies min qed jgħidu li jien?”+ 28  Qalulu: “Ġwanni l-​Battista,+ oħrajn, Elija,+ u jerġaʼ oħrajn, Wieħed mill-​profeti.”+ 29  U staqsiehom: “Iżda intom min tgħidu li jien?” Pietru wieġeb u qallu: “Int il-​Kristu.”+ 30  Imbagħad, ordnalhom bis-​sħiħ biex ma jgħidu lil ħadd dwaru.+ 31  Ukoll, beda jgħallimhom li Bin il-​bniedem se jgħaddi minn ħafna tbatijiet u jiġi miċħud mix-​xjuħ u l-​qassisin ewlenin u l-​iskribi u jiġi maqtul,+ u jqum tlett ijiem wara.+ 32  Tabilħaqq, dan il-​kliem kien qed jgħidulhom ċar u tond. Imma Pietru ġibdu lejh u beda jċanfru.+ 33  Hu dar, ħares lejn id-​dixxipli tiegħu, u ċanfar lil Pietru u qallu: “Itlaq minn quddiemi, Satana, għax m’intix taħseb il-​ħsibijiet t’Alla imma tal-​bnedmin.”+ 34  Issa sejjaħ lill-​folla lejh mad-​dixxipli tiegħu u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, ħa jiċħad lilu nnifsu u jerfaʼ z-​zokk tat-​tortura tiegħu u jibqaʼ miexi warajja.+ 35  Għax kulmin irid isalva ruħu jitlifha; imma kulmin jitlef ruħu minħabba fija u minħabba l-​aħbar tajba jsalvaha.+ 36  Tassew, x’jiswielu bniedem jekk jikseb id-​dinja kollha u jitlef ruħu?+ 37  Tassew, x’se jagħti bniedem flok ruħu?+ 38  Għax kulmin jistħi minħabba fija u minħabba kliemi f’din il-​ġenerazzjoni adultera u midinba, Bin il-​bniedem ukoll jistħi+ minħabba fih meta jasal fil-​glorja taʼ Missieru maʼ l-​anġli mqaddsa.”+

Noti taʼ taħt