Marku 6:1-56

6  U telaq minn hemmhekk u ġie pajjiżu, u d-​dixxipli tiegħu marru warajh.+  Meta wasal is-​Sabat, beda jgħallem fis-​sinagoga; u l-​biċċa l-​kbira minn dawk li kienu qed jisimgħuh stagħġbu u qalu: “Dan ir-​raġel minfejn ġab dan kollu?+ U dan l-​għerf għala ngħata lil dan ir-​raġel, u għemejjel setgħanin bħal dawn għala qed jitwettqu b’idejh?  Dan mhux il-​mastrudaxxa+ bin Marija+ u ħu Ġakbu+ u Ġużeppi u Ġuda u Xmun?+ U ħutu l-​bniet m’humiex qegħdin hawnhekk magħna?” Għalhekk, bdew jitfixklu minħabba fih.+  Imma Ġesù qalilhom: “Profeta jiġi onorat kullimkien minbarra f’pajjiżu,+ fost qrabatu, u f’daru stess.”+  Għaldaqstant ma setaʼ jagħmel ebda għemil setgħan hemmhekk ħlief iqiegħed idejh fuq ftit morda u jfejjaqhom.  Tabilħaqq, baqaʼ mistagħġeb minħabba n-​nuqqas taʼ fidi tagħhom. U mar idur l-​irħula taʼ dawk l-​inħawi, jgħallem.+  Issa sejjaħ lit-​tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn+ u jagħtihom l-​awtorità fuq l-​ispirti mhux nodfa.+  Ukoll, ordnalhom biex għall-​vjaġġ ma jieħdu xejn magħhom ħlief bastun, u la ħobż, la ħorġa taʼ l-​ikel,+ u lanqas flus tar-​ram aħmar fil-​bwiet taʼ ħżiemhom,+  imma jilbsu sandli, u ma jilbsux żewġ ilbiesi.+ 10  Barra minn hekk, qalilhom: “Kulfejn tidħlu f’xi dar,+ oqogħdu fiha sakemm titilqu minn dak il-​post.+ 11  U f’kull post fejn ma jilqgħukomx u ma jisimgħukomx, intom u ħerġin minn hemmhekk farfru t-​trab minn taħt saqajkom bħala xiehda għalihom.”+ 12  Għalhekk, telqu jippridkaw sabiex in-​nies jindmu;+ 13  u kienu jkeċċu ħafna demonji+ u jidilku biż-​żejt+ lil ħafna morda u jfejquhom.+ 14  Issa dan wasal f’widnejn is-​Sultan Erodi,* għax isem Ġesù sar magħruf, u n-​nies kienu qed jgħidu: “Ġwanni l-​għammied ġie mqajjem mill-​mewt, u minħabba f’hekk qed iwettaq għemejjel setgħanin.”+ 15  Imma oħrajn kienu qed jgħidu: “Hu Elija.”+ Jerġaʼ oħrajn kienu qed jgħidu: “Hu profeta bħal wieħed mill-​profeti.”+ 16  Imma meta Erodi semaʼ dan, beda jgħid: “Ġwanni li qtajtlu rasu ġie mqajjem.”+ 17  Għax Erodi kien bagħat jarresta lil Ġwanni u rabtu fil-​ħabs minħabba Erodja mart ħuh Filippu, peress li kien iżżewwiġha hu.+ 18  Għax Ġwanni kien qallu kemm-il darba lil Erodi: “Skond il-​liġi ma jistax ikollok il-​mara taʼ ħuk.”+ 19  Imma Erodja kienet qed iżżomm f’qalbha+ għalih u riedet toqtlu, imma ma setgħetx.+ 20  Għax Erodi kien jibżaʼ+ minn Ġwanni, peress li kien jafu bħala raġel sewwa u qaddis;+ u kien qed jipproteġih. U wara li semgħu+ ma kienx jaf x’se jaqbad jagħmel, iżda baqaʼ jieħu pjaċir jisimgħu. 21  Imma wasal jum konvenjenti+ meta Erodi għal għeluq sninu+ għamel ikla taʼ fil-​għaxija għall-​kbarat tiegħu u għall-​kmandanti militari u n-​nies importanti tal-​Galilija. 22  U bint din Erodja daħlet tiżfen u għoġbot lil Erodi u lil dawk li kienu mal-​mejda+ miegħu. Is-​sultan qal lit-​tfajla: “Itlobni kulma trid, u nagħtihulek.” 23  Iva, ħalfilha: “Kulma titlobni nagħtihulek,+ sa nofs is-​saltna tiegħi.”+ 24  U ħarġet u qalet lil ommha: “X’se nitolbu?” Qaltilha: “Ras Ġwanni l-​għammied.”+ 25  Minnufih daħlet tiġri għand is-​sultan u qaltlu x’riedet: “Irridek tagħtini issa stess fuq platt ras Ġwanni l-​Battista.” 26  Għalkemm tnikket ħafna, is-​sultan ma riedx jinjoraha minħabba l-​ħalfa tiegħu u minħabba dawk li kienu mal-​mejda.+ 27  Għalhekk, is-​sultan minnufih bagħat suldat u ordnalu jġib ras Ġwanni. U telaq, qatagħlu rasu fil-​ħabs,+ 28  ġabha fuq platt, u taha lit-​tfajla, imbagħad it-​tfajla tatha lil ommha.+ 29  Meta d-​dixxipli tiegħu semgħu b’dan, ġew u ħadu l-​ġisem tiegħu u poġġewh f’qabar tat-​tifkira.+ 30  U l-​appostli nġabru quddiem Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu.+ 31  U qalilhom: “Ejjew waħedkom f’post imwarrab+ u strieħu ftit.”+ Għax kien hemm ħafna ġejjin u sejrin, u ma kellhomx ħin għall-​mistrieħ lanqas biex jieklu.+ 32  Għalhekk, telqu bid-​dgħajsa lejn post imwarrab sabiex ikunu waħedhom.+ 33  Imma n-​nies rawhom sejrin u ħafna saru jafu b’dan, u mill-​bliet kollha telqu jħaffu ’l hemm flimkien bil-​mixi u waslu qabilhom.+ 34  Meta ħareġ mid-​dgħajsa ra folla kbira u ħassu mqanqal u tħassarhom,+ għax kienu bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.+ U beda jgħallimhom ħafna affarijiet.+ 35  Issa kien sar ħafna ħin, u d-​dixxipli tiegħu resqu lejh u bdew jgħidulu: “Il-​post hu mwarrab, u diġà sar ħafna ħin.+ 36  Ibgħathom biex imorru fil-​kampanja u fl-​irħula taʼ madwarna ħa jixtru xi ħaġa x’jieklu.”+ 37  Wieġeb u qalilhom: “Agħtuhom intom xi ħaġa x’jieklu.” Qalulu: “Tridna mmorru nixtru b’mitejn dinar* ħobż u nagħtuh lin-​nies biex jikluh?”+ 38  Qalilhom: “Kemm-il ħobża għandkom? Morru araw!” Malli saru jafu kemm kien hemm, qalulu: “Ħamsa, kif ukoll żewġ ħutiet.”+ 39  U ordnalhom ilkoll jinxteħtu fi qtajjaʼ+ fuq il-​ħaxix aħdar.+ 40  U dawn poġġew fi gruppi taʼ mija u taʼ ħamsin.+ 41  Issa hu qabad il-​ħames ħobżiet u ż-​żewġ ħutiet, refaʼ għajnejh lejn is-​sema, qal talba,+ qasam+ il-​ħobż, u beda jagħtih lid-​dixxipli sabiex dawn inewluh lin-​nies; u qassam iż-​żewġ ħutiet bejn kulħadd. 42  U hekk kulħadd kiel u xebaʼ;+ 43  u ġabru l-​bċejjeċ u mlew tnax-il qoffa, minbarra l-​ħut. 44  Iktar minn hekk, dawk li kielu mill-​ħobż kienu ħamest elef raġel.+ 45  U, bla dewmien, ġiegħel lid-​dixxipli tiegħu jitilgħu fid-​dgħajsa u jmorru qablu x-​xatt l-​ieħor lejn Betsajda, waqt li hu bagħat lill-​folla.+ 46  Imma wara li sellmilhom telaʼ fuq muntanja biex jitlob.+ 47  Issa kien sar fil-​għaxija u d-​dgħajsa kienet f’nofs taʼ baħar, imma hu kien waħdu l-​art.+ 48  U meta rahom jitħabtu+ biex jaqdfu, għax ir-​riħ kien kontrihom, ġie lejhom, madwar ir-​rabaʼ għassa* tal-​lejl, miexi fuq il-​baħar; imma kien donnu se jibqaʼ għaddej. 49  Malli lemħuh miexi fuq il-​baħar ħasbu: “Din xi dehra!” u qabdu jgħajtu.+ 50  Għax huma lkoll rawh u tħawdu. Imma minnufih hu kellimhom u qalilhom: “Agħmlu kuraġġ, hu jien; tibżgħux.”+ 51  U telaʼ fid-​dgħajsa magħhom, u r-​riħ batta. Meta raw dan baqgħu mistagħġbin ferm fihom infushom,+ 52  għax huma ma kinux fehmu t-​tifsira tal-​ħobż, għax qlubhom baqgħu tqal biex jifhmu.+ 53  U meta qasmu għan-​naħa l-​oħra, waslu Ġennesaret u ankraw id-​dgħajsa fil-​qrib.+ 54  Imma malli ħarġu mid-​dgħajsa, in-​nies għarfuh 55  u ġrew madwar dak ir-​reġjun kollu u bdew iġorru lill-​morda fuq is-​sodod lejn il-​post fejn kienu jisimgħu li qiegħed. 56  U kulfejn kien jidħol fl-​irħula, fil-​bliet, jew fil-​kampanja+ kienu jpoġġu lill-​morda fis-​swieq, u kienu jitolbuh bil-​ħniena biex imqar imissulu+ t-​tarf+ tal-​libsa. U kulmin kien imissu kien ifiq.+

Noti taʼ taħt

Ara Lq 3:1, in-​nota taʼ taħt.
Ara Mt 18:24, in-​nota taʼ taħt.
Ara Mk 13:35, in-​nota taʼ taħt, “Kmieni fil-​għodu.”