Marku 4:1-41

4  U għal darb’oħra beda jgħallem ħdejn il-​baħar.+ U folla kbira ferm inġabret ħdejh, u għalhekk telaʼ bil-​qiegħda f’dgħajsa u qagħad fuq il-​baħar, imma l-​folla kollha kienet f’xatt il-​baħar.+  Għaldaqstant, beda jgħallimhom ħafna affarijiet bit-​tixbihat+ u jgħidilhom fit-​tagħlim tiegħu:+  “Isimgħu. Ara! Wieħed raġel ħareġ jiżraʼ.+  U waqt li kien qed jiżraʼ, xi żerriegħa waqgħet fil-​ġenb tat-​triq, u ġew l-​għasafar u kiluha.+  U xi żerriegħa oħra waqgħet fuq il-​blat fejn, naturalment, ma tantx kellha ħamrija, u, peress li l-​ħamrija ma kinitx fonda, nibtet mill-​ewwel.+  Imma meta telgħet ix-​xemx, inħarqet, u, għax ma kellhiex għeruq, nixfet.+  U xi żerriegħa oħra waqgħet qalb ix-​xewk, u x-​xewk kiber u ħonoqha, u ma tatx frott.+  Imma oħrajn waqgħu f’ħamrija tajba,+ u, meta kibru u kotru, bdew jagħtu l-​frott, u din bdiet tagħti tletin, dik sittin u dik mija.”+  Għalhekk, żied jgħid: “Min għandu widnejn biex jismaʼ, ħa jismaʼ.”+ 10  Issa, meta kien waħdu, dawk taʼ madwaru flimkien mat-​tnax bdew jistaqsuh dwar it-​tixbihat.+ 11  U qalilhom: “Lilkom ngħata s-​sigriet sagru+ tas-​saltna t’Alla, imma għal dawk taʼ barra kollox iseħħ bit-​tixbihat,+ 12  sabiex, għalkemm iħarsu, iħarsu iżda ma jarawx, u għalkemm jisimgħu, jisimgħu iżda ma jifhmux, u qatt ma jduru lura u tingħatalhom il-​maħfra.”+ 13  Barra minn hekk qalilhom: “Ma tafuhiex din it-​tixbiha, allura kif se tifhmu t-​tixbihat l-​oħrajn kollha? 14  “Dak li jiżraʼ, jiżraʼ l-​kelma.+ 15  Dawn, mela, huma dawk li waqgħu fil-​ġenb tat-​triq fejn tinżeraʼ l-​kelma: malli jkunu semgħuha, jiġi+ Satana u jieħu l-​kelma li nżergħet fihom.+ 16  U bl-​istess mod dawn huma dawk li nżergħu fuq il-​blat: malli jisimgħu l-​kelma, jaċċettawha bil-​ferħ.+ 17  Iżda m’għandhomx għeruq fihom infushom, imma jkomplu għal xi żmien; imbagħad malli tqum xi tribulazzjoni jew persekuzzjoni minħabba l-​kelma, jitfixklu.+ 18  Jerġaʼ hemm oħrajn li jinżergħu qalb ix-​xewk; dawn huma dawk li jkunu semgħu l-​kelma,+ 19  imma l-​ansjetajiet+ taʼ din is-​sistema, il-​qawwa qarrieqa tar-​rikkezzi,+ u x-​xewqa+ għal affarijiet oħra jidħlu fihom u joħonqu l-​kelma, u din issir bla frott.+ 20  Fl-aħħarnett, dawk li nżergħu f’ħamrija tajba huma dawk li jisimgħu l-​kelma u jilqgħuha u jagħtu l-​frott, min tletin u min sittin u min mija.”+ 21  U kompla jgħidilhom: “Il-​musbieħ ma jġibuhx biex iqegħduh taħt qoffa jew taħt sodda, hux hekk? Iġibuh biex iqegħduh fuq gandlier, mhux hekk?+ 22  Għax m’hemm xejn mistur jekk mhux biex jinkixef; xejn m’hu moħbi bil-​għaqal jekk mhux biex joħroġ fil-​beraħ.+ 23  Kulmin għandu widnejn biex jismaʼ, ħa jismaʼ.”+ 24  Qalilhom ukoll: “Oqogħdu attenti x’qed tisimgħu.+ Bil-​kejl li qed tkejlu intom, se jitkejlilkom,+ iva, iktar se jiżdidilkom.+ 25  Għax min għandu se jingħatalu iktar, imma min m’għandux se jittiħidlu saħansitra dak li għandu.”+ 26  Għalhekk, kompla jgħid: “B’dan il-​mod is-​saltna t’Alla hi bħal meta raġel jixħet iż-​żerriegħa fl-​art,+ 27  u jorqod bil-​lejl u jqum bi nhar, u ż-​żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif.+ 28  L-art tagħti l-​frott minnha nfisha bil-​mod il-​mod, l-​ewwel in-​nebbieta, imbagħad is-​sbula, fl-​aħħarnett il-​qamħ mimli fis-​sbula. 29  Imma malli jsir il-​frott ilesti l-​minġel, għax ikun wasal il-​ħsad.” 30  U kompla jgħid: “ Maʼ liema ħaġa nxebbhuha s-​saltna t’Alla, jew b’liema tixbiha nfissruha?+ 31  Hi bħal żerriegħa tal-​mustarda, li meta nżergħet fl-​art kienet l-​iżgħar miż-​żrieragħ kollha li hawn fuq l-​art+ 32  imma wara li tinżeraʼ, titlaʼ u ssir akbar mill-​ħxejjex l-​oħrajn kollha u tipproduċi friegħi kbar,+ tant li l-​għasafar tas-​sema+ jkunu jistgħu joqogħdu għad-​dell tagħha.”+ 33  Għalhekk, kien ixandrilhom il-​kelma b’ħafna tixbihat+ bħal dawn, sakemm setgħu jifhmu. 34  Tabilħaqq, ma kienx ikellimhom mingħajr xi tixbiha, imma meta kien ikun waħdu mad-​dixxipli tiegħu, lil dawn kien jispjegalhom kollox.+ 35  U dakinhar, x’ħin sar fil-​għaxija, qalilhom: “Ejja naqsmu għax-​xatt l-​ieħor.”+ 36  Għalhekk, wara li bagħtu lill-​folla, ħaduh magħhom kif kien fid-​dgħajsa, u miegħu kien hemm dgħajjes oħrajn.+ 37  Issa, qam riefnu qawwi ferm, u l-​mewġ beda jħabbat mad-​dgħajsa b’qawwa kbira, hekk li d-​dgħajsa kienet għoddha mtliet bl-​ilma.+ 38  Imma hu kien fil-​poppa, rieqed fuq imħadda. Għalhekk, qajmuh u qalulu: “Għalliem, ma jimpurtakx li se nintilfu?”+ 39  Għal dan, qam u ċanfar ir-​riħ u qal lill-​baħar: “Iskot! Oqgħod kwiet!”+ U r-​riħ batta, u waqgħet kalma kbira.+ 40  Għalhekk, qalilhom: “Għalfejn qed tibżgħu? Għadkom bla fidi?” 41  Imma qabadhom biżaʼ kbir, u bdew jgħidu lil xulxin: “Dan min hu, mela, biex saħansitra r-​riħ u l-​baħar jobduh?”+

Noti taʼ taħt