Marku 2:1-28

2  Wara xi jiem reġaʼ daħal Kafarnahum u sar magħruf li kien id-​dar.+  Għaldaqstant inġabru ħafna, tant li ma kienx hemm iżjed wisaʼ, lanqas ħdejn il-​bieb, u beda jxandrilhom il-​kelma.+  U ġew xi rġiel li ġabulu paralitiku li kienu qed jerfgħuh erbgħa min-​nies.+  Imma billi ma setgħux iressquh ħdejn Ġesù minħabba l-​folla, qalgħu s-​saqaf taʼ fuqu, għamlu fetħa, u niżżlu s-​sodda li fuqha kien mimdud il-​paralitiku.+  U meta Ġesù ra l-​fidi tagħhom+ qal lill-​paralitiku: “Ibni, dnubietek maħfurin.”+  Issa kien hemm xi skribi bil-​qiegħda li bdew jirraġunaw fi qlubhom:+  “Dan ir-​raġel għala qed jitkellem hekk? Qed jidgħi. Min jistaʼ jaħfer id-​dnubiet ħlief Alla biss?”+  Imma Ġesù, peress li mill-​ewwel għaraf fih innifsu li huma kienu qed jirraġunaw b’dan il-​mod fi qlubhom, qalilhom: “Għala qed tirraġunaw hekk fi qlubkom?+  X’inhu l-​eħfef, li tgħid lill-​paralitiku, ‘Dnubietek maħfurin,’ jew li tgħidlu, ‘Qum, erfaʼ soddtok, u imxi’?+ 10  Imma sabiex tkunu tafu li Bin il-​bniedem+ għandu awtorità li jaħfer id-​dnubiet fuq l-​art,”+—qal lill-​paralitiku: 11  “Jien ngħidlek, Qum, erfaʼ soddtok, u mur id-​dar.”+ 12  U dan qam, minnufih refaʼ s-​sodda, u ħareġ ’il barra quddiemhom ilkoll,+ tant li kollha baqgħu mbellhin, u gglorifikaw lil Alla u qalu: “Qatt ma rajna ħaġa bħal din.”+ 13  Reġaʼ ħareġ u mar ħdejn xatt il-​baħar; u l-​folla kollha baqgħet ġejja ħdejh, u beda jgħallimhom. 14  Imma waqt li kien għaddej, lemaħ lil Levi+ bin Alfew bil-​qiegħda fl-​uffiċċju tat-​taxxi u qallu: “Kun segwaċi tiegħi.” U dan qam u mar warajh.+ 15  Iktar tard Ġesù inzerta li kien qiegħed mal-​mejda d-​dar tiegħu, u kien hemm ħafna kolletturi tat-​taxxi+ u midinbin li poġġew miegħu u mad-​dixxipli tiegħu, għax kien hemm ħafna minnhom u bdew imorru warajh.+ 16  Imma l-​iskribi tal-​Fariżej, meta rawh li kien qed jiekol mal-​midinbin u l-​kolletturi tat-​taxxi, bdew jgħidu lid-​dixxipli tiegħu: “Dan jiekol mal-​kolletturi tat-​taxxi u l-​midinbin?”+ 17  Malli semaʼ dan Ġesù qalilhom: “Dawk li huma b’saħħithom m’għandhomx bżonn tabib, imma dawk li huma morda iva. Ma ġejtx insejjaħ lin-​nies sewwa imma lill-​midinbin.”+ 18  Issa d-​dixxipli taʼ Ġwanni u l-​Fariżej kienu jsumu regolarment. Għalhekk, ġew u qalulu: “Għala d-​dixxipli taʼ Ġwanni u d-​dixxipli tal-​Fariżej isumu regolarment imma d-​dixxipli tiegħek ma jsumux?”+ 19  U Ġesù qalilhom: “Waqt li l-​għarus ikun magħhom il-​ħbieb taʼ l-​għarus ma jistgħux isumu,+ hux hekk? Sakemm ikollhom l-​għarus magħhom ma jistgħux isumu.+ 20  Imma jiġi żmien meta l-​għarus jittiħdilhom, u mbagħad dakinhar isumu.+ 21  Ħadd ma jħit roqgħa drapp ġdid fuq libsa qadima; jekk jagħmel hekk, is-​saħħa tar-​roqgħa tiġbed il-​libsa, id-​drapp il-​ġdid jiġbed il-​qadim, u t-​tiċrita tikber.+ 22  Ukoll, ħadd ma jqiegħed inbid ġdid fi ġlud taʼ l-​inbid qodma; jekk jagħmel hekk, l-​inbid jifqaʼ l-​ġlud, u jintilfu kemm l-​inbid kif ukoll il-​ġlud.+ Imma n-​nies iqiegħdu nbid ġdid fi ġlud ġodda.”+ 23  Issa ġara li f’jum is-​Sabat kien għaddej minn qalb l-​għelieqi miżrugħin bil-​qamħ, u d-​dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu+ s-​sbul+ huma u għaddejjin. 24  Għalhekk, il-​Fariżej qalulu: “Ismaʼ ’l hawn! Għala qed jagħmlu dak li skond il-​liġi ma jistgħux jagħmluh f’jum is-​Sabat?”+ 25  Imma hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David+ meta ġie fil-​bżonn u qabdu l-​ġuħ, hu u l-​irġiel li kienu miegħu?+ 26  Kif hu daħal fid-​dar t’Alla, fir-​rakkont dwar Abjatar+ il-​qassis ewlieni, u kiel il-​ħobż tal-​preżentazzjoni,+ li skond il-​liġi+ ħadd ma jistaʼ jieklu ħlief il-​qassisin, u ta minnu wkoll lill-​irġiel li kienu miegħu?”+ 27  Għalhekk, kompla jgħidilhom: “Is-​Sabat kien magħmul għall-​bniedem,+ u mhux il-​bniedem għas-​Sabat;+ 28  għaldaqstant, Bin il-​bniedem hu saħansitra s-​Sid tas-​Sabat.”+

Noti taʼ taħt