Marku 16:1-20

16  Għalhekk, meta għadda s-​Sabat,+ Marija l-​Maddalena,+ u Marija omm Ġakbu, u Salomè xtraw il-​fwejjaħ aromatiċi sabiex jiġu jidilkuh.+  U kmieni fl-​ewwel jum+ tal-​ġimgħa, wara li kienet telgħet ix-​xemx, ġew ħdejn il-​qabar tat-​tifkira.+  U bdew jgħidu lil xulxin: “Min se jgerbilna l-​ġebla minn quddiem il-​bieb tal-​qabar?”  Imma meta ħarsu ’l fuq, raw li l-​ġebla kienet ġiet imgerba, għalkemm kienet kbira ħafna.+  Meta daħlu fil-​qabar, raw żagħżugħ bil-​qiegħda fuq il-​lemin liebes libsa bajda, u nħasdu.+  Qalilhom: “Tibqgħux maħsudin. Intom qed tfittxu lil Ġesù n-​Nazzarenu li sammruh maʼ zokk.+ Ġie mqajjem,+ mhux qiegħed hawnhekk. Ara! Il-​post fejn poġġewh.+  Imma morru, għidu lid-​dixxipli tiegħu u lil Pietru, ‘Hu sejjer qabilkom fil-​Galilija;+ tarawh hemmhekk, bħalma qalilkom.’”+  U ħarġu maħrubin mill-​qabar tat-​tifkira, għax kienu maħkumin minn rogħda u emozzjoni qawwija. U ma qalu xejn lil ħadd, għax kienu mbeżżgħin.+ KONKLUŻJONI QASIRA Xi manuskritti u verżjonijiet reċenti fihom konklużjoni qasira wara Marku 16:8, kif ġej: Imma huma rrakkontaw fil-​qosor lil dawk taʼ madwar Pietru kulma ġew kmandati. Ukoll, wara dan, Ġesù nnifsu bagħat permezz tagħhom mil-​lvant sal-​punent il-​proklamazzjoni qaddisa li ma titħassarx tas-​salvazzjoni taʼ dejjem. KONKLUŻJONI TWILA Ċerti manuskritti (Manuskritt Alessandrin, Manuskritt Efraemi, Manuskritt Bezae) u verżjonijiet (Vulgata Latina, Sirjaka Kuretonjana, Pexitta Sirjaka) antiki jżidu l-​konklużjoni twila li ġejja, imma din titħalla barra mill-​Manuskritt Sinajtiku, il-​Manuskritt tal-​Vatikan, il-​manuskritt Sirjaku Sinajtiku, u l-​Verżjoni Armenjana:  Wara li qam mill-​imwiet kmieni fl-​ewwel jum tal-​ġimgħa deher l-​ewwel lil Marija l-​Maddalena, li minnha kien keċċa sebaʼ demonji. 10  Hi marret u rrakkontat lil dawk li kienu jkunu miegħu, għax kienu qed jitnikktu u jibku. 11  Imma huma m’emmnux meta semgħu li kien reġaʼ ħa l-​ħajja u li kienet ratu. 12  Iktar minn hekk, wara dan, deher b’sura oħra lil tnejn minnhom li kienu mexjin fi triqithom lejn il-​kampanja; 13  u ġew lura u qalu lill-​bqija. Iżda lanqas lil dawn m’emmnu. 14  Imma iktar tard deher lill-​ħdax waqt li kienu mal-​mejda, u ċanfarhom għan-​nuqqas taʼ fidi tagħhom u għall-​ebusija taʼ qalbhom, għax ma kinux emmnuhom lil dawk li issa kienu rawh imqajjem mill-​imwiet. 15  U qalilhom: “Morru fid-​dinja kollha u ppridkaw l-​aħbar tajba lill-​ħolqien kollu. 16  Min jemmen u jitgħammed jiġi salvat, imma min ma jemminx jiġi kundannat. 17  Ukoll, se jkun hemm dawn is-​sinjali maʼ dawk li jemmnu: F’ismi jkeċċu x-​xjaten, jitkellmu bl-​ilsna, 18  jaqbdu s-​sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi ħaġa li ġġib il-​mewt żgur ma tweġġagħhomx. Iqiegħdu idejhom fuq il-​morda, u dawn ifiqu.” 19  Għalhekk, mela, wara li kellimhom, il-​Mulej Ġesù ttieħed ’il fuq fis-​sema u qagħad bil-​qiegħda fuq il-​lemin t’Alla. 20  Għaldaqstant huma ħarġu jippridkaw kullimkien, waqt li l-​Mulej ħadem magħhom u appoġġa l-​messaġġ permezz tas-​sinjali li kienu jsiru.

Noti taʼ taħt