Marku 15:1-47

15  U minnufih mas-​sebħ il-​qassisin ewlenin flimkien max-​xjuħ u l-​iskribi, saħansitra s-​Sinedriju kollu, ikkonsultaw bejniethom,+ rabtu lil Ġesù, ħaduh, u tawh f’idejn Pilatu.+  Għalhekk, Pilatu staqsieh: “Int is-​sultan+ tal-​Lhud?” Wieġeb u qallu: “Int stess qed tgħidu.”+  Imma l-​qassisin ewlenin bdew jakkużawh b’ħafna affarijiet.+  Issa Pilatu reġaʼ beda jistaqsih u qallu: “Ma twieġeb xejn?+ Ara kemm qed iġibu akkużi kontrik.”+  Imma Ġesù ma wieġeb xejn iżjed, tant li Pilatu beda jistagħġeb.+  Issa minn festa għal oħra kien jeħilsilhom priġunier, lil min kienu jridu huma.+  F’dak iż-​żmien kien hemm wieħed jgħidulu Barabba fil-​ħabs max-​xewwiexa li fir-​rewwixta kienu qatlu.+  Għalhekk, il-​folla telgħet u bdiet titolbu jagħmel dak li kien jagħmlilha s-​soltu.  Pilatu wieġeb u qalilhom: “Triduni neħilsilkom lis-​sultan tal-​Lhud?”+ 10  Għax intebaħ li kien minħabba l-​għira+ li l-​qassisin ewlenin kienu tawhulu f’idejh.+ 11  Imma l-​qassisin ewlenin xewxu lill-​folla biex, minflok, iġegħluh jeħilsilhom lil Barabba.+ 12  Pilatu reġaʼ wieġeb u qalilhom: “Allura, x’se nagħmel b’dak li tgħidulu s-​sultan+ tal-​Lhud?”+ 13  Għal darb’oħra għajtu: “Sammru maʼ zokk!”+ 14  Imma Pilatu qalilhom: “Għala, x’għamel ħażin?” Iżda iktar għajtu: “Sammru maʼ zokk!”+ 15  Imbagħad Pilatu, billi xtaq jissodisfa lill-​folla,+ ħelsilhom lil Barabba, u, wara li fflaġella lil Ġesù, tahulhom biex isammruh maʼ zokk.+ 16  Is-suldati issa ħaduh fil-​bitħa, jiġifieri, fil-​palazz tal-​gvernatur; u sejħu lill-​ġemgħa kollha tat-​truppi,+ 17  u libbsuh mantar vjola u nisġu kuruna tax-​xewk u poġġewhielu fuq rasu.+ 18  U bdew isellmulu: “Is-​sliem għalik,+ Sultan tal-​Lhud!” 19  Ukoll, tawh b’qasba fuq rasu u beżqulu u bdew jinżlu għarkopptejhom u jmilu quddiemu.+ 20  Fl-aħħar, wara li xebgħu jiżżuffjettaw bih, neżżgħulu l-​mantar vjola u libbsuh ħwejġu. U ħaduh biex isammruh maʼ zokk.+ 21  Ukoll, ġiegħlu lil wieħed li kien għaddej minn hemmhekk, ċertu Xmun minn Ċirene, li kien ġej mill-​kampanja, missier Alessandru u Rufu, jerfagħlu z-​zokk tat-​tortura.+ 22  U ġabuh fil-​post li jismu Golgota, isem li meta jiġi tradott ifisser Post il-​Qorriegħa.+ 23  Hawnhekk ipprovaw jagħtuh inbid imħallat bid-​droga tal-​mirra,+ imma ma ħadux.+ 24  U sammruh maʼ zokk u qassmu ħwejġu+ billi tellgħuhom bix-​xorti biex jaraw kull wieħed x’se jieħu.+ 25  Issa kienet it-​tielet siegħa*+ meta sammruh maʼ zokk. 26  U l-​iskrizzjoni bl-​akkuża+ kontrih kienet miktuba fuq, “Is-​Sultan tal-​Lhud.”+ 27  Iktar minn hekk, miegħu tpoġġew fuq zokk żewġ ħallelin, wieħed fuq il-​lemin u l-​ieħor fuq ix-​xellug tiegħu.+ 28 * —— 29  U dawk li kienu għaddejjin bdew jgħajruh,+ ixenglu rashom u jgħidulu: “Bħu għalik! Int li kellek twaqqaʼ t-​tempju u tibnih fi żmien tlett ijiem,+ 30  salva lilek innifsek u inżel minn fuq iz-​zokk tat-​tortura.”+ 31  Bl-istess mod ukoll il-​qassisin ewlenin kienu qed jiżżuffjettaw bejniethom flimkien maʼ l-​iskribi u jgħidu: “Salva lil oħrajn; lilu nnifsu ma jistax isalva!+ 32  Ħa jinżel issa minn fuq iz-​zokk tat-​tortura l-​Kristu, is-​Sultan taʼ Israel, biex aħna naraw u nemmnu.”+ Anki dawk li kienu tpoġġew bħalu fuq zokk kienu qed iżebilħuh.+ 33  X’ħin saret is-​sitt siegħa* waqgħet dalma fuq l-​art kollha sad-​disaʼ siegħa.*+ 34  U fid-​disaʼ siegħa Ġesù għajjat b’leħen għoli: “Eli, Eli, lama sabaqtani?” kliem li meta jiġi tradott ifisser: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala abbandunajtni?”+ 35  U xi wħud minn dawk li kienu weqfin fil-​qrib, meta semgħuh, bdew jgħidu: “Ara! Qed isejjaħ lil Elija.”*+ 36  Imma wieħed raġel mar jiġri, xarrab sponża bl-​inbid qares, poġġieha fuq qasba, u beda jagħtih jixrob+ u jgħid: “Ħalluh! Ħa naraw jekk Elija jiġix iniżżlu.”+ 37  Imma Ġesù għajjat għajta kbira u miet.+ 38  U l-​purtiera+ tas-​santwarju ċċarrtet fi tnejn minn fuq s’isfel.+ 39  Issa l-​fizzjal taʼ l-​armata, li kien wieqaf quddiemu, meta ra f’liema ċirkustanzi miet, qal: “Żgur li dan ir-​raġel kien Bin Alla.”+ 40  Kien hemm ukoll xi nisa qed iħarsu mill-​bogħod,+ fosthom Marija l-​Maddalena kif ukoll Marija omm Ġakbu ż-​Żgħir u Ġosè, u Salomè,+ 41  li kienu jakkumpanjawh+ u jaqduh meta kien fil-​Galilija, u ħafna nisa oħra li kienu telgħu miegħu Ġerusalemm.+ 42  Issa, billi kien diġà tard wara nofsinhar, u peress li kien jum it-​Tħejjija,* jiġifieri, il-​ġurnata taʼ qabel is-​Sabat, 43  ġie Ġużeppi minn Arimatija, membru rispettabbli tal-​Kunsill, li wkoll kien qed jistenna s-​saltna t’Alla.+ Hu għamel il-​kuraġġ biex jidħol quddiem Pilatu u talbu l-​ġisem+ taʼ Ġesù. 44  Imma Pilatu kien fid-​dubju jekk kienx diġà mejjet, u sejjaħ lill-​fizzjal taʼ l-​armata u staqsieh jekk kienx diġà miet. 45  Għalhekk, wara li sar jaf fiċ-​ċert mingħand il-​fizzjal taʼ l-​armata, ta l-​ġisem lil Ġużeppi.+ 46  Għaldaqstant, dan xtara għażel fin u niżżel il-​ġisem, keffnu fl-​għażel fin u poġġieh+ f’qabar+ li kien imħaffer fil-​blat; u gerbeb ġebla mal-​bieb tal-​qabar tat-​tifkira.+ 47  Imma Marija l-​Maddalena u Marija omm Ġosè baqgħu jħarsu lejn il-​post fejn tpoġġa.+

Noti taʼ taħt

Madwar id-​9 a.m., tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.
Ara Mt 17:21, in-​nota taʼ taħt.
Madwar nofsinhar, tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.
Madwar it-​3 p.m., tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.
Ifisser “Alla Tiegħi Hu Ġeħova.”
Ara Mt 27:62, in-​nota taʼ taħt.