Marku 14:1-72

14  Issa kien għad baqaʼ jumejn+ għall-​Qbiż+ u għall-​festa+ tal-​ħobż bla ħmira. U l-​qassisin ewlenin u l-​iskribi kienu qed jipprovaw jaraw kif b’makakkerija jaqbduh taħt idejhom u joqtluh;+  għax qalu kemm-il darba: “Mhux fil-​festa; li ma tqumx xi rewwixta tal-​poplu.”+  U waqt li kien Betanja għand Xmun l-​imġiddem,+ x’ħin kien mal-​mejda għall-​ikla, ġiet mara b’vażett taʼ l-​alabastru b’żejt ifuħ, nard pur, għali ħafna. Wara li fetħet il-​vażett taʼ l-​alabastru bdiet tferraʼ ż-​żejt fuq rasu.+  Għal dan, kien hemm xi wħud li għadbu ferm u bdew jgħidu bejniethom: “Għala dan il-​ħela taʼ żejt ifuħ?+  Għax dan iż-​żejt ifuħ setaʼ nbiegħ iktar minn tliet mitt dinar* u ngħata lill-​foqra!” U bdew igergru ħafna kontra tagħha.+  Imma Ġesù qalilhom: “Ħalluha. Għala qed tipprovaw taqilgħulha l-​inkwiet? Hi għamlet ħaġa tajba miegħi.+  Għax il-​foqra dejjem magħkom,+ u kulmeta tridu dejjem tistgħu tagħmlulhom il-​ġid, imma jien mhux dejjem se nkun magħkom.+  Hi għamlet dak li setgħet; ħadet ħsieb minn qabel biex tferraʼ żejt ifuħ fuq ġismi għad-​difna.+  Tassew ngħidilkom, Kulfejn tixxandar din l-​aħbar tajba fid-​dinja kollha,+ dak li għamlet din il-​mara jissemma wkoll b’tifkira tagħha.”+ 10  U Ġuda l-​Iskarjota, wieħed mit-​tnax, telaq għand il-​qassisin ewlenin sabiex jittradih u jagħtihulhom f’idejhom.+ 11  Meta semgħu dan, huma ferħu u wegħduh li jagħtuh xi flus tal-​fidda.+ Għalhekk, beda jfittex il-​waqt konvenjenti biex jittradih.+ 12  Issa, fl-​ewwel jum* tal-​festa tal-​ħobż bla ħmira,+ meta skond id-​drawwa kienu jissagrifikaw il-​vittma tal-​Qbiż, id-​dixxipli tiegħu+ qalulu: “Fejn tridna mmorru u nħejjulek l-​ikla tal-​Qbiż?”+ 13  Għalhekk, bagħat tnejn mid-​dixxipli tiegħu u qalilhom: “Idħlu l-​belt, u jiltaqaʼ magħkom raġel iġorr ġarra tal-​fuħħar bl-​ilma.+ Morru warajh, 14  u, fejn jidħol, għidu lil sid id-​dar, ‘Qallek l-​Għalliem: “Fejn hi l-​kamra tal-​mistidnin fejn nistaʼ niekol l-​ikla tal-​Qbiż+ mad-​dixxipli tiegħi?”’+ 15  U jurikom kamra taʼ fuq kbira, mgħammra bil-​lest; u ħejju għalina hemmhekk.”+ 16  Għalhekk, id-​dixxipli telqu u daħlu l-​belt u sabu kollox bħalma kien qalilhom; u ħejjew għall-​ikla tal-​Qbiż.+ 17  Fil-għaxija ġie mat-​tnax.+ 18  U, waqt li kienu qegħdin mal-​mejda jieklu, Ġesù qal: “Tassew ngħidilkom, Wieħed minnkom, li qed jiekol+ miegħi, se jittradini.”+ 19  Huma bdew jitnikktu u jgħidulu wieħed wieħed: “Mhux jien, hux?”+ 20  Qalilhom: “Hu wieħed mit-​tnax, li qed ibill fl-​istess skutella miegħi.+ 21  Veru, Bin il-​bniedem jitlaq, bħalma hu miktub dwaru, imma gwaj għal dak ir-​raġel li permezz tiegħu Bin il-​bniedem jiġi tradut! Kien ikun aħjar għal dak ir-​raġel kieku ma twilidx.”+ 22  Huma u jieklu, ħa ħobża, qal talba, qasamha u tahielhom, u qal: “Ħudu, dan il-​ħobż jirrappreżenta* ġismi.”+ 23  U ħa kies, radd ħajr u tahulhom, u lkoll xorbu minnu.+ 24  U qalilhom: “Dan jirrappreżenta d-​‘demm tiegħi+ tal-​patt,’+ li se jixxerred+ għal ħafna.+ 25  Tassew ngħidilkom, Żgur li ma nixrobx iżjed mill-​prodott tad-​dielja sa dak il-​jum meta nixorbu ġdid fis-​saltna t’Alla.”+ 26  Fl-aħħar, wara li kantaw għanjiet taʼ tifħir,+ ħarġu lejn il-​Muntanja taż-​Żebbuġ.+ 27  U Ġesù qalilhom: “Ilkoll se titfixklu, għax hu miktub, ‘Nidrob lir-​ragħaj,+ u n-​nagħaġ jitferrxu.’+ 28  Imma wara li niġi mqajjem immur qabilkom fil-​Galilija.”+ 29  Imma Pietru qallu: “Anki jekk l-​oħrajn kollha jitfixklu, jien żgur ma nitfixkilx.”+ 30  Għal dan, Ġesù qallu: “Tassew ngħidlek, Illum, iva, dan il-​lejl, qabel ma s-​serduq jidden darbtejn, int tiċħadni tliet darbiet.”+ 31  Imma hu beda jinsisti u jgħid: “Anki jekk ikolli mmut miegħek, żgur ma niċħdekx.” U l-​oħrajn ukoll, kollha bdew jgħidu l-​istess ħaġa.+ 32  U ġew f’post li kien jismu Ġetsemani, u qal lid-​dixxipli tiegħu: “Oqogħdu bil-​qiegħda hawnhekk sakemm nitlob.”+ 33  U ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni,+ u beda jħossu mifni u inkwetat għall-​aħħar.+ 34  U qalilhom: “Ruħi mnikkta ferm,+ għall-​mewt. Oqogħdu hawnhekk u ibqgħu għassa.”+ 35  U mexa ftit ’il quddiem, inxteħet fl-​art, u beda jitlob li, jekk jistaʼ jkun, is-​siegħa titwarrab minnu.+ 36  U kompla jgħid: “Abba,* Missier,+ kollox hu possibbli għalik; warrab minni dan il-​kies. Iżda mhux li rrid jien, imma li trid int.”+ 37  U ġie u sabhom reqdin, u qal lil Pietru: “Xmun, mela rqadt? Ma flaħtx tibqaʼ għassa siegħa waħda?+ 38  Ibqgħu għassa u itolbu,+ sabiex ma tidħlux fit-​tentazzjoni. Naturalment, l-​ispirtu hu ħerqan imma l-​laħam dgħajjef.”+ 39  U reġaʼ mar jitlob u qal l-​istess kliem.+ 40  U reġaʼ ġie u sabhom reqdin, għax għajnejhom kienu mtaqqlin, u għalhekk ma kinux jafu x’se jwiġbuh.+ 41  U ġie t-​tielet darba u qalilhom: “F’mument bħal dan qed torqdu u tieħdu l-​mistrieħ tagħkom! Biżżejjed! Is-​siegħa waslet!+ Ara! Bin il-​bniedem se jiġi tradut u jingħata f’idejn il-​midinbin.+ 42  Qumu, ejja mmorru.+ Ara! It-​traditur tiegħi qorob.”+ 43  U minnufih, waqt li kien għadu qed jitkellem, wasal Ġuda, wieħed mit-​tnax, u miegħu folla, bis-​sjuf u l-​bsaten, mingħand il-​qassisin ewlenin u l-​iskribi u x-​xjuħ.+ 44  Issa t-​traditur tiegħu kien tahom sinjal minn qabel u qalilhom: “Lil dak li nbus, ikun hu; arrestawh u ħuduh mgħasses sew.”+ 45  U ġie dritt fuqu u resaq lejh u qallu: “Rabbi!” u biesu+ b’tenerezza kbira. 46  Għalhekk, huma ħatfuh u arrestawh.+ 47  Madankollu, wieħed minn dawk li kienu hemmhekk silet is-​sejf u darab lill-​ilsir tal-​qassis il-​kbir u qatagħlu widintu.+ 48  Imma Ġesù wieġeb u qalilhom: “Ħriġtu bis-​sjuf u l-​bsaten qisu kontra xi ħalliel biex tarrestawni?+ 49  Kuljum kont inkun magħkom fit-​tempju ngħallem,+ iżda m’arrestajtunix. Imma dan qed isir sabiex titwettaq+ l-​Iskrittura.”+ 50  U d-​dixxipli kollha abbandunawh+ u ħarbu.+ 51  Imma wieħed żagħżugħ li kien liebes libsa t’għażel fin fuq il-​laħam beda miexi warajh mill-​qrib; u pprovaw jaqbduh taħt idejhom,+ 52  imma hu ħalla l-​libsa warajh u ħarab għarwien. 53  Imbagħad ħadu lil Ġesù għand il-​qassis il-​kbir; u l-​qassisin ewlenin u x-​xjuħ u l-​iskribi nġabru kollha flimkien.+ 54  Imma Pietru mexa warajh mill-​bogħod+ sal-​bitħa tal-​qassis il-​kbir; u qagħad bil-​qiegħda mal-​qaddejja tad-​dar għas-​sħana quddiem nar qawwi. 55  Sadanittant, il-​qassisin ewlenin u s-​Sinedriju kollu kienu qed ifittxu xiehda kontra Ġesù biex jagħtuh il-​mewt,+ imma ma bdew isibu xejn.+ 56  Ħafna, tabilħaqq, kienu qed jixhdu falz kontrih,+ imma x-​xiehda tagħhom ma kinitx taqbel.+ 57  Ukoll, bdew iqumu xi wħud jixhdu falz kontrih u jgħidu: 58  “Smajnieh jgħid, ‘Se nġarraf dan it-​tempju li kien magħmul bl-​idejn u fi tlett ijiem nibni ieħor mhux magħmul bl-​idejn.’”+ 59  Imma lanqas f’dan ma kienet taqbel ix-​xiehda tagħhom. 60  Fl-aħħar, il-​qassis il-​kbir qam f’nofshom u staqsa lil Ġesù: “Ma twieġeb xejn? X’qed jixhdu dawn kontrik?”+ 61  Iżda hu baqaʼ sieket u ma wieġeb xejn.+ Għal darb’oħra l-​qassis il-​kbir beda jistaqsih u jgħidlu: “Int il-​Kristu Bin l-​Imbierek?”+ 62  Imbagħad Ġesù qal: “Jien hu; u intom se taraw lil Bin il-​bniedem+ bil-​qiegħda fuq il-​lemin+ tal-​qawwa u ġej mas-​sħab tas-​sema.”+ 63  Għal dan, il-​qassis il-​kbir ċarrat ħwejġu+ u qal: “X’għandna bżonnhom iktar ix-​xhieda?+ 64  Smajtuha d-​dagħwa.+ X’jidhrilkom?” Huma lkoll ikkundannawh li ħaqqu l-​mewt. 65  Imbagħad xi wħud bdew jobżqulu+ u jgħattulu wiċċu kollu u jagħtuh bil-​ponn u jgħidulu: “Ipprofetizza!” U, wara li tawh bil-​ħarta, il-​qaddejja tal-​qorti ħaduh.+ 66  Issa, waqt li Pietru kien isfel fil-​bitħa, ġiet waħda mill-​qaddejja tal-​qassis il-​kbir,+ 67  u, x’ħin rat lil Pietru qiegħed għas-​sħana, ħarset fiss lejh u qaltlu: “Int ukoll kont man-​Nazzarenu, dan Ġesù.”+ 68  Imma hu ċaħad u qal: “La nafu u lanqas naf x’int tgħid,” u ħareġ barra ħdejn il-​kanċell.+ 69  Malli lemħitu, il-​qaddejja reġgħet bdiet tgħid lil dawk li kienu hemmhekk: “Dan wieħed minnhom.”+ 70  U reġaʼ ċaħad. Għal darb’oħra, wara ftit, dawk li kienu hemmhekk bdew jgħidu lil Pietru: “Żgur li int wieħed minnhom, għax, fil-​fatt, int Galilew.”+ 71  Imma hu beda jisħet u jaħlef:+ “Ma nafux lil dan ir-​raġel li qed issemmu.”+ 72  U minnufih is-​serduq idden it-​tieni darba;+ u Pietru ftakar f’dak li kien qallu Ġesù: “Qabel ma s-​serduq jidden darbtejn, int tiċħadni tliet darbiet.”+ U nfaqaʼ jibki.+

Noti taʼ taħt

Ara Mt 18:24, in-​nota taʼ taħt.
Ara Mt 26:17, in-​nota taʼ taħt.
Ara Mt 26:26, in-​nota taʼ taħt.
Kelma bl-​Aramajk li tfisser “il-​missier,” jew, “O Missier.” Din il-​kelma tintuża mit-​tfal biex jindirizzaw lil missirijiethom b’mod intimu imma b’rispett.