Marku 13:1-37

13  Hu u ħiereġ mit-​tempju wieħed mid-​dixxipli tiegħu qallu: “Għalliem, ara! X’ġebel u x’bini dan!”+  Madankollu, Ġesù qallu: “Qed tarah dan il-​bini kbir?+ Żgur li hawnhekk ma titħalliex ġebla fuq oħra+ li ma tiġġarrafx.”+  U waqt li kien bil-​qiegħda fuq il-​Muntanja taż-​Żebbuġ minfejn setaʼ jara t-​tempju, Pietru+ u Ġakbu u Ġwanni u Indrì sabuh waħdu u bdew jistaqsuh:+  “Għidilna, Dan meta se jseħħ, u x’se jkun is-​sinjal taʼ meta dan kollu għandu jiġi f’konklużjoni?”+  Għalhekk, Ġesù beda jgħidilhom: “Oqogħdu attenti li ħadd ma jqarraq bikom.+  Ħafna jiġu f’ismi u jgħidu, ‘Jien hu,’ u jqarrqu b’ħafna.+  Iktar minn hekk, meta tisimgħu bi gwerer u aħbarijiet taʼ gwerer, titwerwrux; dan irid iseħħ, imma ma jkunx għadu t-​tmiem.+  “Għax ġens iqum kontra ġens u saltna kontra saltna,+ ikun hemm terremoti+ f’post wara l-​ieħor, ikun hemm nuqqas taʼ ikel.+ Dan hu l-​bidu taʼ l-​uġigħ, bħall-​uġigħ tal-​ħlas.+  “U intom, oqogħdu attenti għalikom infuskom; in-​nies jagħtukom f’idejn il-​qrati tal-​post,+ u tissawtu fis-​sinagogi+ u tidhru quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, bħala xiehda għalihom.+ 10  Ukoll, l-​ewwel trid tiġi pridkata+ l-​aħbar tajba fil-​ġnus kollha.+ 11  Imma meta jkunu qed jiħdukom biex jagħtukom f’idejhom, tkunux ansjużi minn qabel dwar x’se tgħidu;+ imma għidu dak li jingħatalkom dak il-​ħin, għax mhux intom tkunu qed titkellmu, imma l-​ispirtu qaddis.+ 12  Iktar minn hekk, l-​aħwa se jagħtu lil xulxin għall-​mewt, u missier lil ibnu,+ u l-​ulied se jqumu kontra l-​ġenituri u jagħtuhom għall-​mewt;+ 13  u tkunu mibgħudin minn kulħadd minħabba ismi.+ Imma min jissaporti sat-​tmiem+ jiġi salvat.+ 14  “Madankollu, meta taraw il-​ħaġa moqżieża+ li ġġib ħerba+ wieqfa fejn m’għandhiex tkun (ħa juża moħħu l-​qarrej),+ imbagħad dawk li jkunu fil-​Lhudija ħa jaħarbu lejn il-​muntanji.+ 15  Min ikun fuq il-​bejt ħa ma jinżilx, u lanqas jidħol ġewwa biex jieħu xi ħaġa minn daru;+ 16  u min ikun fl-​għalqa ħa ma jerġax lura għal dak li ħalla warajh biex jieħu l-​mantar tiegħu.+ 17  Gwaj għan-​nisa tqal u għal dawk li jreddgħu f’dawk il-​jiem!+ 18  Ibqgħu itolbu biex dan ma jkunx fix-​xitwa;+ 19  għax dawk il-​jiem ikunu taʼ tribulazzjoni+ li qatt ma kien hawn bħalha mill-​bidu tal-​ħolqien li ħalaq Alla sa dak iż-​żmien, u qatt ma jerġaʼ jkun hawn.+ 20  Fil-fatt, kieku Ġeħova+ ma qassarx il-​jiem, ebda bniedem ma jiġi salvat. Imma, minħabba l-​magħżulin+ li għażel,+ qassar il-​jiem.+ 21  “Imbagħad, ukoll, jekk xi ħadd jgħidilkom, ‘Ara! Hawn qiegħed il-​Kristu,’ ‘Ara! Hemm qiegħed,’+ temmnuhx.+ 22  Għax iqumu Kristijiet foloz u profeti foloz+ u jagħmlu sinjali u għeġubijiet+ biex jiżvijaw, jekk jistaʼ jkun, lill-​magħżulin.+ 23  Għalhekk, oqogħdu attenti;+ jien għedtilkom kollox minn qabel.+ 24  “Imma f’dawk il-​jiem, wara dik it-​tribulazzjoni, ix-​xemx tiddallam, u l-​qamar ma jagħtix dawl, 25  u l-​kwiekeb jaqgħu mis-​sema, u l-​qawwiet li huma fis-​smewwiet jitheżżu.+ 26  U mbagħad jaraw lil Bin il-​bniedem+ ġej fis-​sħab b’qawwa u glorja kbira.+ 27  Imbagħad jibgħat lill-​anġli u jiġbor flimkien lill-​magħżulin tiegħu+ mill-​erbat irjieħ, minn tarf l-​art sa tarf is-​sema.+ 28  “Issa tgħallmu mis-​siġra tat-​tin din it-​tixbiha: Hekk kif il-​fergħa ġdida tagħha tkun għadha ratba u toħroġ il-​weraq, tkunu tafu li qorob is-​sajf.+ 29  Hekk ukoll intom, meta taraw dawn l-​affarijiet iseħħu, kunu afu li hu qrib, fil-​bieb.+ 30  Tassew ngħidilkom li din il-​ġenerazzjoni żgur ma tgħaddix sakemm iseħħ dan kollu.+ 31  Is-sema+ u l-​art jgħaddu, imma kliemi+ ma jgħaddix.+ 32  “Imma dak il-​jum u s-​siegħa ma jafhom ħadd, la l-​anġli fis-​sema u lanqas l-​Iben, ħlief il-​Missier.+ 33  Ibqgħu għassu, ibqgħu mqajmin,+ għax ma tafux meta hu ż-​żmien stabbilit.+ 34  Hu bħal raġel li siefer+ u ħalla daru u ta l-​awtorità lill-​ilsiera tiegħu, lil kull wieħed xogħlu, u ordna lil tal-​bieb jibqaʼ għassa. 35  Għalhekk, ibqgħu għassa,+ għax ma tafux meta ġej sid id-​dar, jekk hux tard fil-​jum* jew f’nofsillejl* jew x’ħin jidden is-​serduq* jew kmieni fil-​għodu;*+ 36  sabiex meta jasal għal għarrieda, ma jsibkomx reqdin.+ 37  Imma dak li ngħid lilkom ngħidu lil kulħadd, Ibqgħu għassa.”+

Noti taʼ taħt

“Tard fil-​jum.” L-​ewwel għassa skond kif kienu jaqsmu l-​lejl il-​Griegi u r-​Rumani, minn inżul ix-​xemx sa madwar id-​9 p.m.
“Nofsillejl.” It-​tieni għassa skond kif kienu jaqsmu l-​lejl il-​Griegi u r-​Rumani, minn madwar id-​9 p.m. sa nofsillejl.
“X’ħin jidden is-​serduq.” It-​tielet għassa skond kif kienu jaqsmu l-​lejl il-​Griegi u r-​Rumani, minn nofsillejl sa madwar it-​3 a.m.
“Kmieni fil-​għodu.” Ir-​rabaʼ għassa skond kif kienu jaqsmu l-​lejl il-​Griegi u r-​Rumani, minn madwar it-​3 a.m. sa tlugħ ix-​xemx.