Marku 1:1-45

1  Il-bidu taʼ l-​aħbar tajba dwar Ġesù Kristu:  Bħalma hu miktub fil-​ktieb tal-​profeta Isaija: “(Ara! Qed nibgħat lill-​messaġġier tiegħi quddiemek, u dan iħejji triqtek;)+  ismaʼ, xi ħadd qed jgħajjat fix-​xagħri, ‘Ħejju t-​triq taʼ Ġeħova, iddrittaw triqatu,’”+  Ġwanni l-​għammied mar fix-​xagħri jippriedka l-​magħmudija b’simbolu taʼ l-​indiema għall-​maħfra tad-​dnubiet.+  Għaldaqstant, dawk kollha li kienu fit-​territorju tal-​Lhudija u l-​abitanti kollha taʼ Ġerusalemm marru ħdejh, u kienu mgħammdin minnu fix-​Xmara Ġordan, waqt li stqarrew quddiem kulħadd li kienu midinbin.+  Issa Ġwanni kien jilbes xagħar tal-​ġemel u ħżiem tal-​ġild madwar ġenbejh,+ u kien jiekol ġurati+ u għasel salvaġġ.+  U kien jippriedka u jgħid: “Warajja ġej xi ħadd li hu b’saħħtu iktar minni; jien ma jistħoqqlix nitbaxxa u nħoll il-​qfieli tas-​sandli tiegħu.+  Jien għammidtkom bl-​ilma, imma hu jgħammidkom bl-​ispirtu qaddis.”+  Matul dawk il-​jiem Ġesù ġie minn Nazaret tal-​Galilija u tgħammed fil-​Ġordan minn Ġwanni.+ 10  U minnufih kif telaʼ mill-​ilma ra s-​smewwiet jinfetħu, u l-​ispirtu nieżel fuqu nnifsu bħal ħamiema;+ 11  u ġie leħen mis-​smewwiet: “Int Ibni, il-​maħbub; jien approvajtek.”+ 12  U minnufih l-​ispirtu ġiegħlu jmur fix-​xagħri.+ 13  U baqaʼ fix-​xagħri erbgħin jum,+ ġie ttantat minn Satana,+ u kien mal-​bhejjem salvaġġi, imma l-​anġli kienu jaqduh.+ 14  Issa, wara li Ġwanni ġie arrestat, Ġesù daħal fil-​Galilija+ jippriedka l-​aħbar tajba t’Alla+ 15  u jgħid: “Iż-​żmien stabbilit twettaq,+ u s-​saltna t’Alla qorbot. Indmu,+ u araw li jkollkom fidi fl-​aħbar tajba.” 16  Waqt li kien miexi maʼ xatt il-​baħar* tal-​Galilija ra lil Xmun+ u lil Indrì ħu Xmun jixħtu x-​xbieki fil-​baħar, għax kienu sajjieda.+ 17  Għalhekk, Ġesù qalilhom: “Ejjew warajja, u jien nagħmilkom sajjieda tal-​bnedmin.”+ 18  U mill-​ewwel abbandunaw ix-​xbieki tagħhom u marru warajh.+ 19  U wara li mexa ftit ieħor ra lil Ġakbu bin Żebedew u lil ħuh Ġwanni fid-​dgħajsa jsewwu x-​xbieki tagħhom;+ 20  u sejħilhom bla dewmien. Imbagħad huma ħallew lil missierhom Żebedew fid-​dgħajsa mal-​lavranti u telqu warajh. 21  U rħewlha lejn Kafarnahum.+ Lanqas laħaq wasal is-​Sabat* li ma daħalx fis-​sinagoga u beda jgħallem. 22  U huma stagħġbu bil-​mod kif għallimhom,+ għax kien qed jgħallimhom bħal wieħed li għandu l-​awtorità, u mhux bħall-​iskribi.+ 23  Ukoll, dak il-​ħin stess kien hemm fis-​sinagoga tagħhom raġel maħkum minn spirtu mhux nadif, u għajjat+ 24  u qal: “X’għandna x’naqsmu miegħek, Ġesù n-​Nazzarenu?+ Ġejt biex teqridna? Jien naf+ eżatt min int, il-​Qaddis+ t’Alla.”+ 25  Imma Ġesù ċanfru u qallu: “Iskot, u oħroġ minnu!”+ 26  U, wara li qabbdu aċċessjoni u għajjat kemm felaħ, l-​ispirtu mhux nadif ħareġ minnu.+ 27  In-nies kollha tant stagħġbu li bdew jiddiskutu bejniethom u jgħidu: “Dan x’inhu? Tagħlim ġdid! Hu jordna b’awtorità saħansitra lill-​ispirti mhux nodfa, u dawn jobduh.”+ 28  Għalhekk, l-​aħbar dwaru xterdet minnufih maʼ kullimkien fl-​art kollha taʼ madwar il-​Galilija.+ 29  U minnufih ħarġu mis-​sinagoga u daħlu fid-​dar taʼ Xmun+ u Indrì maʼ Ġakbu u Ġwanni. 30  Issa l-​kunjata+ taʼ Xmun kienet mixħuta bid-​deni,+ u mill-​ewwel qalulu biha. 31  U resaq lejha, qabdilha idha, u qajjimha; id-​deni ħallieha,+ u bdiet taqdihom.+ 32  Fil-għaxija, wara li niżlet ix-​xemx, in-​nies bdew iġibulu lil kulmin kien marid+ u lil dawk li kienu maħkumin mid-​demonji;+ 33  u l-​belt kollha nġabret quddiem il-​bieb. 34  Għalhekk, fejjaq lil ħafna li kellhom mard differenti,+ u keċċa ħafna demonji, imma ma kienx iħalli d-​demonji jitkellmu, għax kienu jafu li hu Kristu.*+ 35  U kmieni fil-​għodu, waqt li kien għadu d-​dlam, qam, ħareġ barra, u telaq lejn post imwarrab,+ u hemmhekk beda jitlob.+ 36  Madankollu, Xmun u dawk taʼ miegħu marru jfittxuh, 37  sabuh, u qalulu: “Kulħadd qed ifittxek.” 38  Imma hu qalilhom: “Ejja mmorru xi mkien ieħor, fl-​irħula fil-​qrib, sabiex inkun nistaʼ nippriedka+ hemmhekk ukoll, għax għalhekk ħriġt.”+ 39  U mar jippriedka fis-​sinagogi tagħhom fil-​Galilija kollha u jkeċċi d-​demonji.+ 40  Resaq lejh ukoll wieħed imġiddem, talbu bil-​ħrara għarkopptejh u qallu: “Jekk trid, tistaʼ tnaddafni.”+ 41  Hu ħassu mqanqal u tħassru,+ ħareġ idu, messu, u qallu: “Irrid. Indaf.”+ 42  U minnufih il-​ġdiem għab minn fuqu, u ndaf.+ 43  Barra minn hekk, tah ordnijiet stretti u bagħtu mill-​ewwel 44  u qallu: “Ara li ma tgħid xejn lil ħadd, imma mur uri ruħek lill-​qassis+ u offri għat-​tindif tiegħek dak li ordna Mosè,+ bħala xiehda għalihom.”+ 45  Imma wara li telaq, ir-​raġel tant beda jxandar u jgħid lil kulħadd b’li ġralu, li Ġesù ma setax jidħol iktar bil-​miftuħ f’xi belt, imma kien jibqaʼ barra fl-​imwarrab. Madankollu, baqgħu ġejjin ħdejh minn kullimkien.+

Noti taʼ taħt

Ara Nu 34:11, in-​nota taʼ taħt.
Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.
Ara Mt 2:4, in-​nota taʼ taħt.