Malakija 4:1-6

4  “Għax, ara, ġej il-​jum jaqbad bħall-​forn,+ u l-​prużuntużi kollha u dawk kollha li qed jagħmlu l-​ħażen iridu jsiru bħat-​tiben.*+ U l-​jum li ġej se jiblagħhom żgur,” qal Ġeħova taʼ l-​armati, “sabiex ma jħallilhom la għerq u lanqas fergħa.+  U għalikom li għandkom il-​biżaʼ taʼ ismi se tiddi x-​xemx tas-​sewwa,+ bil-​fejqan fir-​raġġi* tagħha;+ u intom toħorġu u taqbżu bħal għoġiela msemmnin.”+  “U se tisħqu lil dawk mill-​agħar, għax se jsiru bħat-​trab taħt qiegħ saqajkom fil-​jum li naġixxi,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.  “Ftakru fil-​liġi taʼ Mosè, il-​qaddej tiegħi, iva, ir-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji, li jien ikkmandajtu għal Israel kollu fil-​Ħoreb.+  “Ara! Qed nibagħtilkom lil Elija l-​profeta+ qabel jiġi l-​jum il-​kbir taʼ Ġeħova, jum li jqanqal il-​biżaʼ.+  U hu jdawwar lura qalb il-​missirijiet lejn uliedhom, u qalb l-​ulied lejn il-​missirijiet; li ma niġix u nolqot l-​art u nħarbatha.”*+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “fil-​ġwienaħ.”
Jew, “niddedikaha għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.