Malakija 3:1-18

3  “Ara! Qed nibgħat lill-​messaġġier tiegħi,+ u jrid iħejji triq quddiemi.+ U f’daqqa waħda jiġi fit-​tempju Tiegħu+ l-​Mulej il-​veru,*+ li lilu qegħdin tfittxu, u jiġi l-​messaġġier+ tal-​patt+ li bih titgħaxxqu.+ Ara! Jiġi żgur,” qal Ġeħova taʼ l-​armati.+  “Imma min se jissaporti jum il-​miġja tiegħu,+ u min se jiflaħ jieqaf meta jidher hu?+ Għax se jkun bħan-​nar tar-​raffinatur+ u bħas-​sapun*+ tal-​ħasselin.+  U jrid joqgħod bil-​qiegħda bħala raffinatur u wieħed li jnaddaf il-​fidda+ u jnaddaf lil ulied Levi;+ u jrid isaffihom bħad-​deheb+ u bħall-​fidda, u jsiru għal Ġeħova nies li qed jippreżentaw offerta bħala għotja+ bis-​sewwa.  U l-​offerta bħala għotja mingħand Ġuda u Ġerusalemm se tkun togħġob lil Ġeħova,+ bħal fil-​jiem taʼ żmien twil ilu u bħal fis-​snin tal-​qedem.+  “U nersaq lejkom għall-​ġudizzju,+ u nsir xhud ħafif+ kontra s-​sħaħar,+ kontra l-​adulteri,+ kontra dawk li jaħilfu falz,+ u kontra dawk li jagħmlu frodi fil-​pagi tal-​ħaddiem+ u li jimbroljaw lill-​armla+ u lit-​tifel bla missier,+ u kontra dawk li jkeċċu lir-​resident barrani,+ filwaqt li huma ma jibżgħux minni,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.  “Għax jien Ġeħova; jien ma nbdiltx.+ U intom ulied Ġakobb; intom ma ntemmejtux.+  Minn jiem missirijietkom warrabtu r-​regolamenti tiegħi u ma ħaristuhomx.+ Erġgħu lura lejja, u jien nerġaʼ lura lejkom,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati. U intom għedtu: “B’liema mod nerġgħu lura?”  “Jistaʼ l-​bniedem jisraq lil Alla? Imma intom tisirquni.” U intom għedtu: “B’liema mod sraqniek?” “Fl-​għexur u fil-​kontribuzzjonijiet.  Lili qed tisħtu+ b’saħta, u lili qed tisirqu—il-​ġens kollu kemm hu. 10  Ġibu l-​għexur kollha+ fil-​maħżen, biex ikun hemm l-​ikel f’dari;+ u għadduni minn prova, jekk jogħġobkom, f’dan ir-​rigward,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati, “u taraw jekk iniex se niftħilkom bwieb l-​għargħar tas-​smewwiet+ u nitfaʼ fuqkom xita taʼ barkiet sakemm ma jkun jonqoskom xejn iktar.”+ 11  “U se nċanfrilkom lill-​wikkiel,+ u ma jirrovinalkomx il-​frott taʼ l-​art, lanqas id-​dielja fl-​għalqa ma tkunilkom bla frott,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati. 12  “U l-​ġnus kollha se jiddikjarawkom henjin,+ għax intom se ssiru pajjiż t’għaxqa,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati. 13  “Qawwi kien kliemkom kontrija,”+ qal Ġeħova. U intom għedtu bejnietkom: “X’għedna kontrik?”+ 14  “Intom għedtu, ‘Għalxejn taqdi ’l Alla.+ U x’jiswa li ħarisna l-​obbligu lejh, u li mxejna b’qalbna sewda minħabba Ġeħova taʼ l-​armati?+ 15  Issa qed niddikjaraw henjin lin-​nies prużuntużi.+ U wkoll, dawk li jagħmlu l-​ħażen inbnew.+ Barra minn hekk, jibqgħu jgħaddu lil Alla minn prova u jgħadduha lixxa.’”+ 16  Dak iż-​żmien dawk li kellhom il-​biżaʼ taʼ Ġeħova+ tkellmu bejniethom, kull wieħed maʼ sieħbu, u Ġeħova ta kas u qagħad jismaʼ.+ U ktieb it-​tifkira beda jinkiteb quddiemu+ dwar dawk li għandhom il-​biżaʼ taʼ Ġeħova u dwar dawk li jaħsbu fuq ismu.+ 17  “U jsiru tiegħi,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati, “dakinhar li nagħmilhom il-​proprjetà speċjali tiegħi.+ U nagħdirhom, sewwasew bħalma raġel jagħder lil ibnu li jaqdih.+ 18  U intom terġgħu taraw id-​distinzjoni bejn bniedem sewwa u wieħed mill-​agħar,+ bejn wieħed li jaqdi lil Alla u wieħed li ma qdiehx.”+

Noti taʼ taħt

Dan jirreferi għal “Ġeħova taʼ l-​armati.”
Letteralment, “lissija.”