Malakija 2:1-17

2  “U issa dan il-​kmandament hu għalikom, O qassisin.+  Jekk m’intomx se tisimgħu,+ u jekk m’intomx se ddaħħluha f’qalbkom+ li tagħtu glorja lil ismi,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati, “jien se nibgħat fuqkom is-​saħta,+ u se nisħet il-​barkiet tagħkom.+ Iva, jien diġà sħitthom, għax m’intomx iddaħħlu dan f’qalbkom.”  “Ara! Minħabba fikom qed inċanfar liż-​żerriegħa miżrugħa,+ u se ntajjar il-​ħmieġ taʼ l-​annimali għal wiċċkom, il-​ħmieġ tal-​festi tagħkom; u tinġarru miegħu.  U se jkollkom tkunu tafu li bgħattilkom dan il-​kmandament,+ sabiex il-​patt+ tiegħi maʼ Levi jkun jistaʼ jitkompla,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.  “Miegħu kien il-​patt tiegħi, patt taʼ ħajja u paċi,+ u jien bqajt nagħtihomlu biex hekk ikollu l-​biżaʼ. U hu kompla jibżaʼ minni;+ iva, minħabba ismi twerwer.+  Il-liġi tal-​verità kienet f’fommu,+ u ebda inġustizzja ma nstabet fuq xofftejh. Mexa miegħi bil-​paċi u b’mod rett,+ u ħafna kienu dawk li reġġagħhom lura mill-​iżball.+  Għax xofftejn il-​qassis għandhom jaħżnu l-​għarfien, u minn fommu n-​nies għandhom ifittxu l-​liġi;+ għax hu l-​messaġġier taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.+  “Imma intom—intom warrabtu mit-​triq.+ Intom ġegħeltu lil ħafna jitfixklu fil-​liġi.+ Intom irrovinajtu l-​patt taʼ Levi,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.  “U jien ukoll, min-​naħa tiegħi, se nagħmilkom mistmerrin u bla ġieħ għan-​nies kollha+ daqskemm ma żammejtux maʼ triqati, imma wrejtu parzjalità fil-​liġi.”+ 10  “Mhux missier wieħed għandna lkoll kemm aħna?+ Mhux Alla wieħed ħalaqna?+ Għala naġixxu bi tradiment bejnietna,+ billi nkasbru l-​patt taʼ missirijietna?+ 11  Ġuda aġixxa bi tradiment, u twettqet ħaġa mistkerrha f’Israel u f’Ġerusalemm;+ għax Ġuda kasbar il-​qdusija taʼ Ġeħova,+ li Hu ħabb, u ħa lil bint alla barrani biex jiżżewwiġha.+ 12  Ġeħova se jqaċċat mit-​tined taʼ Ġakobb lil kull wieħed li jagħmel dan,+ lil dak li hu mqajjem u lil dak li jwieġeb, u lil dak li jippreżenta offerta bħala għotja+ lil Ġeħova taʼ l-​armati.” 13  “U din hi t-​tieni ħaġa li intom tagħmlu, ħaġa li biha ġġiegħlu l-​artal taʼ Ġeħova jinkesa bid-​dmugħ, bil-​biki u bit-​tnehid, tant li l-​offerti tagħkom bħala għotja m’għadhomx jiġu aċċettati iżjed u xejn ma jintlaqaʼ minn idkom bi pjaċir.+ 14  U intom għedtu, ‘Minħabba liema ħaġa?’+ Minħabba dan, li Ġeħova nnifsu xehed bejnek u bejn il-​mara taʼ żgħożitek,+ li magħha int aġixxejt bi tradiment, għalkemm hi s-​sieħba tiegħek u l-​mara tal-​patt tiegħek.+ 15  U kien hemm wieħed li m’għamilx hekk, billi kellu dak li kien baqaʼ mill-​ispirtu. U x’kien qed ifittex dan? In-​nisel t’Alla.+ U intom oqogħdu attenti għall-​ispirtu tagħkom,+ u ħalli ħadd ma jaġixxi bi tradiment mal-​mara taʼ żgħożitu.+ 16  Għax hu bagħad id-​divorzju,”+ qal Ġeħova l-​Alla taʼ Israel; “u lil dak li kesa ħwejġu bil-​vjolenza,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati. “U oqogħdu attenti għall-​ispirtu tagħkom, u m’għandkomx taġixxu bi tradiment.+ 17  “Għejjejtuh lil Ġeħova bi kliemkom,+ u għedtu, ‘B’liema mod għejjejnieh?’ Billi għedtu, ‘Kulmin qed jagħmel il-​ħażen hu tajjeb f’għajnejn Ġeħova, u b’uħud bħal dawn tgħaxxaq’;+ jew, ‘Fejn hu l-​Alla tal-​ġustizzja?’”+

Noti taʼ taħt