Luqa 9:1-62

9  Imbagħad sejjaħ lit-​tnax flimkien u tahom qawwa u awtorità fuq id-​demonji kollha u biex ifejqu l-​mard.+  U għalhekk bagħathom jippridkaw is-​saltna t’Alla u jfejqu  u qalilhom: “Għall-​vjaġġ tieħdu xejn, la bastun, la ħorġa taʼ l-​ikel, la ħobż, la flus tal-​fidda, u lanqas żewġ ilbiesi.+  Imma kulfejn tidħlu f’xi dar, oqogħdu fiha u itilqu minn hemmhekk.+  U kulfejn in-​nies ma jilqgħukomx, intom u ħerġin minn dik il-​belt+ farfru t-​trab minn maʼ saqajkom bħala xiehda kontrihom.”+  Imbagħad bdew il-​vjaġġ u daru t-​territorju, minn raħal għal raħal, ixandru l-​aħbar tajba u jwettqu fejqan kullimkien.+  Issa Erodi,* il-​ħakkiem tad-​distrett, semaʼ b’kulma kien qed jiġri, u kien konfuż għall-​aħħar għax xi wħud kienu qed jgħidu li Ġwanni kien ġie mqajjem mill-​imwiet,+  oħrajn li deher Elija, u jerġaʼ oħrajn li qam xi wieħed mill-​profeti tal-​qedem.  Qal Erodi: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu.+ Allura, min hu dan li qed nismaʼ dawn l-​affarijiet dwaru?” Għalhekk, kien qed jipprova+ jarah. 10  U meta l-​appostli ġew lura, irrakkontawlu x’kienu għamlu.+ Imbagħad ħadhom miegħu u marru għalihom waħedhom+ f’belt jisimha Betsajda. 11  Imma l-​folol saru jafu b’dan u marru warajh. U laqagħhom b’qalb tajba u beda jkellimhom dwar is-​saltna t’Alla,+ u fejjaq lil dawk li kellhom bżonn xi fejqan.+ 12  Imbagħad il-​jum kien wasal biex jintemm. Issa t-​tnax resqu lejh u qalulu: “Ibgħatha l-​folla, biex imorru fl-​irħula u l-​kampanja taʼ madwarna ħa jsibu fejn joqogħdu u jsibu x’jieklu, għax hawnhekk qegħdin fl-​imwarrab.”+ 13  Imma hu qalilhom: “Agħtuhom intom xi ħaġa x’jieklu.”+ Qalulu: “M’għandniex ħlief ħames ħobżiet u żewġ ħutiet,+ sakemm forsi ma mmorrux aħna stess nixtru l-​ikel għal dawn in-​nies kollha.”+ 14  Fil-fatt, kien hemm madwar ħamest elef raġel.+ Imma hu qal lid-​dixxipli tiegħu: “Qegħduhom bil-​qiegħda fi gruppi taʼ madwar ħamsin kull wieħed.”+ 15  U hekk għamlu, u ġegħluhom jinxteħtu bil-​qiegħda lkoll. 16  Imbagħad ħa l-​ħames ħobżiet u ż-​żewġ ħutiet, refaʼ għajnejh lejn is-​sema, berikhom, qasamhom, u beda jagħtihom lid-​dixxipli biex inewluhom lill-​folla.+ 17  Għalhekk, kulħadd kiel u xebaʼ, u l-​bċejjeċ żejda li kien fadal ġabruhom fi tnax-il qoffa.+ 18  Iktar tard, waqt li kien qed jitlob waħdu, ġew fuqu d-​dixxipli, u staqsiehom: “Il-​folol min qed jgħidu li jien?”+ 19  Wieġbu u qalulu: “Ġwanni l-​Battista; imma oħrajn, Elija, u jerġaʼ oħrajn, li qam wieħed mill-​profeti tal-​qedem.”+ 20  Imbagħad qalilhom: “Iżda intom min tgħidu li jien?” Pietru wieġeb u qallu:+ “Il-​Kristu+ t’Alla.” 21  Imbagħad widdibhom bis-​serjetà u qalilhom biex dan ma jgħiduh lil ħadd,+ 22  imma qalilhom: “Bin il-​bniedem se jgħaddi minn ħafna tbatijiet u jiġi miċħud mix-​xjuħ u l-​qassisin ewlenin u l-​iskribi, u jiġi maqtul,+ u fit-​tielet jum jiġi mqajjem.”+ 23  Imbagħad kompla jgħid lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, ħa jiċħad lilu nnifsu+ u jerfaʼ z-​zokk tat-​tortura tiegħu jum wara l-​ieħor u jibqaʼ miexi warajja.+ 24  Għax kulmin irid isalva ruħu jitlifha; imma kulmin jitlef ruħu minħabba fija jsalvaha.+ 25  Tassew, x’jiswielu bniedem jekk jikseb id-​dinja kollha imma jitlef ħajtu jew isofri l-​ħsara?+ 26  Għax kulmin jistħi minħabba fija u minħabba kliemi, Bin il-​bniedem jistħi minħabba fih meta jasal fil-​glorja tiegħu u tal-​Missier u taʼ l-​anġli mqaddsa.+ 27  Imma ngħidilkom il-​verità, Xi wħud minn dawk li qegħdin hawnhekk żgur ma jduqux il-​mewt qabel ma jaraw is-​saltna t’Alla.”+ 28  Fil-fatt, xi tmint ijiem wara li qal dan, ħa miegħu lil Pietru u lil Ġwanni u lil Ġakbu u telaʼ fuq il-​muntanja biex jitlob.+ 29  U kif kien qed jitlob, id-​dehra+ taʼ wiċċu nbidlet u ħwejġu saru taʼ bjuda li tgħammex.+ 30  Ukoll, ara! Kien hemm żewġt irġiel jitkellmu miegħu, li kienu Mosè u Elija.+ 31  Dawn dehru bil-​glorja u bdew jitkellmu dwar it-​tluq tiegħu li hu kellu jwettaq f’Ġerusalemm.+ 32  Issa Pietru u dawk li kienu miegħu kellhom għajnejhom tqal bin-​ngħas; imma meta qamu għalkollox raw il-​glorja tiegħu+ u ż-​żewġt irġiel weqfin ħdejh. 33  U waqt li dawn kienu qed jinfirdu minnu, Pietru qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna qegħdin hawnhekk; għalhekk, ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija,” għax ma kienx jaf x’qed jgħid.+ 34  Imma waqt li kien qed jgħid dan, ifformat sħaba u bdiet tgħattihom. Kif daħlu fis-​sħaba, imtlew bil-​biżaʼ.+ 35  U ġie leħen+ minn ġos-​sħaba li qal: “Dan hu Ibni, il-​magħżul.+ Isimgħu minnu.”+ 36  U waqt li nstemaʼ l-​leħen, Ġesù kien waħdu.+ Imma huma qagħdu kwieti u dak iż-​żmien ma qalu xejn lil ħadd dwar dak li raw.+ 37  L-għada, meta niżlu minn fuq il-​muntanja, iltaqgħet miegħu folla kbira.+ 38  U, ara! Raġel mill-​folla għajjat u qal: “Għalliem, nitolbok bil-​ħniena, ħares lejn ibni, għax m’għandix+ ħliefu.+ 39  U, ara! Jinħakem minn spirtu,+ u f’daqqa waħda jibda jgħajjat, u l-​ispirtu jqabbdu l-​aċċessjonijiet bir-​ragħwa f’ħalqu u bilkemm jitilqu wara li jkun benġlu. 40  U tlabt bil-​ħniena lid-​dixxipli tiegħek biex ikeċċuh, imma ma setgħux.”+ 41  Ġesù wieġeb u qal: “Ja ġenerazzjoni bla fidi u mgħawġa,+ kemm irrid indum magħkom u nissaportikom? Ġib lil ibnek hawnhekk.”+ 42  Imma anki x’ħin kien riesaq, id-​demonju ħabbtu maʼ l-​art u qabbdu aċċessjoni qawwija. Madankollu, Ġesù ċanfar lill-​ispirtu mhux nadif u fejjaq lit-​tifel u tah lil missieru.+ 43  U lkoll baqgħu mgħaġġbin bil-​qawwa maestuża+ t’Alla. Issa, waqt li lkoll kienu qed jistagħġbu b’kulma kien qed jagħmel, qal lid-​dixxipli tiegħu: 44  “Iftħu widnejkom sew għal dan il-​kliem, għax Bin il-​bniedem għandu jingħata f’idejn il-​bnedmin.”+ 45  Imma huma baqgħu ma fehmux dak li qalilhom. Fil-​fatt, kien moħbi għalihom biex ma jifhmuhx, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li qalilhom.+ 46  Imbagħad bdew jirraġunaw bejniethom dwar min se jkun l-​akbar wieħed minnhom.+ 47  Peress li kien jaf x’kienu qed jirraġunaw fi qlubhom, Ġesù ħa tifel żgħir, qiegħdu maġenbu,+ 48  u qalilhom: “Kulmin jilqaʼ lil dan it-​tifel f’ismi, jilqaʼ lili wkoll, u kulmin jilqaʼ lili, jilqaʼ wkoll lil dak li bagħatni.+ Għax min iġib ruħu bħal wieħed mill-​iżgħar+ fostkom ilkoll, dan ikun il-​kbir.”+ 49  Għaldaqstant, Ġwanni qal: “Mgħallem, rajna wieħed raġel ikeċċi d-​demonji+ f’ismek u aħna pprovajna nwaqqfuh,+ għax mhux qed jimxi warajk magħna.”+ 50  Imma Ġesù qallu: “Tipprovawx twaqqfuh, għax min mhux kontra tagħkom hu favur tagħkom.”+ 51  Issa, hekk kif kien qed joqrob iż-​żmien biex jittieħed fis-​sema,+ kien determinat li jmur Ġerusalemm. 52  Għalhekk, bagħat xi messaġġiera qablu. U huma telqu u daħlu f’raħal tas-​Samaritani+ biex iħejjulu; 53  imma dawn ma laqgħuhx, għax kien determinat li jmur Ġerusalemm.+ 54  Meta d-​dixxipli Ġakbu u Ġwanni+ raw dan, qalulu: “Mulej, tridna ngħidu lin-​nar+ jinżel mis-​sema u jeqridhom?” 55  Imma hu dar u ċanfarhom. 56  Imbagħad marru f’raħal ieħor. 57  Issa, huma u mexjin fit-​triq, xi ħadd qallu: “Jien niġi warajk kulfejn tmur.”+ 58  U Ġesù qallu: “Il-​volpijiet għandhom l-​għerien u l-​għasafar tas-​sema għandhom il-​bejtiet, imma Bin il-​bniedem m’għandu mkien fejn imidd rasu.”+ 59  Imbagħad qal lil wieħed ieħor: “Kun segwaċi tiegħi.” Qallu r-​raġel: “Ħallini l-​ewwel immur nidfen lil missieri.”+ 60  Imma hu qallu: “Ħalli l-​mejtin+ jidfnu l-​mejtin tagħhom, imma int mur u xandar is-​saltna t’Alla maʼ kullimkien.”+ 61  U jerġaʼ ieħor qallu: “Jien niġi warajk, Mulej; imma l-​ewwel ħallini nsellem+ lil dawk taʼ dari.” 62  Qallu Ġesù: “Ebda bniedem li jkun poġġa idu fuq il-​moħriet+ u jħares lejn dak li hemm warajh+ m’hu xieraq għas-​saltna t’Alla.”

Noti taʼ taħt

Ara Lq 3:1, in-​nota taʼ taħt.