Luqa 7:1-50

7  Meta temm kulma ried jgħid lin-​nies li kienu qed jisimgħuh, daħal Kafarnahum.+  Issa wieħed fizzjal taʼ l-​armata kellu lsir li kien għażiż għalih, u dan kien marid u wasal biex imut.+  Meta semaʼ dwar Ġesù, bagħat lil xi xjuħ tal-​Lhud biex jitolbuh jiġi u jfejjaq lill-​ilsir tiegħu.  Imbagħad dawk li ġew għand Ġesù bdew jitolbuh b’ħeġġa kbira u jgħidulu: “Jistħoqqlu li tagħmillu dan,  għax iħobb lil ġensna+ u kien hu li bnielna s-​sinagoga.”  Għalhekk, Ġesù telaq magħhom. Imma meta ma kienx bogħod mid-​dar, il-​fizzjal taʼ l-​armata kien diġà bagħat lil xi ħbieb biex jgħidulu: “Sinjur, toqgħodx tinqalaʼ, għax ma jistħoqqlix li nġibek taħt is-​saqaf tiegħi.+  Kien għalhekk li ma ħassejtnix denju li niġi għandek. Imma għid il-​kelma, u l-​qaddej tiegħi jfiq.  Għax jien ukoll, għalkemm qiegħed taħt awtorità, għandi s-​suldati taħti, u lil wieħed ngħidlu, ‘Mur!’ u jmur, u lil ieħor, ‘Ejja!’ u jiġi, u lill-​ilsir tiegħi, ‘Agħmel dan!’ u jagħmlu.”+  Meta Ġesù semaʼ dan, stagħġeb bih u dar lejn il-​folla li kienet miexja warajh u qalilhom: “Ngħidilkom, Lanqas saħansitra f’Israel ma sibt fidi daqshekk kbira.”+ 10  X’ħin dawk li kienu ntbagħtu waslu lura d-​dar, sabu lill-​ilsir qawwi u sħiħ.+ 11  Ftit wara dan, ivvjaġġa lejn belt jisimha Najn, u d-​dixxipli tiegħu u folla kbira kienu qed jivvjaġġaw miegħu. 12  Malli wasal qrib bieb il-​belt, ara, kienu ħerġin b’raġel mejjet,+ l-​uniku+ iben li kellha ommu. Iktar minn hekk, din kienet armla. Magħha kien hemm ukoll folla mdaqqsa mill-​belt. 13  U meta raha, il-​Mulej ħassu mqanqal u tħassarha+ u qalilha: “Tibqax tibki.”+ 14  Imbagħad resaq lejn il-​katalett u messu, u r-​reffiegħa waqfu. Imbagħad qal: “Żagħżugħ, ngħidlek, Qum!”+ 15  U l-​mejjet qam bil-​qiegħda u beda jitkellem; u tah lil ommu.+ 16  Issa lkoll inħakmu minn biżaʼ+ kbir, u bdew jigglorifikaw lil Alla u jgħidu: “Profeta kbir+ ġie mqajjem fostna,” u, “Alla tefaʼ l-​attenzjoni tiegħu lejn il-​poplu tiegħu.”+ 17  U din l-​aħbar dwaru nfirxet mal-​Lhudija kollha u maʼ dawk l-​inħawi kollha. 18  Issa d-​dixxipli taʼ Ġwanni rrapportawlu dwar dan kollu.+ 19  Għalhekk, Ġwanni sejjaħ tnejn mid-​dixxipli tiegħu u bagħathom għand il-​Mulej biex jistaqsuh: “Int Dak li għandu jiġi jew għandna nistennew lil ħaddieħor?”+ 20  Meta waslu ħdejh, l-​irġiel qalulu: “Ġwanni l-​Battista bagħatna nistaqsuk, ‘Int Dak li għandu jiġi jew għandna nistennew ieħor?’” 21  Dak il-​ħin fejjaq lil ħafna li kienu morda+ jew magħdurin jew maħkumin minn spirti mill-​agħar, u lil ħafna għomja wriehom ħniena u ġabhom jaraw. 22  Għalhekk, wieġeb u qal liż-​żewġt irġiel: “Morru+ u għidu lil Ġwanni dak li rajtu u smajtu: l-​għomja+ qed jingħataw id-​dawl, iz-​zopop qed jimxu, l-​imġiddmin qed jiġu mnaddfin u t-​torox qed jisimgħu, il-​mejtin qed jitqajmu, il-​foqra qed tintqalilhom+ l-​aħbar tajba.+ 23  U hieni min ma tfixkilx minħabba fija.”+ 24  Meta telqu l-​messaġġiera taʼ Ġwanni, beda jgħid lill-​folol dwar Ġwanni: “Xi ħriġtu taraw fix-​xagħri? Qasba tixxejjer mar-​riħ?+ 25  Mela, xi ħriġtu taraw? Raġel liebes ilbies fin?+ Tabilħaqq, dawk bi lbies impressjonanti li jgħixu fil-​lussu qegħdin fi djar irjali.+ 26  Allura, xi ħriġtu taraw? Profeta?+ Iva, ngħidilkom, u ferm iktar minn profeta.+ 27  Dan hu li dwaru hu miktub, ‘Ara! Qed nibgħat lill-​messaġġier tiegħi quddiemek,+ u dan iħejji triqtek qablek.’+ 28  Ngħidilkom, Fost dawk li twieldu min-​nisa m’hemm ħadd akbar+ minn Ġwanni; imma min hu fost l-​iżgħar fis-​saltna t’Alla hu akbar minnu.”+ 29  (Meta semgħu dan, in-​nies kollha u l-​kolletturi tat-​taxxi ddikjaraw li Alla hu sewwa u ġust,+ għax kienu tgħammdu bil-​magħmudija taʼ Ġwanni.+ 30  Imma l-​Fariżej u dawk li kienu jafu l-​Liġi ma tawx kas il-​pariri+ li tahom Alla, għax ma kinux tgħammdu minnu.) 31  “Għalhekk, maʼ min se nqabbilhom lin-​nies taʼ din il-​ġenerazzjoni, u lil min jixbhu?+ 32  Jixbhu lil tfal żgħar bil-​qiegħda f’suq li jgħajtu lil xulxin u jgħidu, ‘Daqqejnielkom il-​flawt, imma ma żfintux; newwaħna, imma ma bkejtux.’+ 33  Bl-istess mod, Ġwanni l-​Battista la ġie jiekol il-​ħobż u lanqas jixrob l-​inbid, imma intom tgħidu, ‘Għandu demonju.’+ 34  Bin il-​bniedem ġie jiekol u jixrob, imma intom tgħidu, ‘Ara! Raġel b’kilba għall-​ikel u mogħti għall-​inbid, ħabib tal-​kolletturi tat-​taxxi u l-​midinbin!’+ 35  Xorta waħda, l-​għerf+ jintwera li hu sewwa minn uliedu kollha.”+ 36  Issa wieħed mill-​Fariżej talbu kemm-il darba biex jiekol miegħu. Għaldaqstant, daħal id-​dar+ tal-​Fariżew u qagħad mal-​mejda. 37  U, ara! Mara, li fil-​belt kienet magħrufa bħala midinba, saret taf li kien mal-​mejda għall-​ikla fid-​dar tal-​Fariżew, u ġabet vażett taʼ l-​alabastru+ b’żejt ifuħ, 38  u qagħdet warajh ħdejn saqajh tibki, u bdiet ixxarrablu saqajh bid-​dmugħ u tixxottahomlu b’xagħarha. Ukoll, bisitlu saqajh b’tenerezza u dilkithomlu biż-​żejt ifuħ. 39  Malli ra dan, il-​Fariżew li stiednu qal f’qalbu: “Kieku dan ir-​raġel kien profeta+ kien ikun jaf min hi din li qed tmissu, u x’mara hi, li hi midinba.”+ 40  Imma Ġesù wieġeb u qallu: “Xmun, irrid ngħidlek xi ħaġa.” Dan qallu: “Għalliem, għidli!” 41  “Żewġt irġiel kellhom id-​dejn maʼ wieħed li jislef il-​flus; wieħed kellu jagħtih ħames mitt dinar*+ u l-​ieħor ħamsin. 42  Meta ma kellhomx biex iħallsuh, qabad u ħafrilhom+ kollox. Għalhekk, min minnhom se jħobbu l-​iktar?” 43  Xmun wieġeb u qallu: “Nimmaġina li dak li nħafirlu l-​iktar.” Qallu: “Iġġudikajt sew.” 44  Imbagħad dar lejn il-​mara u qal lil Xmun: “Qed taraha lil din il-​mara? Jien dħalt ġo darek u int ma tajtnix ilma+ għal saqajja. Imma din il-​mara xarrbitli saqajja bid-​dmugħ tagħha u xxottathomli b’xagħarha. 45  Int ma bistnix;+ imma din il-​mara, minn x’ħin dħalt, ma waqfitx tbusli saqajja b’tenerezza. 46  Int ma dliktlix rasi biż-​żejt;+ imma din il-​mara dilkitli saqajja b’żejt ifuħ. 47  Minħabba dan, ngħidlek li, għalkemm huma ħafna, dnubietha maħfurin,+ għax hi ħabbet ħafna; imma dak li jinħafirlu ftit, iħobb ftit.” 48  Imbagħad qalilha: “Dnubietek maħfurin.”+ 49  Għal dan, dawk li kienu mal-​mejda miegħu bdew jgħidu f’qalbhom: “Min hu dan ir-​raġel li saħansitra jaħfer id-​dnubiet?”+ 50  Imma hu qal lill-​mara: “Il-​fidi tiegħek salvatek;+ mur fil-​paċi.”+

Noti taʼ taħt

Ara Mt 18:24, in-​nota taʼ taħt.