Luqa 5:1-39

5  Darba minnhom, meta l-​folla kienet qed tross fuqu u tismaʼ l-​kelma t’Alla, hu kien qiegħed ħdejn l-​għadira taʼ Ġennesaret.+  U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-​xatt taʼ l-​għadira, imma s-​sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qed jaħslu x-​xbieki tagħhom.+  Telaʼ f’waħda mid-​dgħajjes, li kienet taʼ Xmun, u qallu biex jaqlaʼ naqra ’l barra mill-​art. Imbagħad qagħad bil-​qiegħda, u beda jgħallem lill-​folol mid-​dgħajsa.+  Meta temm id-​diskors tiegħu, qal lil Xmun: “Oħroġ ’il barra fejn hu fond, u itfgħu x-​xbieki tagħkom+ ħa taqbdu qabda ħut.”  Imma Xmun wieġeb u qallu: “Mgħallem, għamilna lejl sħiħ nitħabtu u ma qbadna xejn,+ imma għall-​kelma tiegħek se nitfaʼ x-​xbieki.”  U meta għamlu hekk qabdu kwantità kbira taʼ ħut. Fil-​fatt, ix-​xbieki tagħhom bdew jinqasmu.  Għalhekk, għamlu sinjal lil sħabhom fid-​dgħajsa l-​oħra biex jiġu jgħinuhom;+ u dawn ġew, u tant imlew iż-​żewġ dgħajjes li bdew jegħrqu.  Malli ra dan, Xmun Pietru+ nxteħet f’riġlejn Ġesù u qallu: “Tbiegħed minni, għax jien raġel midneb, Mulej.”+  Għax bil-​qabda ħut li kienu qabdu baqgħu mgħaġġbin, kemm hu u kemm dawk kollha li kienu miegħu, 10  kif ukoll Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew,+ li kienu sħab maʼ Xmun. Imma Ġesù qal lil Xmun: “Tibqax beżgħan. Minn issa ’l quddiem tibda taqbad nies ħajjin.”+ 11  Għalhekk, daħħlu d-​dgħajjes lura lejn l-​art, u abbandunaw kollox u marru warajh.+ 12  Darb’oħra, waqt li kien f’waħda mill-​bliet, ara, kien hemm raġel mimli ġdiem! Meta lemaħ lil Ġesù, inxteħet wiċċu fl-​art, talbu bil-​ħniena, u qallu: “Mulej, jekk trid, tistaʼ tnaddafni.”+ 13  Għalhekk, ħareġ idu, messu, u qallu: “Irrid. Indaf.” U minnufih il-​ġdiem għab minn fuqu.+ 14  U Ġesù ordna lir-​raġel biex ma jgħid lil ħadd:+ “Imma mur u uri ruħek lill-​qassis,+ u agħmel offerta+ għat-​tindif tiegħek, bħalma ordna Mosè, bħala xiehda għalihom.”+ 15  Imma l-​aħbar dwaru kienet qed tixtered dejjem iktar, u folol kbar kienu jinġabru biex jisimgħu u jitfejqu mill-​mard tagħhom.+ 16  Madankollu, hu baqaʼ waħdu fid-​deżert jitlob.+ 17  Jum minnhom hu kien qed jgħallem, u bil-​qiegħda hemmhekk kien hemm xi Fariżej u xi għalliema tal-​liġi li kienu ġew minn kull raħal tal-​Galilija u tal-​Lhudija u minn Ġerusalemm; u l-​qawwa taʼ Ġeħova kienet miegħu biex ifejjaq.+ 18  U, ara! Xi rġiel kienu qed iġorru fuq sodda raġel li kien paralizzat, u kienu qed jaraw kif se jdaħħluh u jġibuh quddiemu.+ 19  Iżda, billi ma sabux kif idaħħluh minħabba l-​folla, telgħu fuq il-​bejt, u niżżluh fuq soddtu minn bejn ix-​xorok f’nofs dawk li kienu quddiem Ġesù.+ 20  Meta ra l-​fidi tagħhom, qal: “Raġel, dnubietek maħfurin.”+ 21  Minħabba f’hekk, l-​iskribi u l-​Fariżej bdew jirraġunaw u jgħidu: “Min hu dan li qed jidgħi?+ Min jistaʼ jaħfer id-​dnubiet ħlief Alla waħdu?”+ 22  Imma, billi għaraf kif kienu qed jirraġunaw, Ġesù wieġeb u qalilhom: “X’qed tirraġunaw fi qlubkom?+ 23  X’inhu l-​eħfef, li tgħid, ‘Dnubietek maħfurin,’ jew li tgħid, ‘Qum u imxi’?+ 24  Imma sabiex tkunu tafu li Bin il-​bniedem għandu awtorità fuq l-​art li jaħfer id-​dnubiet—” qal lir-​raġel paralizzat: “Jien ngħidlek, Qum, erfaʼ soddtok, u itlaq lejn id-​dar.”+ 25  U minnufih qam quddiemhom, refaʼ s-​sodda li kien ikun mixħut fuqha u telaq lejn daru, jigglorifika lil Alla.+ 26  Imbagħad ilkoll intilfu f’estasi+ u bdew jigglorifikaw lil Alla, u, mimlijin biżaʼ, qalu: “Rajna affarijiet strambi llum!”+ 27  Issa, wara dan, ħareġ u lemaħ kollettur tat-​taxxi, jismu Levi, bil-​qiegħda fl-​uffiċċju tat-​taxxi u qallu: “Kun segwaċi tiegħi.”+ 28  U dan telaq kollox,+ qam, u mar warajh. 29  Ukoll, Levi għamillu festa kbira f’daru; u jieklu magħhom kien hemm folla kbira taʼ kolletturi tat-​taxxi u nies oħra.+ 30  Għal dan, il-​Fariżej u l-​iskribi tagħhom bdew igergru mad-​dixxipli tiegħu u jgħidulhom: “Għala tieklu u tixorbu mal-​kolletturi tat-​taxxi u l-​midinbin?”+ 31  Ġesù wieġeb u qalilhom: “Dawk li huma f’saħħithom m’għandhomx bżonn tabib,+ imma dawk li huma morda iva.+ 32  Ma ġejtx insejjaħ lin-​nies sewwa imma lill-​midinbin għall-​indiema.”+ 33  Qalulu: “Id-​dixxipli taʼ Ġwanni jsumu taʼ sikwit u jitolbu bil-​ħerqa, u dawk tal-​Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu.”+ 34  Qalilhom Ġesù: “Ma tistgħux iġġiegħlu lill-​ħbieb taʼ l-​għarus isumu waqt li l-​għarus ikun magħhom, hux hekk?+ 35  Iżda jiġi żmien meta l-​għarus+ tassew jittiħdilhom;+ imbagħad dak iż-​żmien isumu.”+ 36  Iktar minn hekk, tahom ukoll tixbiha: “Ħadd ma jaqtaʼ roqgħa minn libsa ġdida u jħitha fuq libsa qadima; għax jekk jagħmel hekk, ir-​roqgħa mil-​libsa l-​ġdida ċċarrat il-​qadima u ma taqbilx magħha.+ 37  Iktar minn hekk, ħadd ma jqiegħed inbid ġdid fi ġlud taʼ l-​inbid qodma; għax jekk jagħmel hekk, l-​inbid ġdid jifqaʼ l-​ġlud+ u jixtered, u l-​ġlud ma jibqgħux tajbin.+ 38  Imma nbid ġdid jitqiegħed fi ġlud ġodda. 39  Wara li jkun xorob inbid qadim, ħadd ma jkun iridu l-​ġdid; għax jgħid, ‘Il-​qadim+ itjeb.’”

Noti taʼ taħt