Luqa 3:1-38

3  Fis-sena ħmistax tar-​renju taʼ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-​Lhudija, Erodi*+ kien ħakkiem tad-​distrett tal-​Galilija, ħuh Filippu kien ħakkiem tad-​distrett taʼ l-​art taʼ l-​Iturija u t-​Trakonija, u Lisanja kien ħakkiem tad-​distrett taʼ l-​Abilene,  fi żmien il-​qassis ewlieni Anna u fi żmien Kajfa,+ il-​kelma t’Alla ġiet għand Ġwanni+ bin Żakkarija fix-​xagħri.+  Għalhekk, ġie fl-​art kollha taʼ madwar il-​Ġordan jippriedka l-​magħmudija b’simbolu taʼ l-​indiema għall-​maħfra tad-​dnubiet,+  bħalma hu miktub fil-​ktieb taʼ kliem il-​profeta Isaija: “Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħajjat fix-​xagħri, ‘Ħejju t-​triq taʼ Ġeħova, iddrittaw triqatu.+  Kull wied jimtela, u kull muntanja u għolja titbaxxa, u l-​liwjiet jiddrittaw u l-​art imħarbta ssir mogħdija lixxa;+  u l-​bnedmin kollha se jaraw il-​mezz t’Alla għas-​salvazzjoni.’”+  Għalhekk, beda jgħid lill-​folol li kienu ġejjin biex jgħammidhom: “Ja nisel il-​lifgħat,+ min uriekom kif taħarbu mill-​korla li ġejja?+  Mela agħmlu frott li jixraq lill-​indiema.+ U tgħidux fikom infuskom, ‘Bħala missierna għandna lil Abraham.’ Għax jien ngħidilkom li Alla għandu l-​qawwa li jqajjem ulied lil Abraham minn dan il-​ġebel.  Tabilħaqq, il-​mannara diġà qiegħda maʼ l-​għeruq tas-​siġar; għalhekk, kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tintefaʼ fin-​nar.”+ 10  U l-​folol kienu jistaqsuh: “Allura, x’għandna nagħmlu?”+ 11  U kien iwieġeb u jgħidilhom: “Min għandu żewġ ilbiesi ħa jaqsam maʼ min m’għandux, u min għandu x’jiekol ħa jagħmel l-​istess.”+ 12  Imma anki xi kolletturi tat-​taxxi ġew jitgħammdu u qalulu: “Għalliem, x’għandna nagħmlu?”+ 13  Qalilhom: “Iġġiegħlu lil ħadd jagħtikom iktar mir-​rata tat-​taxxa.”+ 14  Ukoll, dawk li kienu fis-​servizz militari kienu jistaqsuh: “U aħna x’għandna nagħmlu?” U qalilhom: “Taħqru lil ħadd u takkużaw+ lil ħadd b’mod falz, imma kunu kuntenti bil-​proviżjonijiet tagħkom.”+ 15  Issa, billi n-​nies kienu qed jistennew u kulħadd kien qed jirraġuna f’qalbu dwar Ġwanni: “Forsi dan hu l-​Kristu?”*+ 16  Ġwanni wieġeb u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-​ilma; imma ġej dak li hu b’saħħtu iktar minni, u jien ma jistħoqqlix inħoll il-​qfieli tas-​sandli tiegħu.+ Hu jgħammidkom bl-​ispirtu qaddis u bin-​nar.+ 17  Il-midra* qiegħda f’idu biex inaddaf għalkollox il-​qiegħa tiegħu u biex jiġbor+ il-​qamħ fil-​maħżen tiegħu, imma l-​karfa+ jaħraqha b’nar li ma jistax jintefa.”+ 18  Għalhekk, lin-​nies qalilhom ukoll ħafna affarijiet oħra biex iħeġġiġhom u kompla jxandrilhom l-​aħbar tajba. 19  Imma Erodi, il-​ħakkiem tad-​distrett, peress li kien ġie mwiddeb minnu dwar Erodja, il-​mara taʼ ħuh, u dwar l-​għemejjel mill-​agħar kollha li kien għamel,+ 20  kompla jżid maʼ dan il-​ħażen kollu billi tefaʼ lil Ġwanni l-​ħabs.+ 21  Issa, meta tgħammdu n-​nies kollha, Ġesù+ tgħammed ukoll u, waqt li kien qed jitlob, infetaħ is-​sema+ 22  u niżel fuqu l-​ispirtu qaddis bħal sura taʼ ħamiema, u ġie leħen mis-​sema: “Int Ibni, il-​maħbub; jien approvajtek.”+ 23  Iktar minn hekk, meta beda l-​ministeru tiegħu,+ Ġesù kellu madwar tletin sena,+ u kienu jqisuh bħala bin+Ġużeppi,+bin Għeli, 24  bin Mattat,bin Levi,bin Melki,bin Ġannaj,bin Ġużeppi, 25  bin Mattatija,bin Għamos,bin Naħum,bin Għesli,bin Naggaj, 26  bin Magħat,bin Mattatija,bin Semgħi,bin Ġożè,bin Ġoda, 27  bin Joħanan,bin Resa,bin Żerubbabel,+bin Saltijel,+bin Neri, 28  bin Melki,bin Addi,bin Kosam,bin Elmadam,bin Għer, 29  bin Ġesù,bin Eligħeżer,bin Ġorim,bin Mattat,bin Levi, 30  bin Simgħon,bin Ġuda,bin Ġużeppi,bin Ġonam,bin Eljakim, 31  bin Melija,bin Menna,bin Mattata,bin Natan,+bin David,+ 32  bin Ġesse,+bin Għobed,+bin Bogħaż,+bin Salmon,+bin Naħson,+ 33  bin Għamminadab,+bin Arni,*+bin Ħesron,+bin Pereż,+bin Ġuda,+ 34  bin Ġakobb,+bin Iżakk,+bin Abraham,+bin Teraħ,+bin Naħor,+ 35  bin Serug,+bin Regħu,+bin Peleg,+bin Għeber,+bin Selaħ,+ 36  bin Kajnan,*bin Arfaksad,+bin Sem,+bin Noè,+bin Lamek,+ 37  bin Metuselaħ,+bin Enok,+bin Ġared,+bin Maħalalgħel,+bin Kajnan,+ 38  bin Enos,+bin Set,+bin Adam,+bin Alla.

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, Erodi Antipa, bin Erodi l-​Kbir.
Ara Mt 2:4, in-​nota taʼ taħt.
Ara Mt 3:12, in-​nota taʼ taħt.
“Ram” fl-​1Kr 2:9; Mt 1:3, 4.
Xi manuskritti jħallu barra “bin Kajnan,” fi qbil maʼ Ġen 10:24; Ġen 11:12, 15; 1Kr 1:18.