Luqa 22:1-71

22  Issa kienet qed toqrob il-​festa tal-​ħobż bla ħmira, li jgħidulha l-​Qbiż.+  Ukoll, il-​qassisin ewlenin u l-​iskribi kienu qed ifittxu l-​aħjar mod kif jeħilsu minnu,+ għax kienu jibżgħu mill-​poplu.+  Imma Satana daħal f’Ġuda li jgħidulu l-​Iskarjota u li kien wieħed mit-​tnax;+  u dan telaq u tkellem mal-​qassisin ewlenin u mal-​kmandanti tat-​tempju dwar il-​mod effettiv kif jittradih u jagħtihulhom f’idejhom.+  Huma ferħu u ftiehmu li jagħtuh xi flus tal-​fidda.+  Għalhekk, hu aċċetta u beda jfittex opportunità tajba biex jittradih u jagħtihulhom f’idejhom x’ħin ma jkunx hemm folla madwaru.+  Issa wasal il-​jum fil-​festa tal-​ħobż bla ħmira li fih tiġi sagrifikata l-​vittma tal-​Qbiż;+  u hu bagħat lil Pietru u lil Ġwanni u qalilhom: “Morru ħejjulna l-​ikla tal-​Qbiż.”+  Qalulu: “Fejn tridna nħejjuha?” 10  Qalilhom:+ “Ara! Meta tidħlu fil-​belt jiltaqaʼ magħkom raġel iġorr ġarra tal-​fuħħar bl-​ilma. Morru warajh u idħlu fid-​dar fejn jidħol.+ 11  U għidu lil sid id-​dar, ‘Qallek l-​Għalliem: “Fejn hi l-​kamra tal-​mistidnin li fiha nistaʼ niekol l-​ikla tal-​Qbiż mad-​dixxipli tiegħi?”’+ 12  U dak ir-​raġel jurikom kamra kbira taʼ fuq, mgħammra. Ħejju hemmhekk.”+ 13  Għalhekk, telqu u sabu kollox bħalma kien qalilhom, u ħejjew l-​ikla tal-​Qbiż.+ 14  Imbagħad, meta sar il-​ħin, hu qagħad mal-​mejda flimkien maʼ l-​appostli.+ 15  U qalilhom: “Kelli xewqa kbira li niekol din l-​ikla tal-​Qbiż magħkom qabel ma nbati; 16  għax ngħidilkom, ma nerġax nikolha sakemm titwettaq fis-​saltna t’Alla.”+ 17  U qabad kies,+ radd ħajr, u qal: “Ħudu dan u għadduh lil xulxin minn wieħed għall-​ieħor; 18  għax ngħidilkom, Minn issa ’l quddiem ma nerġax nixrob mill-​prodott tad-​dielja sakemm tasal is-​saltna t’Alla.”+ 19  Ukoll, ħa ħobża,+ radd ħajr, qasamha, tahielhom, u qal: “Dan il-​ħobż jirrappreżenta* ġismi+ li se jingħata għalikom.+ Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.”+ 20  Ukoll, bl-​istess mod ħa l-​kies+ wara l-​ikla taʼ fil-​għaxija u qal: “Dan il-​kies jirrappreżenta l-​patt il-​ġdid+ konfermat b’demmi+ li se jixxerred għalikom.+ 21  “Imma, ara! Id it-​traditur+ tiegħi qiegħda mal-​mejda miegħi.+ 22  Għax Bin il-​bniedem jitlaq skond ma kien deċiż;+ iżda, xorta waħda, gwaj għal dak ir-​raġel li permezz tiegħu jiġi tradut!”+ 23  Għalhekk, bdew jiddiskutu bejniethom min minnhom kien tassew se jagħmel dan.+ 24  Madankollu, qam ukoll argument sħun fosthom dwar min minnhom kien jidher li hu l-​akbar.+ 25  Imma hu qalilhom: “Is-​slaten tal-​ġnus jiddominawhom, u dawk li għandhom l-​awtorità fuqhom jissejħu Benefatturi.+ 26  Imma intom m’għandkomx tkunu hekk.+ Imma min hu l-​akbar fostkom ħa jsir bħall-​iżgħar,+ u min jaġixxi bħala kap isir bħal min jaqdi.+ 27  Għax min hu akbar, dak li jkun mal-​mejda jew dak li jaqdi? Mhux dak li jkun mal-​mejda? Imma jien ninsab f’nofskom bħala dak li jaqdi.+ 28  “Madankollu, intom dawk li bqajtu+ miegħi fil-​provi tiegħi;+ 29  u nagħmel patt magħkom għal saltna,+ bħalma Missieri għamel miegħi,+ 30  biex tieklu+ u tixorbu fuq il-​mejda tiegħi f’saltnati,+ u toqogħdu bil-​qiegħda fuq tronijiet+ biex tiġġudikaw lit-​tnax-il tribù taʼ Israel. 31  “Xmun, Xmun, ara! Satana+ riedkom f’idejh biex jgħarbilkom bħal qamħ.+ 32  Imma jien tlabt bil-​ħerqa+ għalik biex il-​fidi tiegħek ma tonqosx; u int, meta terġaʼ tiġi lura, saħħaħ+ lil ħutek.” 33  U dan qallu: “Mulej, jien lest li mmur miegħek kemm il-​ħabs u kemm għall-​mewt.”+ 34  Imma hu qal: “Ngħidlek, Pietru, Illum ma jiddinx is-​serduq qabel ma int, għal tliet darbiet, tkun ċħadt li tafni.”+ 35  Qalilhom ukoll: “Naqsitkom xi ħaġa meta bgħattkom+ bla borża tal-​flus u bla ħorġa taʼ l-​ikel u bla sandli?” Qalulu: “Le!” 36  Imbagħad qalilhom: “Imma issa min għandu borża tal-​flus ħa jiħodha miegħu, u l-​istess il-​ħorġa taʼ l-​ikel; u min m’għandux sejf ħa jbigħ il-​mantar tiegħu u jixtri wieħed. 37  Għax ngħidilkom li dak li hu miktub irid jitwettaq fija, jiġifieri, ‘U kien magħdud mal-​kriminali.’+ Għax dak li jikkonċerna lili qed jitwettaq.”+ 38  Imbagħad qalulu: “Mulej, ara! Hawn żewġt isjuf.” Qalilhom: “Biżżejjed.” 39  Imbagħad ħareġ u, kif kienet id-​drawwa tiegħu, mar lejn il-​Muntanja taż-​Żebbuġ; u d-​dixxipli wkoll marru warajh.+ 40  Malli wasal fil-​post qalilhom: “Ibqgħu itolbu sabiex ma tidħlux fit-​tentazzjoni.”+ 41  U tbiegħed minnhom daqs tefgħa taʼ ġebla, niżel għarkopptejh, u beda jitlob 42  u jgħid: “Missier, jekk trid, warrab minni dan il-​kies. Madankollu, ħa sseħħ ir-​rieda tiegħek+ u mhux tiegħi.”+ 43  Imbagħad deherlu anġlu mis-​sema jqawwilu qalbu.+ 44  Imma kien f’agunija u kompla jitlob iktar bil-​ħeġġa;+ u l-​għaraq tiegħu beda nieżel fl-​art bħal qtar tad-​demm.+ 45  U qam minfejn kien qed jitlob, mar ħdejn id-​dixxipli, u sabhom jonogħsu minħabba n-​niket;+ 46  u qalilhom: “Għala rqadtu? Qumu u ibqgħu itolbu, sabiex ma tidħlux fit-​tentazzjoni.”+ 47  Waqt li kien għadu qed jitkellem, ara, folla nies! U miexi quddiemhom kien hemm dak li jgħidulu Ġuda,+ wieħed mit-​tnax; u dan resaq lejn Ġesù biex ibusu.+ 48  Imma Ġesù qallu: “Ġuda, b’bewsa tittradih lil Bin il-​bniedem?”+ 49  Meta dawk taʼ madwaru raw x’kien se jiġri, qalulu: “Mulej, nagħtu bis-​sejf?”+ 50  Wieħed minnhom saħansitra darab lill-​ilsir tal-​qassis il-​kbir u qatagħlu widintu l-​leminija.+ 51  Imma Ġesù wieġeb u qal: “Ieqfu! Biżżejjed!” U messlu widintu u fejqu.+ 52  Imbagħad Ġesù qal lill-​qassisin ewlenin u lill-​kmandanti tat-​tempju u lix-​xjuħ li kienu ġew għalih hemmhekk: “Ħriġtu bis-​sjuf u l-​bsaten qisu kontra xi ħalliel?+ 53  Meta kont inkun magħkom kuljum fit-​tempju+ ma meddejtux idejkom fuqi.+ Imma din hi s-​siegħa+ tagħkom u l-​awtorità+ tad-​dlam.”+ 54  Imbagħad arrestawh u ħaduh+ magħhom u ġabuh fid-​dar tal-​qassis il-​kbir;+ imma Pietru kien miexi warajhom mill-​bogħod.+ 55  Meta qabbdu nar f’nofs il-​bitħa u qagħdu bil-​qiegħda flimkien, Pietru kien bil-​qiegħda magħhom.+ 56  Imma waħda qaddejja ratu bil-​qiegħda ħdejn in-​nar qawwi u flietu u qalet: “Dan ir-​raġel ukoll kien miegħu.”+ 57  Imma hu ċaħad+ u qal: “Ma nafux, mara.”+ 58  U wara ftit rah ħaddieħor u qallu: “Int ukoll wieħed minnhom.” Imma Pietru qallu: “Le, żgur li m’iniex.”+ 59  U wara xi siegħa ndaħal ieħor li beda jinsisti b’saħħa: “Dan żgur li wkoll kien miegħu; għax, fil-​fatt, hu Galilew!”+ 60  Imma Pietru qallu: “Raġel, ma nafx x’int tgħid.” U minnufih, waqt li kien għadu qed jitkellem, is-​serduq idden.+ 61  U l-​Mulej dar u ħares lejn Pietru, u Pietru ftakar fil-​kliem tal-​Mulej meta qallu: “Illum, qabel ma jidden is-​serduq, int tiċħadni tliet darbiet.”+ 62  U ħareġ barra u beka biki taʼ mrar.+ 63  Issa l-​irġiel li kienu qed iżommuh arrestat bdew jiżżuffjettaw+ bih u jsawtuh;+ 64  u wara li għattewlu wiċċu, bdew jistaqsuh u jgħidulu: “Ipprofetizza. Min sawtek?”+ 65  U komplew jgħidu ħafna dagħa+ ieħor kontra tiegħu. 66  Sa fl-​aħħar, meta sebaħ, inġabret l-​assemblea tax-​xjuħ tal-​poplu, il-​qassisin ewlenin, u l-​iskribi,+ u daħħluh fis-​sala tagħhom tas-​Sinedriju u qalulu:+ 67  “Jekk int il-​Kristu,+ għidilna.” Imma qalilhom: “Anki jekk ngħidilkom, żgur ma temmnux.+ 68  Iktar minn hekk, jekk nistaqsikom, żgur ma twiġbux.+ 69  Madankollu, minn issa ’l quddiem Bin il-​bniedem+ ikun bil-​qiegħda fuq il-​leminija+ qawwija t’Alla.”+ 70  Għal dan, ilkoll qalulu: “Allura int l-​Iben t’Alla?” Qalilhom: “Intom stess qed tgħidu+ li jien.” 71  Qalu: “X’għandna bżonn taʼ iktar xiehda?+ Għax aħna nfusna smajna dan minn fommu stess.”+

Noti taʼ taħt

Ara Mt 26:26, in-​nota taʼ taħt.