Luqa 19:1-48

19  U daħal Ġeriko+ u kien għaddej minn hemmhekk.  Issa kien hemm raġel jismu Żakkew; u dan kien kollettur ewlieni tat-​taxxi, u kien għani.  Hu kien qed jipprova jara+ min kien dan Ġesù, imma ma setax minħabba l-​folla, għax kien qasir.  Għalhekk, mar jiġri ’l quddiem u telaʼ fuq tina salvaġġa sabiex jarah, għax kien se jgħaddi minn hemmhekk.  Issa, meta wasal f’dak il-​post, Ġesù ħares ’il fuq u qallu: “Żakkew, isa, inżel, għax illum irrid noqgħod f’darek.”  Għal dan, niżel jiġri u laqgħu bil-​ferħ bħala mistieden għandu.  Imma meta raw dan, ilkoll bdew igemgmu+ minn taħt l-​ilsien u jgħidu: “ Maʼ midneb mar joqgħod.”  Imma Żakkew qam u qal lill-​Mulej: “Ara! Mulej, nofs ġidi se nagħtih lill-​foqra, u kulma ħadt b’qerq u b’akkuża falza+ mingħand xi ħadd se rroddu lura għal erbaʼ darbiet.”+  Għal dan, Ġesù qallu: “Illum ġiet is-​salvazzjoni f’din id-​dar, għax int ukoll bin Abraham.+ 10  Għax Bin il-​bniedem ġie jfittex u jsalva dak li kien mitluf.”+ 11  Huma u jisimgħu dan, żied jgħidilhom tixbiha, għax kien qrib Ġerusalemm u kienu qed jimmaġinaw li s-​saltna t’Alla kienet se tidher minnufih.+ 12  Għalhekk, qalilhom: “Wieħed raġel nobbli minn twelidu vvjaġġa lejn art imbiegħda biex jikseb poter bħala sultan u mbagħad jerġaʼ lura.+ 13  Sejjaħ għaxra mill-​ilsiera tiegħu, tahom għaxar miniet, u qalilhom, ‘Innegozjawhom sakemm niġi.’+ 14  Imma ċ-​ċittadini taʼ pajjiżu kienu jobogħduh+ u bagħtu warajh ġemgħa t’ambaxxaturi jgħidu, ‘Lil dan ma rriduhx isir sultan fuqna.’+ 15  “U meta ġie lura, wara li kiseb il-​poter bħala sultan, ordna li jissejħu quddiemu l-​ilsiera li lilhom kien ta l-​flus tal-​fidda, sabiex ikun jaf x’kienu qalgħu bin-​negozju li kienu għamlu.+ 16  Imbagħad, ġie quddiemu l-​ewwel wieħed u qallu, “Sidi, il-​mina tiegħek qalgħet għaxar miniet.’+ 17  Għalhekk, qallu, ‘Prosit, ilsir tajjeb! Peress li wrejt fedeltà f’ħaġa żgħira ħafna, ħu l-​awtorità fuq għaxart ibliet.’+ 18  Issa ġie t-​tieni wieħed u qal, ‘Il-​mina tiegħek, Sidi, għamlet ħames miniet.’+ 19  Lil dan ukoll qallu, ‘Int, ukoll, ħu taħt idejk ħamest ibliet.’+ 20  Imma ġie ieħor u qal, ‘Sidi, hawn hi l-​mina tiegħek, li jien żammejt merfugħa f’biċċa drapp. 21  Għax ara, bżajt minnek, peress li int raġel aħrax; tiġbor dak li ma ddepożitajtx u taħsad dak li ma żrajtx.’+ 22  Qallu, ‘Minn fommok stess+ niġġudikak, ilsir mill-​agħar. Kont taf, hux hekk, li jien raġel aħrax, li niġbor dak li ma ddepożitajtx u naħsad dak li ma żrajtx?+ 23  Allura, għala ma poġġejtx il-​flus tal-​fidda tiegħi l-​bank? Imbagħad, meta nasal, kont niġborhom bl-​imgħax.’+ 24  “Imbagħad qal lil dawk li kienu ħdejh, ‘Ħudulu l-​mina u agħtuha lil dak li għandu l-​għaxar miniet.’+ 25  Imma qalulu, ‘Sidi, għandu għaxar miniet!’— 26  ‘Ngħidilkom, Kulmin għandu, jingħatalu iktar; imma min m’għandux, jittiħidlu saħansitra dak li għandu.+ 27  Iktar minn hekk, lil dawn l-​għedewwa tiegħi li ma ridunix insir sultan fuqhom ġibuhom hawnhekk u oqtluhom bla ħniena quddiemi.’”+ 28  U wara li qal dan, qabad it-​triq u beda tielaʼ lejn Ġerusalemm.+ 29  U meta qorob lejn Betfaġe u Betanja ħdejn il-​muntanja msejħa l-​Muntanja taż-​Żebbuġ,+ bagħat tnejn mid-​dixxipli+ 30  u qalilhom: “Morru fir-​raħal li qed taraw quddiemkom, u wara li tidħlu fih issibu felu marbut, li ebda bniedem għadu ma qagħad bil-​qiegħda fuqu. Ħolluh u ġibuh.+ 31  Imma jekk xi ħadd jistaqsikom, ‘Għala qed tħolluh?’ għandkom tgħidulu, ‘Il-​Mulej għandu bżonnu.’”+ 32  Għalhekk, dawk li ntbagħtu marru u sabu kollox bħalma qalilhom.+ 33  Imma huma u jħollu l-​felu, is-​sidien tiegħu qalulhom: “Għala qed tħollu l-​felu?”+ 34  Qalulhom: “Il-​Mulej għandu bżonnu.”+ 35  U ħaduh għand Ġesù, tefgħu l-​imnatar tagħhom fuq il-​felu, u rikkbu lil Ġesù fuqu.+ 36  Hu u għaddej+ bdew jifirxu l-​imnatar tagħhom fit-​triq.+ 37  Malli wasal ħdejn in-​niżla tal-​Muntanja taż-​Żebbuġ, il-​kotra kollha tad-​dixxipli bdew jifirħu u jfaħħru lil Alla b’leħen għoli għall-​għemejjel setgħanin kollha li kienu raw,+ 38  u jgħidu: “Imbierek Dak li ġej bħala s-​Sultan f’isem+ Ġeħova! Paċi fis-​sema, u glorja fl-​ogħla postijiet!”+ 39  Madankollu, xi wħud mill-​Fariżej fil-​folla qalulu: “Għalliem, ċanfar lid-​dixxipli tiegħek.”+ 40  Imma wieġeb u qalilhom: “Ngħidilkom, Kieku dawn baqgħu siekta, kien jgħajjat il-​ġebel.”+ 41  U meta wasal qrib, ħares lejn il-​belt u beda jibkiha+ 42  u jgħid: “Kieku int, iva int, għaraft+ f’dan il-​jum dak li jwassal għall-​paċi—imma issa nħeba minn għajnejk.+ 43  Għax jiġu fuqek il-​jiem meta l-​għedewwa tiegħek jibnu madwarek ħajt+ bi zkuk ippontati+ u jdawruk+ u jnikktuk+ minn kull naħa, 44  u jsabbtu maʼ l-​art+ lilek u lil uliedek li hemm fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra,+ għax m’għaraftx iż-​żmien li fih ġejt spezzjonata.”+ 45  U daħal fit-​tempju u beda jkeċċi ’l barra lil dawk li kienu qed ibigħu+ 46  u qalilhom: “Hu miktub, ‘U dari tkun dar tat-​talb,’+ imma intom għamiltuha għar tal-​ħallelin.”+ 47  Barra minn hekk, kien imur kuljum jgħallem fit-​tempju. Imma l-​qassisin ewlenin u l-​iskribi u l-​kbarat tal-​poplu kienu qed jipprovaw jeqirduh;+ 48  madankollu, ma sabux mezz kif jagħmlu dan, għax in-​nies kollha baqgħu mqabbdin miegħu biex jisimgħuh.+

Noti taʼ taħt