Luqa 18:1-43

18  Imbagħad qalilhom tixbiha dwar il-​bżonn li jitolbu dejjem bla ma jaqtgħu qalbhom:+  “F’ċerta belt kien hemm imħallef li la kien jibżaʼ minn Alla u lanqas jirrispetta lill-​bniedem.  U f’dik il-​belt kien hemm ukoll armla li kienet tmur għandu+ u tgħidlu, ‘Ara li ssir ġustizzja miegħi fil-​kawża maʼ l-​avversarju tiegħi.’  Għal xi żmien hu ma riedx, imma wara qal f’qalbu, ‘Għalkemm la nibżaʼ minn Alla u lanqas nirrispetta lill-​bniedem,  minħabba l-​fatt li din l-​armla se tibqaʼ tħabbatni,+ nara li ssirilha ġustizzja, biex ma tibqax tiġi tiħodli rasi.’”+  Imbagħad il-​Mulej qal: “Isimgħu x’qal l-​imħallef, għalkemm ma kienx raġel sewwa!  Ċertament, mela, sejjer Alla ma jġegħelx li ssirilhom ġustizzja+ lill-​magħżulin tiegħu li jgħajtulu lejl u nhar, għalkemm idum juri sabar magħhom?+  Ngħidilkom, Iġiegħel li ssirilhom ġustizzja malajr.+ Madankollu, meta jasal Bin il-​bniedem, veru jsib il-​fidi* fuq l-​art?”  Lil xi wħud li kienu fiduċjużi fihom infushom li kienu nies sewwa,+ u li kienu jqisu lil ħaddieħor bħala li m’hu xejn,+ qalilhom ukoll din it-​tixbiha: 10  “Żewġt irġiel telgħu fit-​tempju biex jitolbu, wieħed kien Fariżew u l-​ieħor kollettur tat-​taxxi. 11  Il-Fariżew qam+ u beda jitlob+ hekk f’qalbu, ‘O Alla, nirringrazzjak li m’iniex bħall-​bqija tal-​bnedmin, imbroljuni, ma jagħmlux is-​sewwa, adulteri, jew saħansitra bħal dan il-​kollettur tat-​taxxi.+ 12  Insum darbtejn fil-​ġimgħa, nagħti l-​għexur taʼ dak kollu li nikseb.’+ 13  Imma l-​kollettur tat-​taxxi wieqaf ’il bogħod lanqas ried saħansitra jgħolli għajnejh lejn is-​sema, imma beda jħabbat fuq sidru+ u jgħid, ‘O Alla, kun ħanin miegħi għax jien midneb.’+ 14  Ngħidilkom, Dan niżel lejn daru magħdud bħala raġel sewwa+ iktar mill-​ieħor; għax kulmin jitgħolla jiġi umiljat, imma min jumilja ruħu jitgħolla.”+ 15  Issa n-​nies bdew iġibulu wkoll lit-​tfal ċkejknin tagħhom biex imisshom; imma malli raw dan id-​dixxipli bdew iċanfruhom.+ 16  Madankollu, Ġesù sejjaħ lejh liċ-​ċkejknin u qal: “Ħallu t-​tfal żgħar jiġu għandi, u tipprovawx twaqqfuhom. Għax is-​saltna t’Alla hi taʼ min hu bħalhom.+ 17  Tassew ngħidilkom, Kulmin ma jilqax is-​saltna t’Alla bħal tifel żgħir żgur ma jidħolx fiha.”+ 18  U wieħed ħakkiem staqsieh: “Għalliem Tajjeb, xi rrid nagħmel biex niret il-​ħajja taʼ dejjem?”+ 19  Qallu Ġesù: “Għala ssejjaħli tajjeb? Ħadd m’hu tajjeb, ħlief Alla biss.+ 20  Tafhom il-​kmandamenti,+ ‘Tagħmilx adulterju,+ Toqtolx,+ Tisraqx,+ Tixhidx falz,+ Onora lil missierek u lil ommok.’”+ 21  Qallu dak: “Dawn kollha ħaristhom sa minn żgħożiti.”+ 22  Wara li semaʼ dan, Ġesù qallu: “Għad jonqsok ħaġa waħda: Bigħ kulma għandek u qassam lill-​foqra, u jkollok teżor fis-​smewwiet; u ejja kun segwaċi tiegħi.”+ 23  Meta semaʼ dan, tnikket ferm, għax kien għani ħafna.+ 24  Ġesù ħares lejh u qal: “Kemm se jkun diffiċli għal dawk li għandhom il-​flus biex jidħlu fis-​saltna t’Alla!+ 25  Fil-fatt, hu eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn il-​labra tal-​ħjata milli raġel għani jidħol fis-​saltna t’Alla.”+ 26  Dawk li semgħuh qalulu: “Allura, min jistaʼ jiġi salvat?” 27  Qalilhom: “Dak li hu impossibbli għall-​bnedmin, hu possibbli għal Alla.”+ 28  Imma Pietru qallu: “Ara! Aħna tlaqna l-​affarijiet tagħna u ġejna warajk.”+ 29  Qalilhom: “Tassew ngħidilkom, M’hemm ħadd li telaq lil daru jew lil martu jew lil ħutu jew lill-​ġenituri jew lit-​tfal minħabba s-​saltna t’Alla+ 30  li ma jiħux ħafna iktar f’dan iż-​żmien, u fis-​sistema li ġejja, ħajja taʼ dejjem.”+ 31  Imbagħad ġibed lit-​tnax fil-​ġenb u qalilhom: “Ara! Aħna telgħin Ġerusalemm, u kulma nkiteb permezz tal-​profeti+ dwar Bin il-​bniedem jitwettaq għalkollox.+ 32  Per eżempju, hu jingħata f’idejn in-​nies tal-​ġnus u jiżżuffjettaw+ bih u jinsultawh+ u jobżqulu;+ 33  u wara li jsawtuh,+ joqtluh,+ imma fit-​tielet jum iqum.”+ 34  Madankollu, huma ma fehmu xejn minn dan; għax dan il-​kliem kien moħbi għalihom, u ma kinux jafu x’qal.+ 35  Issa, kif kien qed joqrob lejn Ġeriko, wieħed agħma kien bil-​qiegħda mal-​ġenb tat-​triq jittallab.+ 36  Peress li semaʼ folla għaddejja, beda jistaqsi x’setaʼ kien dan. 37  Qalulu: “Għaddej Ġesù n-​Nazzarenu!”+ 38  Minnufih għajjat u qal: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!”+ 39  U dawk li kienu mexjin fuq quddiem bdew iċanfruh biex joqgħod kwiet, imma hu iktar baqaʼ jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni.”+ 40  Imbagħad Ġesù waqaf u ordna li jġibuhulu.+ X’ħin resaq qrib, Ġesù staqsieh: 41  “Xi tridni nagħmillek?”+ Qallu: “Mulej, ħa nerġaʼ nieħu d-​dawl.”+ 42  Għalhekk, Ġesù qallu: “Erġaʼ ħu d-​dawl; il-​fidi tiegħek fejqitek.”+ 43  U minnufih reġaʼ ħa d-​dawl,+ u beda miexi warajh jigglorifika lil Alla.+ Ukoll, malli raw dan, in-​nies kollha faħħru lil Alla.

Noti taʼ taħt

Jew, “isib din il-​fidi.”