Luqa 14:1-35

14  U darba minnhom, meta daħal għand wieħed mill-​ħakkiema tal-​Fariżej f’jum is-​Sabat biex jiekol,+ huma kienu għassa tiegħu.+  U, ara! Kien hemm quddiemu wieħed raġel marid bl-​idropsija.*  Għaldaqstant, Ġesù kellem lill-​Fariżej u lil dawk li kienu jafu l-​Liġi u staqsiehom: “Skond il-​liġi, tistaʼ tfejjaq f’jum is-​Sabat jew le?”+  Imma huma baqgħu siekta. Għal dan, qabad lir-​raġel, fejqu u bagħtu.  U qalilhom: “Min minnkom, jekk jaqagħlu ibnu jew il-​barri tiegħu ġo bir,+ ma jtellgħux minnufih f’jum is-​Sabat?”+  U ma kellhomx il-​ħila jirrisponduh għal dan.+  Imbagħad, billi nnota kif il-​mistidnin kienu qed jagħżlu l-​iktar postijiet prominenti għalihom infushom,+ qalilhom din it-​tixbiha:  “Meta tkun mistieden għal festa tat-​tieġ, tintefax fl-​iktar post prominenti.+ Għandu mnejn dakinhar ikun ġie mistieden ukoll xi ħadd iktar distint minnek,  u dak li stidinkom jiġi u jgħidlek, ‘Agħti l-​post lil dan ir-​raġel.’ U mbagħad int titlaq bil-​mistħija biex toqgħod fl-​aħħar post.+ 10  Imma meta tkun mistieden, mur oqgħod fl-​aħħar post,+ biex meta jiġi dak li stiednek jgħidlek, ‘Ħabib, itlaʼ iktar ’il fuq.’ Imbagħad int tiġi onorat quddiem il-​mistidnin l-​oħrajn kollha.+ 11  Għax kulmin jitgħolla jiġi umiljat u min jumilja ruħu jitgħolla.”+ 12  Wara dan, qal ukoll lil dak li stiednu: “Meta tagħmel pranzu jew ikla taʼ fil-​għaxija, tistidinx lil ħbiebek jew lil ħutek jew lil qrabatek jew lil ġirien għonja. Għandu mnejn xi darba dawn ukoll jistidnuk, u b’hekk ikunu qed ipattulek. 13  Imma meta tagħmel festa, stieden lill-​foqra, lill-​magħtubin, liz-​zopop, lill-​għomja;+ 14  u tkun hieni, għax dawn m’għandhomx biex ipattulek. Imma jitpattielek fl-​irxoxt+ tan-​nies sewwa.” 15  Meta semaʼ dan, wieħed mill-​mistidnin l-​oħrajn qallu: “Hieni min jiekol il-​ħobż fis-​saltna t’Alla.”+ 16  Qallu Ġesù: “Wieħed raġel kien se jagħmel ikla kbira taʼ fil-​għaxija, u stieden lil ħafna.+ 17  U x’ħin sar il-​ħin għall-​ikla bagħat lill-​ilsir tiegħu biex jgħid lill-​mistidnin, ‘Ejjew,+ għax issa kollox lest.’ 18  Imma lkoll kemm huma bdew iġibu l-​iskużi.+ L-​ewwel wieħed qallu, ‘Xtrajt għalqa u għandi bżonn immur naraha; nitolbok tiskużani.’+ 19  U ieħor qallu, ‘Xtrajt ħames pari barrin u sejjer nipprovahom; nitolbok tiskużani.’+ 20  Jerġaʼ ieħor qallu, ‘Għadni kif iżżewwiġt+ mara u għal din ir-​raġuni ma nistax niġi.’ 21  Għalhekk, l-​ilsir ġie u qal dan lil sidu. Imbagħad is-​sid irrabja u qal lill-​ilsir tiegħu, ‘Oħroġ malajr fit-​toroq prinċipali u fl-​isqaqien tal-​belt, u ġib hawn ġew il-​foqra, il-​magħtubin, l-​għomja, u z-​zopop.’+ 22  Għadda l-​ħin, u l-​ilsir qallu, ‘Sidi, dak li ordnajt sar u xorta għad hemm il-​wisaʼ.’ 23  U s-​sid qal lill-​ilsir, ‘Oħroġ fit-​toroq+ u fil-​mogħdijiet, u ġiegħel lin-​nies jidħlu, biex dari timtela.+ 24  Għax ngħidilkom, Ħadd minn dawk li kienu mistidnin ma jduq l-​ikla tiegħi.’”+ 25  Issa folol kbar kienu qed jivvjaġġaw miegħu, u dar u qalilhom: 26  “Jekk xi ħadd jiġi għandi u ma jobgħodx lil missieru u lil ommu u lil martu u lil uliedu u lil ħutu subien u bniet, iva, u saħansitra lil ruħu stess,+ ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.+ 27  Kulmin ma jġorrx iz-​zokk tat-​tortura tiegħu u ma jiġix warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.+ 28  Per eżempju, min minnkom li jrid jibni torri ma joqgħodx l-​ewwel bil-​qiegħda u jikkalkula l-​ispejjeż,+ biex jara jekk għandux biżżejjed biex ilestih? 29  Inkella għandu mnejn iqiegħed il-​pedament imma ma jkunx jistaʼ jlestih, u dawk kollha li jarawh jibdew iwaqqgħuh għaċ-​ċajt u 30  jgħidu, ‘Dan ir-​raġel beda jibni imma ma kienx kapaċi jlesti.’ 31  Jew liema sultan, li jkun qed jimmarċja biex jiggwerra kontra sultan ieħor, ma joqgħodx l-​ewwel bil-​qiegħda u jieħu parir biex jara jekk hux kapaċi b’għaxart elef suldat jiħodha maʼ dak li jiġi kontrih b’għoxrin elf?+ 32  Fil-fatt, jekk ma jistax, allura, waqt li l-​ieħor ikun għadu ’l bogħod, hu jibgħat ġemgħa t’ambaxxaturi biex jappella għall-​paċi.+ 33  B’hekk, ibqgħu ċerti li ħadd minnkom ma jistaʼ jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx dak kollu li għandu.+ 34  “Ċertament, il-​melħ hu eċċellenti. Imma jekk il-​melħ jitlef it-​togħma tiegħu, biex jitħawwar?+ 35  La hu tajjeb għall-​ħamrija u lanqas għad-​demel; tajjeb biss biex jintrema barra. Min għandu widnejn biex jismaʼ, ħa jismaʼ.”+

Noti taʼ taħt

Marda li tneffaħ il-​ġisem minħabba li jinġemaʼ l-​ilma.