Luqa 11:1-54

11  Issa ġara li kien f’ċertu post jitlob, u x’ħin spiċċa, wieħed mid-​dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu,+ bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-​dixxipli tiegħu.”+  Imbagħad qalilhom: “Kulmeta titolbu,+ għidu, ‘Missier, ħa jitqaddes ismek.+ Ħa tiġi saltnatek.+  Agħtina ħobżna+ għal dan il-​jum skond il-​bżonn taʼ dan il-​jum.  U aħfrilna dnubietna,+ għax aħna wkoll naħfru lil kulmin għandu d-​dejn+ magħna; u ddaħħalniex fit-​tentazzjoni.’”+  Qalilhom ukoll: “Min minnkom ikollu ħabib u jmur għandu f’nofsillejl u jgħidlu, ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet,  għax għadu kif ġie għandi ħabib tiegħi li qed jivvjaġġa u m’għandi xejn xi nqiegħed quddiemu’?  U dak minn ġewwa jwieġbu, ‘Tibqax iddejjaqni.+ Il-​bieb diġà msakkar, u wliedi ż-​żgħar qegħdin fis-​sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.’  Ngħidilkom, Għalkemm ma jqumx jagħtih għax hu ħabibu, żgur li għax dan jippersisti bla mistħija,+ iqum u jagħtih dak li għandu bżonn.  Għaldaqstant ngħidilkom, Ibqgħu itolbu,+ u jingħatalkom; ibqgħu fittxu,+ u ssibu; ibqgħu ħabbtu, u jinfetħilkom. 10  Għax kulmin jitlob jaqlaʼ,+ u kulmin ifittex isib, u kulmin iħabbat jinfetaħlu. 11  Tabilħaqq, min hu dak il-​missier fostkom li, jekk ibnu+ jitolbu ħuta, minflok ħuta jagħtih serp? 12  Jew jekk jitolbu wkoll bajda, jagħtih skorpjun? 13  Għalhekk, jekk intom, għalkemm ħżiena, tafu tagħtu għotjiet tajbin lil uliedkom,+ kemm iktar il-​Missier li hu fis-​sema jagħti l-​ispirtu qaddis+ lil dawk li jitolbuh!” 14  Iktar tard kien qed ikeċċi demonju mutu.+ Wara li ħareġ id-​demonju, il-​mutu tkellem. U l-​folol stagħġbu. 15  Imma xi wħud minnhom qalu: “Hu jkeċċi d-​demonji permezz taʼ Begħelżebub il-​ħakkiem tad-​demonji.”+ 16  Madankollu, biex jipprovawh, oħrajn riedu mingħandu sinjal+ mis-​sema. 17  Peress li kien jaf x’kienu qed jimmaġinaw,+ qalilhom: “Kull saltna maqsuma kontra tagħha nfisha ssir ħerba, u dar maqsuma kontra tagħha nfisha taqaʼ.+ 18  Għalhekk, jekk Satana wkoll hu maqsum kontra tiegħu nnifsu, saltnatu kif se tibqaʼ wieqfa?+ Għax intom tgħidu li jien inkeċċi d-​demonji permezz taʼ Begħelżebub. 19  Jekk jien inkeċċi d-​demonji permezz taʼ Begħelżebub, uliedkom+ bis-​saħħa taʼ min ikeċċuhom? Huwa għalhekk li jkunu l-​imħallfin tagħkom. 20  Imma jekk inkeċċi d-​demonji permezz tas-​sabaʼ t’Alla,+ is-​saltna t’Alla tassew laħqitkom.+ 21  Meta raġel b’saħħtu,+ armat tajjeb, jgħasses il-​palazz tiegħu, l-​affarijiet li għandu jibqgħu fis-​sigurtà. 22  Imma meta jiġi kontrih xi ħadd iktar b’saħħtu+ minnu u jegħlbu,+ dan jiħodlu l-​armamenti kollha li kien jafda fihom, u jqassam kulma jkun ħadlu bħala priża. 23  Min mhux miegħi kontra tiegħi, u min ma jiġborx miegħi jxerred.+ 24  “Meta spirtu mhux nadif joħroġ minn bniedem, jgħaddi minn postijiet niexfa jfittex fejn jistrieħ, u, meta ma jsibx, jgħid, ‘Se nerġaʼ lura lejn dari minfejn ħriġt.’+ 25  U malli jasal isibha miknusa u mżejna. 26  Imbagħad jitlaq u jieħu miegħu sebaʼ+ spirti oħra agħar minnu, u, wara li jidħlu ġewwa, jgħammru hemmhekk; u l-​qagħda finali taʼ dak il-​bniedem issir agħar minn taʼ l-​ewwel.”+ 27  Issa kif kien qed jgħid dan, waħda mara minn ġol-​folla għolliet leħinha u qaltlu: “Hieni l-​ġuf+ li ġarrek u s-​sider li rdajt!” 28  Imma hu qal: “Le, pjuttost, Henjin dawk li jisimgħu l-​kelma t’Alla u jħarsuha!”+ 29  Meta l-​folol kienu qed jinġemgħu, beda jgħid: “Din il-​ġenerazzjoni hi ġenerazzjoni mill-​agħar; tfittex sinjal.+ Imma l-​ebda sinjal ma jingħatalha ħlief dak taʼ Ġona.+ 30  Għax bħalma Ġona+ sar sinjal għan-​nies taʼ Ninwe, bl-​istess mod ukoll Bin il-​bniedem ikun għal din il-​ġenerazzjoni. 31  Is-sultana+ tan-​nofsinhar tiġi mqajma fil-​ġudizzju maʼ l-​irġiel taʼ din il-​ġenerazzjoni u tikkundannahom; għax ġiet minn truf l-​art biex tismaʼ l-​għerf taʼ Salamun, imma, ara, xi ħadd akbar+ minn Salamun qiegħed hawn. 32  L-irġiel taʼ Ninwe jqumu fil-​ġudizzju maʼ din il-​ġenerazzjoni u jikkundannawha; għax huma nidmu għal dak li ppriedka+ Ġona; imma, ara, xi ħadd akbar+ minn Ġona qiegħed hawn. 33  Wara li jixgħel musbieħ, wieħed ma jpoġġihx f’xi kantina jew taħt xi qoffa, imma fuq il-​gandlier,+ biex dawk li jidħlu ġewwa jkunu jistgħu jaraw id-​dawl. 34  Il-musbieħ tal-​ġisem hu għajnek. Meta għajnek tkun sempliċi, ġismek kollu jkun jiddi wkoll;+ imma meta tkun mill-​agħar, ġismek ikun mudlam ukoll. 35  Għalhekk, oqgħod attent, li ma jmurx id-​dawl li hemm ġo fik ikun dlam.+ 36  Għalhekk, jekk ġismek kollu jiddi u ma jkollu ebda parti mudlama, ikun jiddi+ kollu kemm hu bħal meta musbieħ jagħtik id-​dawl bir-​raġġi tiegħu.” 37  Meta qal dan, wieħed Fariżew talbu jiekol+ miegħu. Għalhekk, daħal ġewwa u qagħad mal-​mejda. 38  Madankollu, il-​Fariżew issorprenda ruħu meta ra li l-​ewwel ma nħasilx+ qabel l-​ikla. 39  Imma l-​Mulej qallu: “Issa intom il-​Fariżej tnaddfu t-​tazza u l-​platt minn barra, imma minn ġewwa+ intom mimlijin serq u ħażen.+ 40  Nies bla raġuni! Dak li għamel in-​naħa taʼ barra+ m’għamilx il-​ġewwieni wkoll? 41  Madankollu, agħtu bħala għotjiet taʼ ħniena+ dak li hu minn ġewwa, u, ara, kollox ikun nadif għalikom. 42  Imma gwaj għalikom, Fariżej, għax intom tagħtu l-​għexur+ tan-​nagħniegħ u tal-​fejġel u taʼ kull ħaxixa oħra, imma ma tagħtux kas il-​ġustizzja u l-​imħabba t’Alla! Dawn l-​affarijiet kontu obbligati li tagħmlu, waqt li ma tħallux barra dawk l-​affarijiet l-​oħra.+ 43  Gwaj għalikom Fariżej, għax intom tħobbu s-​siġġijiet taʼ quddiem fis-​sinagogi u t-​tislim fis-​swieq!+ 44  Gwaj għalikom, għax intom bħal dawk l-​oqbra tat-​tifkira li ma jidhrux u li n-​nies jimxu fuqhom bla ma jindunaw!”+ 45  Wieħed minn dawk li kien jaf+ il-​Liġi wieġeb u qallu: “Għalliem, meta tgħid dan tkun qed tinsulta lilna wkoll.” 46  Imbagħad hu qal: “Gwaj għalikom ukoll intom li tafu l-​Liġi, għax tgħabbu lin-​nies b’tagħbijiet tqal biex iġorruhom, imma intom ma tmissux dawn it-​tagħbijiet b’sabaʼ wieħed!+ 47  “Gwaj għalikom, għax intom tibnu l-​oqbra tat-​tifkira tal-​profeti, imma missirijietkom qatluhom!+ 48  Tassew, intom xhieda taʼ l-​għemejjel taʼ missirijietkom, u madankollu taqblu magħhom,+ għax dawn qatlu+ lill-​profeti imma intom qed tibnulhom l-​oqbra. 49  Minħabba f’hekk l-​għerf+ t’Alla qal ukoll, ‘Nibagħtilhom profeti u appostli, u lil xi wħud minnhom joqtluhom u jippersegwitawhom, 50  sabiex id-​demm tal-​profeti kollha+ li xxerred mit-​tisjis tad-​dinja jintalab mingħand din il-​ġenerazzjoni,+ 51  mid-demm t’Abel+ sad-​demm taʼ Żakkarija,+ li nqatel bejn l-​artal u d-​dar.’+ Iva, ngħidilkom, jintalab mingħand din il-​ġenerazzjoni. 52  “Gwaj għalikom intom li tafu l-​Liġi, għax ħadtu l-​muftieħ taʼ l-​għarfien;+ intom stess ma dħaltux, u lil min kien dieħel fixkiltuh!”+ 53  Meta ħareġ minn hemmhekk, l-​iskribi u l-​Fariżej bdew irossuh kemm jifilħu u jdejquh b’mistoqsijiet dwar affarijiet oħra, 54  u kienu lesti+ għalih biex jaqbdu+ xi ħaġa minn fommu.

Noti taʼ taħt