Luqa 10:1-42

10  Wara dan, il-​Mulej għażel sebgħin+ oħra u bagħathom tnejn tnejn+ qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu.  Imbagħad beda jgħidilhom: “Tassew, il-​ħsad+ hu kbir, imma l-​ħaddiema+ ftit. Għalhekk, itolbu bil-​ħrara+ lil Sid il-​ħsad biex jibgħat ħaddiema+ għall-​ħsad tiegħu.  Morru. Ara! Qed nibgħatkom bħal ħrief+ qalb l-​ilpup.  Tiħdux borża tal-​flus, la ħorġa taʼ l-​ikel,+ u lanqas sandli, u fit-​triq tieqfu tħaddnu+ lil ħadd biex issellmulu.  Kulfejn tidħlu f’xi dar, l-​ewwel għidu, ‘Jalla jkollha l-​paċi din id-​dar!’+  U jekk ikun hemm ħabib tal-​paċi, il-​paċi tagħkom tibqaʼ fuqu.+ Imma jekk le, terġaʼ lura għandkom.+  Għalhekk, ibqgħu f’dik id-​dar,+ u kulu u ixorbu dak li jipprovdulkom,+ għax il-​ħaddiem jistħoqqlu ħlasu.+ Titilqux minn dar biex tmorru f’oħra.+  “Ukoll, f’kull belt li tidħlu u jilqgħukom, kulu dak li jqegħdulkom quddiemkom,  u fejqu+ l-​morda li jkun hemm, u għidulhom, ‘Is-​saltna+ t’Alla qorbot lejkom.’ 10  Imma f’kull belt li tidħlu u ma jilqgħukomx,+ oħorġu fit-​toroq prinċipali tagħha u għidu, 11  ‘Anki t-​trab taʼ beltkom li weħel maʼ saqajna nimsħu kontrikom.+ Madankollu, żommu dan f’moħħkom, li s-​saltna t’Alla qorbot.’ 12  Ngħidilkom li f’dak il-​jum ikun eħfef għal Sodoma+ milli għal din il-​belt. 13  “Gwaj għalik, Korażin!+ Gwaj għalik, Betsajda!+ Għax kieku l-​għemejjel setgħanin li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u qagħdu bil-​qiegħda fl-​irmied lebsin l-​ixkora.+ 14  Għaldaqstant ikun eħfef għal Tir u Sidon fil-​ġudizzju milli għalikom.+ 15  U int, Kafarnahum, taħseb li se titgħolla sas-​sema?+ Fil-​Qabar*+ se tinżel! 16  “Min jismaʼ+ lilkom jismaʼ lili. U min ma jagħtix kaskom ma jagħtix kasi. Iktar minn hekk, min ma jagħtix kasi ma jagħtix kas+ dak li bagħatni.” 17  Imbagħad is-​sebgħin ġew lura ferħanin u qalulu: “Mulej, anki d-​demonji jintgħamlu sottomessi+ lejna f’ismek.” 18  Għal dan, qalilhom: “Bdejt nara lil Satana diġà mwaqqaʼ+ bħal sajjetta mis-​sema. 19  Ara! Tajtkom l-​awtorità li tgħaffġu taħt saqajkom sriep+ u skorpjuni,+ u l-​awtorità fuq il-​qawwa kollha taʼ l-​għadu,+ u żgur li xejn ma jweġġagħkom. 20  Iżda tifirħux b’dan, li l-​ispirti jintgħamlu sottomessi lejkom, imma ifirħu għax isimkom+ tnaqqax fis-​smewwiet.” 21  Dak il-​ħin stess ħass ferħ kbir+ bl-​ispirtu qaddis u qal: “Jien infaħħrek quddiem kulħadd, Missier, Mulej tas-​sema u l-​art, għax int ħbejt sew dawn l-​affarijiet mill-​għorrief+ u l-​intellettwali, u kxifthom liċ-​ċkejknin. Iva, O Missier, għax hekk għoġbok tagħmel. 22  Kollox ngħatali+ minn Missieri, u ħadd ma jaf min hu l-​Iben ħlief il-​Missier;+ u ħadd ma jaf min hu l-​Missier ħlief l-​Iben,+ u dak li lilu l-​Iben lest li jirrivelah.” 23  B’dan, dar lejn id-​dixxipli waħedhom u qalilhom: “Henjin l-​għajnejn li jaraw dak li qed taraw intom.+ 24  Għax ngħidilkom, Ħafna profeti u slaten xtaqu jaraw+ dak li qed taraw intom imma ma rawhx, u jisimgħu dak li qed tisimgħu intom imma ma semgħuhx.” 25  Issa, ara! Wieħed raġel li kien jaf il-​Liġi+ qam bil-​wieqfa u, biex jipprovah, qal: “Għalliem, xi rrid nagħmel biex niret il-​ħajja taʼ dejjem?”+ 26  Qallu: “X’hemm miktub fil-​Liġi?+ Kif taqraha?” 27  Hu wieġbu u qallu: “‘Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha u b’moħħok kollu,’+ u, ‘lill-​proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’”+ 28  Qallu: “Tajjeb wiġibt; ‘ibqaʼ agħmel dan u tikseb il-​ħajja.’”+ 29  Imma, billi ried juri li kien raġel sewwa, dan qal lil Ġesù: “Min tassew hu l-​proxxmu tiegħi?”+ 30  Ġesù wieġeb u qal: “Wieħed raġel kien nieżel minn Ġerusalemm lejn Ġeriko u waqaʼ f’idejn il-​ħallelin, li neżżgħuh, sawtuh u telqu, u ħallewh nofsu mejjet. 31  Issa, b’kumbinazzjoni, minn dik it-​triq kien nieżel qassis, imma, meta rah, qasam għan-​naħa l-​oħra.+ 32  Bl-istess mod, wieħed Levita wkoll, meta wasal fuq il-​post u rah, qasam għan-​naħa l-​oħra.+ 33  Imma wieħed Samaritan+ li kien għaddej minn dik it-​triq wasal ħdejh u, malli rah, ħassu mqanqal u tħassru. 34  Għalhekk, resaq lejh u nfaxxalu l-​ġrieħi, wara li ferraʼ ż-​żejt u l-​inbid fuqhom.+ Imbagħad tellgħu fuq il-​bhima tiegħu, ħadu f’lukanda, u ħa ħsiebu. 35  U l-​għada ħareġ żewġ dinari,* tahom lil tal-​lukanda, u qallu, ‘Ħu ħsiebu, u dak li tonfoq minbarra dan, irroddhulek meta nerġaʼ niġi hawnhekk.’ 36  Minn dawn it-​tlieta, min jidhirlek int li għamilha taʼ proxxmu+ għar-​raġel li waqaʼ f’idejn il-​ħallelin?” 37  Qal: “Dak li aġixxa bil-​ħniena+ miegħu.” Ġesù mbagħad qallu: “Mur u agħmel+ l-​istess int ukoll.” 38  Issa, huma u sejrin, daħal f’ċertu raħal. Hawnhekk waħda mara jisimha Marta+ laqgħetu bħala mistieden f’darha. 39  Din il-​mara kellha wkoll oħtha li kien jisimha Marija, u din qagħdet bil-​qiegħda f’riġlejn+ il-​Mulej tismaʼ l-​kelma tiegħu. 40  Mill-banda l-​oħra, Marta kienet aljenata+ b’ħafna xogħol. Għaldaqstant resqet u qaltlu: “Mulej, ma jimpurtakx int li oħti ħallietni nieħu ħsieb kollox+ waħdi? Għalhekk, għidilha tiġi tgħinni.” 41  Il-Mulej wieġeb u qalilha: “Marta, Marta, int ansjuża+ u mifxula dwar ħafna affarijiet.+ 42  Iżda ftit affarijiet+ huma meħtieġa, jew sempliċement ħaġa waħda. Min-​naħa tagħha, Marija għażlet l-​aħjar sehem,+ u mhux se jittiħdilha.”

Noti taʼ taħt

Bil-Grieg, “Ħades.” Ara Appendiċi 4.
Ara Mt 18:24, in-​nota taʼ taħt.