Luqa 1:1-80

1  Ħafna kienu dawk li ħadu f’idejhom il-​ġbir u l-​irrapportar tal-​fatti+ li huma aċċettati bis-​sħiħ fostna,  bħalma għaddewhomlna dawk li mill-​bidu+ raw b’għajnejhom stess+ u li saru qaddejja tal-​messaġġ.+  Jien ukoll, peress li fittixt kollox mill-​bidu b’eżattezza, iddeċidejt li niktibhomlok b’ordni loġiku,+ wisq eċċellenti+ Teofilu,+  sabiex int tkun taf bis-​sħiħ iċ-​ċertezza taʼ l-​affarijiet li ġejt mgħallem bil-​fomm.+  Fi żmien Erodi,*+ sultan tal-​Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija mit-​taqsima t’Abija,+ u kellu mara mill-​bniet t’Aron,+ u kien jisimha Eliżabetta.  It-tnejn kienu nies sewwa+ quddiem Alla għax kienu jimxu bla ħtija+ fi qbil mal-​kmandamenti+ u l-​liġijiet+ kollha taʼ Ġeħova.+  Imma ma kellhomx tfal, għax Eliżabetta ma setax ikollha,+ u t-​tnejn li huma kienu mdaħħlin sew fiż-​żmien.  Issa, waqt li kien qed jaqdi quddiem Alla bħala qassis fl-​inkarigu tat-​taqsima tiegħu,+  skond id-​drawwa solenni tal-​kariga saċerdotali kien imiss lilu joffri l-​inċens+ meta daħal fis-​santwarju taʼ Ġeħova;+ 10  u l-​kotra kollha tan-​nies kienet qed titlob barra waqt li kien qed jiġi offrut l-​inċens.+ 11  U deherlu l-​anġlu taʼ Ġeħova wieqaf fuq il-​lemin taʼ l-​artal taʼ l-​inċens.+ 12  Żakkarija tħawwad meta rah, u waqaʼ biżaʼ kbir fuqu.+ 13  Madankollu, l-​anġlu qallu: “Tibżax, Żakkarija, għax it-​talb bil-​ħerqa tiegħek intlaqaʼ,+ u martek Eliżabetta se ssir omm u tilidlek iben, u int issemmih Ġwanni.+ 14  U jkollok ferħ u hena kbir, u ħafna jifirħu+ bit-​twelid tiegħu; 15  għax hu jkun kbir quddiem Ġeħova.+ Imma m’għandu jixrob ebda nbid u xorb qawwi,+ u jkun mimli bl-​ispirtu qaddis sa minn ġuf ommu;+ 16  u jdawwar lura lil ħafna minn ulied Israel lejn Ġeħova+ Alla tagħhom. 17  Ukoll, imur qablu bl-​ispirtu u l-​qawwa t’Elija,+ biex idawwar lura l-​qlub+ tal-​missirijiet lejn uliedhom u lid-​diżubbidjenti lejn l-​għaqal* tan-​nies sewwa, biex ilesti poplu mħejji+ għal Ġeħova.”+ 18  U Żakkarija qal lill-​anġlu: “Kif se nkun ċert minn dan? Għax jien xiħ+ u marti mdaħħla sew fiż-​żmien.” 19  L-anġlu wieġeb u qallu: “Jien Gabrijel+ li nkun wieqaf quddiem Alla, u ntbgħatt biex inkellmek+ u nxandarlek l-​aħbar tajba taʼ dawn l-​affarijiet. 20  Imma ara! Int timmuta+ u ma tkunx tistaʼ titkellem sa dakinhar li jseħħu dawn l-​affarijiet, għax m’emmintx kliemi, li jitwettaq fiż-​żmien stabbilit tiegħu.” 21  Sadanittant, in-​nies baqgħu jistennew lil Żakkarija+ u bdew jiskantaw bid-​dewmien tiegħu fis-​santwarju. 22  Imma meta ħareġ ma setax ikellimhom, u indunaw li kien għadu kif ra dehra sopranaturali+ fis-​santwarju; u beda jagħmlilhom is-​sinjali, imma baqaʼ mutu. 23  Imbagħad, meta għaddew+ il-​jiem tas-​servizz pubbliku tiegħu, telaq lejn daru. 24  Imma wara dawn il-​jiem martu Eliżabetta ħarġet tqila;+ u nħbiet min-​nies għal ħames xhur, u qalet: 25  “Hekk mexa miegħi Ġeħova f’dawn il-​jiem meta tefaʼ fuqi l-​attenzjoni tiegħu biex ineħħili l-​għajb minn fost il-​bnedmin.”+ 26  Meta kellha sitt xhur tqala, l-​anġlu Gabrijel+ intbagħat minn Alla f’belt tal-​Galilija jisimha Nazaret, 27  għand verġni mwiegħda fiż-​żwieġ lil raġel li kien jismu Ġużeppi mid-​dar taʼ David; u l-​verġni+ kien jisimha Marija.+ 28  U meta daħal quddiemha qalilha: “Is-​sliem għalik,+ int li ġejt favorita bil-​kbir, Ġeħova+ miegħek.”+ 29  Imma hi tħawdet ħafna b’dan il-​kliem u bdiet taħseb x’setgħet tfisser din it-​tislima. 30  Għalhekk, l-​anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax int ġejt approvata+ minn Alla; 31  u, ara! Int tnissel f’ġufek u tiled iben,+ u ssemmih Ġesù.+ 32  Dan ikun kbir+ u jissejjaħ Bin l-​Iktar Għoli;+ u Alla Ġeħova jagħtih it-​tron+ taʼ David missieru,+ 33  u jsaltan fuq dar Ġakobb għal dejjem, u ma jkunx hemm tmiem għal saltnatu.”+ 34  Imma Marija qalet lill-​anġlu: “Kif jistaʼ jkun dan, ladarba mhux qed ikolli x’naqsam+ maʼ raġel?” 35  L-anġlu wieġeb u qalilha: “L-​ispirtu qaddis+ jiġi fuqek, u l-​qawwa mingħand l-​Iktar Għoli tgħattik bid-​dell tagħha. Għal din ir-​raġuni wkoll dak li jitwieled jissejjaħ qaddis,+ Bin Alla.+ 36  U, ara! Il-​qariba tiegħek Eliżabetta wkoll nisslet iben, fi xjuħitha, u dan hu s-​sitt xahar tat-​tqala tagħha, dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal;+ 37  għax għal Alla l-​ebda ħaġa li jgħid m’hi impossibbli.”+ 38  Imbagħad Marija qalet: “Ara! L-​ilsira+ taʼ Ġeħova! Ħa jsir minni skond dak li għedt.” Imbagħad l-​anġlu telaq minn ħdejha. 39  Għalhekk, f’dawn il-​jiem Marija qamet u marret bl-​għaġla fir-​reġjun muntanjuż, f’belt taʼ Ġuda, 40  u daħlet id-​dar taʼ Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. 41  Malli Eliżabetta semgħet it-​tislima taʼ Marija, it-​tarbija f’ġufha qabżet; u Eliżabetta mtliet bl-​ispirtu qaddis, 42  u għajtet b’leħen għoli u qaltilha: “Imbierka int fost in-​nisa, u mbierek+ il-​frott taʼ ġufek! 43  U kif għandi dan il-​privileġġ, li tiġi għandi omm il-​Mulej tiegħi?+ 44  Għax, ara! Malli wasal f’widnejja l-​ħoss tat-​tislima tiegħek, it-​tarbija f’ġufi qabżet b’hena kbir.+ 45  Hienja wkoll dik li emmnet, għax se jitwettaq għalkollox+ dak li ntqalilha mingħand Ġeħova.”+ 46  U Marija qalet: “Ruħi tfaħħar bil-​kbir lil Ġeħova,+ 47  u l-​ispirtu tiegħi ma jistax ma jithenniex+ b’Alla s-​Salvatur tiegħi;+ 48  għax hu ħares lejn l-​istat umli taʼ l-​ilsira tiegħu.+ Għax, ara! Minn issa ’l quddiem il-​ġenerazzjonijiet kollha jgħiduli hienja;+ 49  għax l-​Alla l-​Qawwi għamel miegħi għemejjel kbar, u ismu hu qaddis;+ 50  u minn ġenerazzjonijiet għal ġenerazzjonijiet juri l-​ħniena tiegħu maʼ dawk li jibżgħu minnu.+ 51  Hu wera s-​setgħa taʼ driegħu,+ xerred barra l-​pajjiż lil dawk li huma suppervi fl-​intenzjoni taʼ qlubhom.+ 52  Niżżel lil nies taʼ poter+ minn fuq it-​tron u eżalta lil dawk taʼ pożizzjoni baxxa;+ 53  xebbaʼ għalkollox bil-​ġid lill-​imġewħin+ u bagħat lill-​għonja b’idhom vojta.+ 54  Għen lil Israel il-​qaddej tiegħu,+ biex ifakkar il-​ħniena,+ 55  bħalma qal lil missirijietna, lil Abraham u lil nislu, għal dejjem.”+ 56  U Marija baqgħet magħha madwar tliet xhur, imbagħad reġgħet lura lejn darha. 57  Issa Eliżabetta waslilha ż-​żmien biex teħles, u wildet iben. 58  U l-​ġirien u qrabatha semgħu li Ġeħova kien wera ħniena kbira magħha+ u bdew jifirħu magħha.+ 59  U fit-​tmien jum ġew biex lit-​tifel jagħmlulu ċ-​ċirkonċiżjoni,+ u kienu se jagħtuh isem missieru, Żakkarija. 60  Imma ommu wieġbet u qalet: “Le! Ismu jkun Ġwanni.” 61  Għal dan, qalulha: “M’hemm ħadd fost qrabatek li għandu dan l-​isem.” 62  Imbagħad bdew jistaqsu bis-​sinjali lil missieru x’ried isemmih. 63  U talabhom fuqiex jikteb u kiteb: “Ismu hu Ġwanni.”+ Għal dan, ilkoll stagħġbu. 64  Minnufih infetaħ fommu+ u nħall ilsienu u beda jitkellem u jbierek lil Alla. 65  U waqaʼ biżaʼ fuq kulmin kien jgħix fl-​inħawi tagħhom; u mar-​reġjun muntanjuż kollu tal-​Lhudija bdew jitkellmu fuq dan kollu, 66  u kulmin semaʼ daħħal dan f’qalbu+ u beda jgħid: “X’għad ikun tassew dan it-​tifel?” Għax id+ Ġeħova kienet tabilħaqq miegħu. 67  U missieru Żakkarija, mimli bl-​ispirtu qaddis,+ ipprofetizza+ u qal: 68  “Ikun imbierek Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,+ għax dawwar l-​attenzjoni tiegħu lejn il-​poplu tiegħu+ u ħelsu.+ 69  U qajmilna qarn*+ taʼ salvazzjoni f’dar David il-​qaddej tiegħu, 70  bħalma tkellem, permezz taʼ fomm il-​profeti mqaddsa tiegħu sa mill-​qedem,+ 71  dwar salvazzjoni mill-​għedewwa tagħna u minn id dawk kollha li jobogħduna;+ 72  biex juri ħniena maʼ missirijietna u jfakkar il-​patt qaddis tiegħu,+ 73  il-ħalfa li ħalef lil missierna Abraham,+ 74  biex jagħtina, wara li nkunu ġejna meħlusin minn idejn l-​għedewwa,+ il-​privileġġ li bla biżaʼ nagħtuh servizz sagru+ 75  bil-lealtà u s-​sewwa quddiemu l-​jiem kollha tagħna.+ 76  Imma int, ċkejken, tissejjaħ profeta taʼ l-​Iktar Għoli, għax tmur quddiem Ġeħova minn qabel biex tlesti t-​toroq tiegħu,+ 77  biex tgħarraf lill-​poplu tiegħu dwar is-​salvazzjoni permezz tal-​maħfra taʼ dnubiethom,+ 78  minħabba l-​mogħdrija tenera t’Alla tagħna. B’din il-​mogħdrija se jżurna żerniq+ mill-​għoli,+ 79  biex jagħti d-​dawl lil dawk li qegħdin fid-​dlam u f’dell il-​mewt,+ biex imexxi lil saqajna b’suċċess fil-​mogħdija tal-​paċi.” 80  U t-​tifel kompla jikber+ u jissaħħaħ fl-​ispirtu, u baqaʼ fid-​deżert sa dakinhar li wera lilu nnifsu pubblikament lil Israel.

Noti taʼ taħt

Ara Mt 2:1, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “l-​għerf prattiku.”
Jew, “salvatur setgħan.” Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.