Levitiku 9:1-24

9  U ġara li fit-​tmien jum+ Mosè sejjaħ lil Aron u lil uliedu u lix-​xjuħ taʼ Israel.  Imbagħad qal lil Aron: “Ħu għalik għoġol żgħir bħala offerta għad-​dnub+ u muntun bħala offerta tal-​ħruq,+ it-​tnejn bla difett, u ppreżentahom quddiem Ġeħova.+  Imma lil ulied Israel kellimhom, u għidilhom, ‘Ħudu bodbod+ bħala offerta għad-​dnub, u għoġol u muntun żgħir,+ kull wieħed taʼ sena, bla difett, bħala offerta tal-​ħruq,  u barri u muntun għas-​sagrifiċċji taʼ sħubija+ biex toffruhom bħala sagrifiċċju quddiem Ġeħova, u offerta tal-​qmuħ+ miblula fiż-​żejt, għaliex illum Ġeħova żgur li se jidhrilkom.’”+  Għaldaqstant, dak li kien ordna Mosè ħaduh quddiem it-​tinda tal-​laqgħa. Imbagħad il-​ġemgħa kollha resqet qrib u qagħdet quddiem Ġeħova.+  U Mosè ssokta jgħid: “Dan ikkmanda Ġeħova li għandkom tagħmlu, sabiex tidhrilkom il-​glorja taʼ Ġeħova.”+  Imbagħad Mosè qal lil Aron: “Mur ħdejn l-​artal u offri l-​offerta għad-​dnub+ u l-​offerta tal-​ħruq tiegħek, u agħmel tpattija+ għalik u għal darek; u offri l-​offerta tan-​nies+ u agħmel tpattija+ għalihom, sewwasew bħalma kkmanda Ġeħova.”  Aron minnufih mar ħdejn l-​artal u qatel l-​għoġol taʼ l-​offerta għad-​dnub li kienet għalih.+  Imbagħad ulied Aron ippreżentawlu d-​demm+ u hu bell sebgħu fid-​demm+ u poġġieh fuq il-​qrun taʼ l-​artal,+ u l-​bqija tad-​demm sawbu f’riġlejn l-​artal. 10  U x-​xaħam+ u l-​kliewi u x-​xaħam taʼ mal-​fwied mill-​offerta għad-​dnub ħaraqhom fuq l-​artal,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 11  U l-​laħam u l-​ġilda ħaraqhom bin-​nar ’il barra mill-​kamp.+ 12  Imbagħad qatel l-​offerta tal-​ħruq u wlied Aron newlulu d-​demm u hu raxxu dawramejt fuq l-​artal.+ 13  U newlulu l-​offerta tal-​ħruq kull biċċa għaliha u r-​ras, u ħaraqhom fuq l-​artal.+ 14  Barra minn hekk, ħasel l-​imsaren u r-​riġlejn* u ħaraqhom fuq l-​offerta tal-​ħruq, fuq l-​artal.+ 15  Hu issa ppreżenta l-​offerta tan-​nies+ u ħa l-​bodbod taʼ l-​offerta għad-​dnub li kien għan-​nies u qatlu u għamel offerta għad-​dnub bih bħalma għamel b’taʼ l-​ewwel. 16  Imbagħad ippreżenta l-​offerta tal-​ħruq u offrieha skond il-​proċedura regulari.+ 17  Hu mbagħad ippreżenta l-​offerta tal-​qmuħ+ u mela idu bi ftit minnha u ħarqu fuq l-​artal, minbarra l-​offerta tal-​ħruq taʼ fil-​għodu.+ 18  Wara, qatel il-​barri u l-​muntun tas-​sagrifiċċju taʼ sħubija+ li kien għan-​nies. Imbagħad ulied Aron newlulu d-​demm u hu raxxu dawramejt fuq l-​artal.+ 19  Inkwantu għall-​bċejjeċ imxaħħmin+ tal-​barri u d-​denb oħxon+ tal-​muntun u x-​xaħam li jiksi l-​imsaren u l-​kliewi u x-​xaħam taʼ mal-​fwied, 20  huma issa poġġew il-​bċejjeċ imxaħħmin fuq l-​isdra,+ u mbagħad hu ħaraq il-​bċejjeċ imxaħħmin fuq l-​artal. 21  Imma l-​isdra u s-​sieq il-​leminija Aron xejjirhom ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir+ quddiem Ġeħova, sewwasew bħalma kien ikkmanda Mosè. 22  Imbagħad Aron għolla idejh lejn in-​nies u berikhom+ u niżel+ wara li offra l-​offerta għad-​dnub u l-​offerta tal-​ħruq u s-​sagrifiċċji taʼ sħubija. 23  Fl-aħħar, Mosè u Aron daħlu fit-​tinda tal-​laqgħa u ħarġu u bierku lin-​nies.+ Imbagħad il-​glorja taʼ Ġeħova+ dehret lin-​nies kollha, 24  u ħareġ nar minn quddiem Ġeħova+ u beda jikkonsma l-​offerta tal-​ħruq u l-​bċejjeċ imxaħħmin fuq l-​artal. Meta n-​nies kollha raw dan, infexxew jgħajtu+ u nxteħtu wiċċhom fl-​art.

Noti taʼ taħt

Ara Eżo 12:9, in-​nota taʼ taħt.