Levitiku 7:1-38

7  “‘U din hi l-​liġi taʼ l-​offerta għall-​ħtija:+ Din hi xi ħaġa mill-​iktar qaddisa.+  Fil-post+ fejn tinqatel regolarment l-​offerta tal-​ħruq tinqatel ukoll l-​offerta għall-​ħtija, u qassis iroxx+ demmha+ dawramejt fuq l-​artal.  Inkwantu għax-​xaħam kollu tagħha,+ hu jippreżenta minnu d-​denb imxaħħam u x-​xaħam li jiksi l-​imsaren,  u ż-​żewġ kilwiet u x-​xaħam taʼ fuqhom, kif ukoll dak taʼ fuq il-​ġenbejn. U x-​xaħam taʼ mal-​fwied ineħħih flimkien mal-​kliewi.+  U jaħraqhom fuq l-​artal bħala offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova.+ Din hi offerta għall-​ħtija.  Jikolha+ kull raġel minn fost il-​qassisin. F’post qaddis tittiekel. Din hi xi ħaġa mill-​iktar qaddisa.+  Bħall-offerta għad-​dnub, hekk hi l-​offerta għall-​ħtija. Hemm liġi waħda għalihom.+ Il-​qassis li jagħmel it-​tpattija biha ssir tiegħu.  “‘Inkwantu għall-​qassis li jippreżenta l-​offerta tal-​ħruq taʼ xi raġel, il-​ġilda+ taʼ l-​offerta tal-​ħruq li jkun ippreżenta lill-​qassis issir tiegħu.  “‘U kull offerta tal-​qmuħ li tinħema fil-​forn+ u kull waħda li ssir ġol-​kazzola biż-​żejt+ u fuq il-​pjanċa+ tkun tal-​qassis li jippreżentaha. Issir tiegħu.+ 10  Imma kull offerta tal-​qmuħ li tkun miblula fiż-​żejt+ jew xotta+ ssir taʼ l-​ulied subien kollha t’Aron, kull wieħed jieħu daqs l-​ieħor. 11  “‘Issa din hi l-​liġi tas-​sagrifiċċju taʼ sħubija+ li kulħadd għandu jippreżenta lil Ġeħova: 12  Jekk jippreżentah biex jesprimi radd il-​ħajr,+ hu jrid jippreżenta flimkien mas-​sagrifiċċju taʼ radd il-​ħajr ftajjar bla ħmira miblulin fiż-​żejt jew galletti bla ħmira midlukin biż-​żejt+ u dqiq fin imħawwad tajjeb bħala ftajjar miblulin fiż-​żejt. 13  Jippreżenta l-​offerta tiegħu maʼ ftajjar tal-​ħobż bil-​ħmira+ flimkien mas-​sagrifiċċji taʼ sħubija tiegħu, li huma s-​sagrifiċċju taʼ radd il-​ħajr. 14  U jrid jippreżenta waħda minn kull offerta bħala sehem sagru lil Ġeħova;+ inkwantu għall-​qassis li jroxx id-​demm tas-​sagrifiċċji taʼ sħubija, l-​offerta ssir tiegħu.+ 15  U l-​laħam tas-​sagrifiċċji taʼ sħubija tiegħu, li huma s-​sagrifiċċju taʼ radd il-​ħajr, għandu jittiekel dakinhar li joffrih. Ma jrid jerfaʼ xejn minnu għal fil-​għodu.+ 16  “‘U jekk is-​sagrifiċċju taʼ l-​offerta tiegħu jkun wegħda+ jew offerta volontarja,+ għandu jittiekel dakinhar li hu jippreżenta s-​sagrifiċċju tiegħu, u l-​għada dak li jifdal minnu jistaʼ jittiekel ukoll. 17  Imma dak li jifdal mil-​laħam tas-​sagrifiċċju fit-​tielet jum għandu jinħaraq bin-​nar.+ 18  Madankollu, jekk xi laħam tas-​sagrifiċċju taʼ sħubija tiegħu jittiekel imqar ftit minnu fit-​tielet jum, min jippreżentah ma jiġix aċċettat b’approvazzjoni.+ Ma jibbenefikax minnu.+ Isir ħaġa mniġġsa, u r-​ruħ li tiekol minnu twieġeb għall-​iżball tagħha.+ 19  U l-​laħam li jmiss maʼ xi ħaġa mhix nadifa+ m’għandux jittiekel. Għandu jinħaraq bin-​nar. Inkwantu għal laħam ieħor, kulmin hu nadif jistaʼ jiekol il-​laħam. 20  “‘U r-​ruħ li tiekol il-​laħam tas-​sagrifiċċju taʼ sħubija, li hu għal Ġeħova, waqt li jkollha fuqha n-​nuqqas taʼ ndafa, din ir-​ruħ trid tiġi maqtugħa minn mal-​poplu tagħha.+ 21  U jekk xi ruħ tmiss xi ħaġa mhix nadifa, in-​nuqqas taʼ ndafa taʼ bniedem+ jew bhima mhix nadifa+ jew kwalunkwe ħaġa mhix nadifa taʼ min jitqażżiżha,+ u fil-​fatt tiekol ftit mil-​laħam tas-​sagrifiċċju taʼ sħubija, li hu għal Ġeħova, din ir-​ruħ trid tiġi maqtugħa minn mal-​poplu tagħha.’” 22  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 23  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Tieklu ebda xaħam+ taʼ baqar, nagħaġ, jew mogħoż. 24  Issa x-​xaħam taʼ ġisem li jkun diġà mejjet u x-​xaħam taʼ xi annimal imqattaʼ+ bċejjeċ jistaʼ jintuża għal kwalunkwe ħaġa oħra immaġinabbli, imma ma tridux tikluh assolutament. 25  Għax kulmin jiekol ix-​xaħam mill-​bhima li jippreżentah minnha bħala offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova, ir-​ruħ li tiekol trid tiġi maqtugħa+ minn mal-​poplu tagħha. 26  “‘U fi kwalunkwe post fejn tgħammru m’għandkom tieklu ebda demm,+ sew dak taʼ tajra u sew dak taʼ bhima. 27  Kull ruħ li tiekol xi demm, din ir-​ruħ trid tiġi maqtugħa+ minn fost il-​poplu tagħha.’” 28  U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 29  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Min jippreżenta s-​sagrifiċċju taʼ sħubija lil Ġeħova jġib l-​offerta tiegħu lil Ġeħova mis-​sagrifiċċju taʼ sħubija tiegħu.+ 30  B’idejh iġib ix-​xaħam+ taʼ fuq is-​sidra bħala l-​offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-​nar. Iġibu mas-​sidra biex ixejru ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir+ quddiem Ġeħova. 31  U l-​qassis irid jaħraq ix-​xaħam+ fuq l-​artal, imma s-​sidra trid issir t’Aron u taʼ wliedu.+ 32  “‘U mis-​sagrifiċċji taʼ sħubija tagħkom tagħtu s-​sieq il-​leminija bħala sehem sagru+ lill-​qassis. 33  Dak li minn fost ulied Aron jippreżenta d-​demm u x-​xaħam tas-​sagrifiċċji taʼ sħubija, ikollu bħala sehmu s-​sieq il-​leminija.+ 34  Għax is-​sidra taʼ l-​offerta tat-​tixjir+ u s-​sieq tas-​sehem sagru niħodhom mingħand ulied Israel mis-​sagrifiċċji taʼ sħubija tagħhom, u nagħtihom lil Aron, il-​qassis, u lil uliedu, bħala regolament għal żmien indefinit, mingħand ulied Israel. 35  “‘Dan hu sehem Aron bħala qassis u sehem uliedu bħala qassisin mill-​offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-​nar, dakinhar li ppreżentahom+ biex jaqdu bħala qassisin għal Ġeħova, 36  sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda li jingħatalhom dakinhar li dilikhom+ minn fost ulied Israel. Dan hu statut għal żmien indefinit għall-​ġenerazzjonijiet tagħhom.’”+ 37  Din hi l-​liġi dwar l-​offerta tal-​ħruq,+ l-​offerta tal-​qmuħ,+ l-​offerta għad-​dnub,+ l-​offerta għall-​ħtija,+ is-​sagrifiċċju tal-​ħatra,+ u s-​sagrifiċċju taʼ sħubija,+ 38  sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè fuq il-​Muntanja Sinaj+ dakinhar li kkmanda lil ulied Israel biex jippreżentaw l-​offerti tagħhom lil Ġeħova fix-​xagħri tas-​Sinaj.+

Noti taʼ taħt