Levitiku 6:1-30

6  U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Jekk xi ħadd* jidneb billi ma jurix fedeltà lejn Ġeħova+ u jqarraq+ b’sieħbu dwar xi ħaġa merfugħa għandu jew xi flus fdati f’idejh+ jew serq jew inkella jimbrolja lil sieħbu,+  jew isib xi ħaġa mitlufa+ u fil-​fatt iqarraq dwarha u jaħlef b’mod falz+ dwar xi waħda mill-​affarijiet kollha li hu jistaʼ jagħmel biex jidneb bihom;  irid iseħħ li jekk jidneb u jsir ħati,+ irid irodd il-​ħaġa misruqa li jkun seraq jew il-​ħaġa li ttieħdet bil-​forza u li jkun ħadlu b’ingann jew il-​ħaġa merfugħa għandu li ngħatatlu biex jerfagħhielu jew il-​ħaġa mitlufa li jkun sab,  jew kwalunkwe ħaġa, hi x’inhi, li dwarha jaħlef b’mod falz, u jrid jagħti l-​ammont sħiħ bħala kumpens+ għaliha, u jżid magħha wieħed minn ħamsa taʼ kemm tiswa. Jagħtiha lil sidha dakinhar li jinstab li għandu ħtija.  U bħala l-​offerta għall-​ħtija tiegħu, lil Ġeħova jġiblu muntun bla difett+ mill-​merħla skond il-​valur stmat, bħala offerta għall-​ħtija,+ u jġibha għand il-​qassis.  U l-​qassis jagħmel tpattija+ għalih quddiem Ġeħova, u b’hekk tinħafirlu rigward xi waħda mill-​affarijiet kollha li jistaʼ jagħmel u li minħabba fiha jinstab li għandu ħtija.”  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Ordna lil Aron u lil uliedu, u għidilhom, ‘Din hi l-​liġi taʼ l-​offerta tal-​ħruq:+ L-​offerta tal-​ħruq tkun fuq il-​fuklar taʼ fuq l-​artal il-​lejl kollu sa fil-​għodu, u n-​nar taʼ l-​artal jitkebbes fih. 10  U l-​qassis jilbes il-​libsa uffiċjali taʼ l-​għażel+ tiegħu, u jilbes il-​qalziet taʼ taħt+ taʼ l-​għażel fuq il-​laħam. Imbagħad jieħu l-​irmied bix-​xaħam+ fuqu taʼ l-​offerta tal-​ħruq li tinħaraq regolarment bin-​nar fuq l-​artal, u jqiegħdu maġenb l-​artal. 11  U jrid jinżaʼ ħwejġu+ u jilbes ħwejjeġ oħrajn, u jrid joħroġ l-​irmied bix-​xaħam fuqu lejn post nadif ’il barra mill-​kamp.+ 12  U n-​nar taʼ fuq l-​artal jibqaʼ mqabbad fuqu. M’għandux jintefa. U l-​qassis irid jaħraq il-​ħatab+ fuqu għodwa wara għodwa u jqiegħed l-​offerta tal-​ħruq bl-​ordni fuqu, u jaħraq fuqu l-​bċejjeċ imxaħħmin tas-​sagrifiċċji taʼ sħubija.+ 13  In-nar+ jinżamm jaqbad il-​ħin kollu fuq l-​artal. M’għandux jintefa. 14  “‘Issa din hi l-​liġi taʼ l-​offerta tal-​qmuħ:+ Intom ulied Aron, ippreżentawha quddiem Ġeħova, quddiem l-​artal. 15  U wieħed minnhom irid jieħu ponn bi ftit mid-​dqiq fin taʼ l-​offerta tal-​qmuħ u ftit miż-​żejt tagħha u l-​inċens abjad kollu li qiegħed fuq l-​offerta tal-​qmuħ, u jaħarqu fuq l-​artal bħala riħa pjaċevoli, bħala tfakkira+ tagħha lil Ġeħova. 16  U dak li jibqaʼ minnha jikluh Aron u wliedu.+ Jittiekel bħala ħobż bla ħmira+ f’post qaddis. Jikluh fil-​bitħa tat-​tinda tal-​laqgħa. 17  M’għandux jinħema bil-​ħmira.+ Tajtu bħala sehemhom mill-​offerti tiegħi magħmulin bin-​nar.+ Din hi xi ħaġa mill-​iktar qaddisa,+ bħall-​offerta għad-​dnub u bħall-​offerta għall-​ħtija. 18  Kull raġel+ u tifel fost ulied Aron jikluh. Dan hu sehem għal żmien indefinit+ matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom mill-​offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-​nar. Kulmin imisshom jitqaddes.’” 19  U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 20  “Din hi l-​offerta+ t’Aron u taʼ wliedu li se jippreżentaw lil Ġeħova dakinhar li Aron jiġi midluk:+ il-​wieħed minn għaxra t’efa+ dqiq fin bħala offerta tal-​qmuħ+ il-​ħin kollu, nofsha fil-​għodu u nofsha fil-​għaxija. 21  Din issir biż-​żejt fuq pjanċa.+ Int iġġibha mħawda sew u tippreżenta l-​affarijiet moħmijin taʼ l-​offerta tal-​qmuħ fi bċejjeċ bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova. 22  U jagħmilha l-​qassis, il-​wieħed midluk minfloku minn fost uliedu.+ Dan hu regolament għal żmien indefinit: Bħala offerta sħiħa+ tiġi maħruqa lil Ġeħova. 23  U kull offerta tal-​qmuħ taʼ qassis+ għandha tkun offerta sħiħa. M’għandhiex tittiekel.” 24  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 25  “Kellem lil Aron u lil uliedu, u għidilhom, ‘Din hi l-​liġi taʼ l-​offerta għad-​dnub:+ Fil-​post+ fejn l-​offerta tal-​ħruq tinqatel regolarment għandha tinqatel l-​offerta għad-​dnub quddiem Ġeħova. Din hi xi ħaġa mill-​iktar qaddisa.+ 26  Jikolha+ l-​qassis li joffriha għad-​dnub. F’post qaddis+ tittiekel, fil-​bitħa+ tat-​tinda tal-​laqgħa. 27  “‘Kulma jmiss maʼ laħamha jitqaddes,+ u meta xi ħadd iċappas il-​libsa bi ftit minn demmha,+ il-​ħaġa li ċċappset bid-​demm taħsilha f’post qaddis.+ 28  U r-​reċipjent tal-​fuħħar+ li titgħalla fih għandu jitkisser. Imma jekk titgħalla f’reċipjent tar-​ram aħmar, dan għandu jingħorok u jitlaħlaħ bl-​ilma. 29  “‘Jikolha+ kull raġel minn fost il-​qassisin. Din hi xi ħaġa mill-​iktar qaddisa.+ 30  Madankollu, ma trid tittiekel ebda offerta għad-​dnub li ftit mid-​demm+ tagħha jiddaħħal fit-​tinda tal-​laqgħa biex issir tpattija. Għandha tiġi maħruqa bin-​nar.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ruħ.”