Levitiku 5:1-19

5  “‘Issa jekk xi ħadd*+ jidneb għax ikun semaʼ lil min jisħet+ fil-​pubbliku u hu jkun xhud jew ikun rah jew sar jaf bih, jekk ma jirrapportax+ dan, irid iwieġeb għall-​iżball tiegħu.  “‘Jew meta xi ħadd imiss xi ħaġa mhix nadifa, sew il-​ġisem mejjet taʼ bhima salvaġġa mhix nadifa, sew il-​ġisem mejjet t’annimal domestiku mhux nadif, u sew il-​ġisem mejjet taʼ ħliqa mhix nadifa minn dawk li jgħixu fi qtajjaʼ,+ għalkemm ma jkunx konxju taʼ dan,+ xorta waħda jkun mhux nadif* u jsir ħati.+  Jew jekk imiss xi nuqqas taʼ ndafa taʼ xi bniedem,+ hu x’inhu n-​nuqqas taʼ ndafa tiegħu li bih jistaʼ jsir mhux nadif, għalkemm ma jkunx konxju taʼ dan, x’ħin jinduna b’dan, hu jsir ħati.  “‘Jew jekk xi ħadd jaħlef u jasal biex jitkellem b’xofftejh bla ma jaħsibha+ biex jagħmel id-​deni+ jew biex jagħmel il-​ġid rigward kwalunkwe ħaġa, hi x’inhi, li l-​bniedem jistaʼ jgħid bla ma jaħsibha f’ħalfa,+ għalkemm ma jkunx konxju taʼ dan, x’ħin jinduna b’dan, imbagħad hu jsir ħati taʼ waħda minn dawn l-​affarijiet.  “‘U jrid iseħħ li jekk isir ħati taʼ xi waħda minn dawn l-​affarijiet, irid jistqarr+ b’liema mod dineb.  U lil Ġeħova jrid iġiblu l-​offerta għall-​ħtija+ għad-​dnub li jkun għamel, jiġifieri, mara mill-​merħla, ħarufa jew gidja,+ bħala offerta għad-​dnub; u l-​qassis irid jagħmel tpattija għalih għal dnubu.+  “‘Iżda, jekk ma jkollux biex jagħti nagħġa,+ irid iġib bħala l-​offerta għall-​ħtija tiegħu għad-​dnub li jkun għamel żewġ gamimiet+ jew żewġ bċieċen lil Ġeħova, wieħed għal offerta għad-​dnub+ u wieħed għal offerta tal-​ħruq.  U jrid iġibhom lill-​qassis, li jippreżenta l-​ewwel wieħed bħala offerta għad-​dnub u b’difrejh jaqtagħlu+ rasu min-​naħa taʼ quddiem t’għonqu, imma m’għandux jaqtagħha barra.  U jroxx ftit mid-​demm taʼ l-​offerta għad-​dnub fuq il-​ġenb taʼ l-​artal, imma l-​bqija tad-​demm jiġi mċarċar f’riġlejn l-​artal.+ Din hi offerta għad-​dnub. 10  U l-​ieħor joffrih bħala offerta tal-​ħruq skond il-​proċedura regulari;+ u l-​qassis jagħmel tpattija+ għalih għad-​dnub li jkun għamel, u b’hekk jinħafirlu.+ 11  “‘Issa jekk ma jkollux biex jagħti+ żewġ gamimiet jew żewġ bċieċen, irid iġib bħala l-​offerta tiegħu għad-​dnub li jkun għamel wieħed minn għaxra t’efa+ dqiq fin bħala offerta għad-​dnub. Ma jridx jagħmel żejt+ fuqha u ma jridx iqiegħed inċens abjad fuqha, għax din hi offerta għad-​dnub.+ 12  U jġibha għand il-​qassis, u l-​qassis jaqbad ponn minnha bħala tfakkira+ tagħha u jaħraqha fuq l-​artal, fuq l-​offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-​nar.+ Din hi offerta għad-​dnub.+ 13  U l-​qassis jagħmel tpattija+ għalih għad-​dnub li jkun għamel, kwalunkwe wieħed minn dawn id-​dnubiet, u b’hekk jinħafirlu; u ssir tal-​qassis+ l-​istess bħal offerta tal-​qmuħ.’” 14  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 15  “Jekk xi ħadd ma jurix fedeltà billi fil-​fatt jidneb bi żball kontra l-​affarijiet imqaddsin taʼ Ġeħova,+ bħala l-​offerta għall-​ħtija+ tiegħu lil Ġeħova jrid iġiblu muntun bla difett mill-​merħla, skond il-​valur stmat fi xwiekel fidda,+ skond ix-​xekel tal-​post qaddis, bħala offerta għall-​ħtija. 16  U jagħti kumpens għad-​dnub li jkun għamel kontra l-​post qaddis u jżid miegħu wieħed minn ħamsa+ taʼ kemm jiswa, u jagħtih lill-​qassis, sabiex il-​qassis jagħmel tpattija+ għalih bil-​muntun taʼ l-​offerta għall-​ħtija, u b’hekk jinħafirlu.+ 17  “U jekk xi ħadd jidneb għax jagħmel xi ħaġa minn dak kollu li Ġeħova jikkmanda li m’għandux isir, għalkemm ma kienx jaf,+ xorta waħda jsir ħati u jrid iwieġeb għall-​iżball tiegħu.+ 18  U lill-​qassis irid iġiblu muntun bla difett mill-​merħla skond il-​valur stmat, bħala offerta għall-​ħtija;+ u l-​qassis jagħmel tpattija+ għalih għall-​iżball li jkun għamel mhux apposta, għalkemm hu nnifsu ma kienx jaf, u b’hekk jinħafirlu.+ 19  Din hi offerta għall-​ħtija. Hu żgur li jsir ħati+ kontra Ġeħova.”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ruħ.” F’versi 2, 4, 15, u 17 ukoll.
“Mhux nadif,” ċerimonjalment.