Levitiku 27:1-34

27  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Jekk raġel jagħmel offerta t’erwieħ b’wegħda speċjali+ lil Ġeħova skond il-​valur stmat,  u l-​valur stmat ikun taʼ raġel minn għoxrin sena sa sittin sena, il-​valur stmat ikun ħamsin xekel fidda skond ix-​xekel tal-​post qaddis.  Imma jekk tkun mara, il-​valur stmat irid ikun tletin xekel.  U jekk l-​età tkun minn ħames snin sa għoxrin sena, il-​valur stmat tat-​tifel jew tar-​raġel irid ikun għoxrin xekel u għall-​mara għaxar xwiekel.  U jekk l-​età tkun minn xahar sa ħames snin, il-​valur stmat tat-​tifel irid ikun ħames+ xwiekel fidda u għat-​tifla l-​valur stmat irid ikun tliet xwiekel fidda.  “‘Issa jekk l-​età tkun minn sittin sena ’l fuq, jekk ikun raġel, il-​valur stmat irid ikun ħmistax-il xekel u għall-​mara għaxar xwiekel.  Imma jekk ikun ftaqar wisq biex jagħti l-​valur stmat,+ hu jrid iqiegħed lill-​individwu quddiem il-​qassis, u l-​qassis irid jagħti stima tiegħu.+ Il-​qassis jagħti stima tiegħu skond kemm ikun jiflaħ+ iħallas min jagħmel il-​wegħda.  “‘U jekk tkun bhima, bħal dik li wieħed jippreżenta b’offerta lil Ġeħova, kulma jagħti lil Ġeħova jsir xi ħaġa qaddisa.+ 10  Ma jistax jagħti xi ħaġa minflokha, u ma jistax jibdilha, it-​tajba mal-​ħażina jew il-​ħażina mat-​tajba. Imma jekk fil-​fatt jibdel bhima m’oħra, kemm din stess u kemm dik li jibdilha magħha għandhom isiru xi ħaġa qaddisa. 11  U jekk tkun xi bhima mhix nadifa,+ bħal dik li wieħed ma jistax jippreżenta b’offerta lil Ġeħova,+ irid iqiegħed il-​bhima quddiem il-​qassis.+ 12  U l-​qassis irid jagħti stima tagħha sew jekk tkun tajba u sew jekk tkun ħażina. Skond kemm jistma l-​valur+ il-​qassis, daqshekk tkun tiswa. 13  Imma jekk fil-​fatt ikun irid jixtriha lura, mal-​valur stmat irid iżid wieħed minn ħamsa+ tal-​valur tagħha. 14  “‘Issa jekk raġel iqaddes lil daru bħala xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova, il-​qassis irid jagħti stima tagħha sew jekk tkun tajba u sew jekk tkun ħażina.+ Skond kemm jistmaha l-​qassis, daqshekk għandha tiswa. 15  Imma jekk min iqaddisha jkun irid jixtri lura daru, magħha jrid iżid wieħed minn ħamsa tal-​flus tal-​valur stmat;+ u ssir tiegħu. 16  “‘U jekk raġel ikun irid iqaddes xi parti mir-​rabaʼ+ tiegħu lil Ġeħova, il-​valur irid ikun stmat skond kemm ikun fiha żerriegħa: jekk fiha ħomer+ żerriegħa tax-​xgħir, allura ħamsin xekel fidda. 17  Jekk hu jqaddes l-​għalqa tiegħu mis-​sena tal-​Ġublew+ ’il quddiem, għandha tiswa skond il-​valur stmat. 18  U jekk iqaddes l-​għalqa tiegħu wara l-​Ġublew, il-​qassis irid jikkalkulalu l-​prezz skond is-​snin li jkun fadal sas-​sena tal-​Ġublew li jkun imiss, u għandu jsir tnaqqis mill-​valur stmat.+ 19  Imma jekk min iqaddisha fil-​fatt jixtri l-​għalqa lura, magħha jrid iżid wieħed minn ħamsa tal-​flus tal-​valur stmat, u tkun tiegħu.+ 20  Issa jekk l-​għalqa ma jixtrihiex lura, imma l-​għalqa tinbiegħ lil raġel ieħor, ma tistax terġaʼ tinxtara lura. 21  U meta l-​għalqa tinħeles fil-​Ġublew, din trid issir xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova, bħala għalqa li tkun dedikata.*+ Din issir tal-​qassis.+ 22  “‘U jekk lil Ġeħova jqaddislu l-​għalqa li jkun xtara u li ma tkunx parti mir-​rabaʼ tiegħu,+ 23  il-qassis irid jikkalkulalu l-​ammont tal-​valur sas-​sena tal-​Ġublew, u jrid jagħti l-​valur stmat f’dak il-​jum.+ Din hi xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova.+ 24  Fis-sena tal-​Ġublew l-​għalqa terġaʼ lura għand min begħhielu, għand dak li l-​art tkun tiegħu.+ 25  “‘Issa kull valur għandu jkun stmat bix-​xekel tal-​post qaddis. Ix-​xekel għandu jammonta għal għoxrin gera.+ 26  “‘Huwa biss l-​ewwel imwieled fost il-​bhejjem, li jitwieled bħala l-​ewwel imwieled għal Ġeħova,+ li ebda bniedem m’għandu jqaddsu. Sew jekk barri u sew jekk nagħġa, dawn ikunu taʼ Ġeħova.+ 27  U jekk ikun fost il-​bhejjem mhux nodfa+ u jrid jifdih skond il-​valur stmat, irid iżid miegħu wieħed minn ħamsa tal-​valur tiegħu.+ Imma jekk ma jinxtarax lura jrid jinbiegħ skond il-​valur stmat. 28  “‘Biss ebda ħaġa li raġel jiddedikaha lil Ġeħova għall-​qerda,*+ minn kulma hu tiegħu, sew jekk mill-​bnedmin, sew jekk mill-​bhejjem, u sew jekk mir-​rabaʼ tiegħu, ma tistaʼ tinbiegħ, u ebda ħaġa dedikata ma tistaʼ tinxtara lura.+ Hi xi ħaġa mill-​iktar qaddisa għal Ġeħova. 29  Ebda individwu li jkun dedikat għall-​qerda minn fost il-​bnedmin ma jistaʼ jiġi mifdi.+ Żgur li għandu jingħata l-​mewt.+ 30  “‘U kull parti minn għaxra+ taʼ l-​art, miż-​żerriegħa taʼ l-​art u l-​frott tas-​siġra, hi taʼ Ġeħova. Hi xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova. 31  U jekk raġel ikun irid fil-​fatt jixtri lura xi ħaġa mill-​parti minn għaxra tiegħu, għandu jżid magħha wieħed minn ħamsa tal-​valur tagħha.+ 32  Inkwantu għal kull parti minn għaxra tal-​merħla tal-​baqar u tal-​merħla tan-​nagħaġ, kulma jgħaddi minn taħt l-​għasluġ,+ l-​għaxar ras għandha ssir xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova. 33  M’għandux joqgħod jara jekk hix tajba jew ħażina, u lanqas m’għandu jibdilha. Imma jekk fil-​fatt jibdilha, kemm din stess u kemm dik li jibdilha magħha għandhom isiru xi ħaġa qaddisa.+ Ma tistax tinxtara lura.’” 34  Dawn huma l-​kmandamenti+ li Ġeħova ta lil Mosè bħala kmandi għal ulied Israel fuq il-​Muntanja Sinaj.+

Noti taʼ taħt

Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.
Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’vers 29 ukoll.