Levitiku 26:1-46

26  “‘Tagħmlux allat bla siwi għalikom,+ u twaqqfux xi xbieha skolpita+ jew xi pilastru sagru għalikom, u tpoġġux xi ġebla bħala figura skolpita+ f’artkom sabiex tmilu quddiemha;+ għax jien Ġeħova Alla tagħkom.  Għandkom tħarsu s-​Sabatijiet+ tiegħi u jkollkom rispett profond għas-​santwarju tiegħi. Jien Ġeħova.  “‘Jekk tkomplu timxu skond l-​istatuti tiegħi u tħarsu l-​kmandamenti tiegħi u twettquhom,+  jien żgur li nagħtikom il-​ħalbiet tax-​xita f’waqthom,+ u l-​art trodd l-​uċuħ tagħha,+ u s-​siġar tar-​rabaʼ jagħtu l-​frott tagħhom.+  U d-​dris tagħkom żgur li jilħaq il-​ġbir taʼ l-​għeneb tagħkom, u l-​ġbir taʼ l-​għeneb jilħaq iż-​żrigħ taż-​żerriegħa; u tieklu ħobżkom sa ma tixbgħu+ u tgħammru fis-​sigurtà f’artkom.+  U nitfaʼ s-​sliem fuq l-​art,+ u intom timteddu, u ħadd ma jġegħelkom titriegħdu;+ u neqred mill-​art il-​bhima salvaġġa li tagħmel il-​ħsara,+ u sejf ma jgħaddix minn ġo artkom.+  U tiġru wara l-​għedewwa tagħkom,+ u dawn jaqgħu quddiemkom bis-​sejf.  U ħamsa minnkom jiġru wara mija, u mija minnkom jiġru wara għaxart elef, u l-​għedewwa tagħkom jaqgħu quddiemkom bis-​sejf.+  “‘U ndur lejkom+ u nġegħelkom tnisslu u toktru,+ u nwettaq il-​patt tiegħi magħkom.+ 10  U tieklu l-​ħsad il-​qadim tas-​sena taʼ qabel,+ u toħorġu l-​qadim qabel il-​ġdid. 11  U żgur li nqiegħed it-​tabernaklu tiegħi f’nofskom,+ u ruħi ma tistmerrkomx.+ 12  U nimxi f’nofskom u jien inkun Alla tagħkom,+ u intom tkunu l-​poplu tiegħi.+ 13  Jien Ġeħova Alla tagħkom, li ħriġtkom mill-​art taʼ l-​Eġittu biex ma tibqgħux ilsiera tagħhom,+ u kissirt il-​madmad tagħkom u ġegħeltkom timxu dritti.+ 14  “‘Madankollu, jekk ma tisimgħux minni u lanqas tobdu dawn il-​kmandamenti kollha,+ 15  u jekk tiċħdu l-​istatuti tiegħi,+ u jekk ruħkom tistmerr id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi sabiex ma tobdux il-​kmandamenti tiegħi kollha, sal-​punt li tiksru l-​patt tiegħi,+ 16  jien, min-​naħa tiegħi, nagħmlilkom dan li ġej, u b’kastig inġib fuqkom l-​inkwiet permezz tat-​tuberkulosi+ u d-​deni qawwi li jdgħajfulkom għajnejkom+ u jifnulkom ruħkom.+ U tiżirgħu ż-​żerriegħa sempliċement għalxejn, għax jikluhielkom l-​għedewwa tagħkom.+ 17  U jien indawwar wiċċi kontrikom, u żgur li l-​għedewwa tagħkom jegħlbukom;+ u min jobgħodkom jgħaffiġkom taħt saqajh,+ u intom fil-​fatt taħarbu meta ħadd ma jkun qed jiġri warajkom.+ 18  “‘Iżda, jekk minkejja dawn l-​affarijiet, ma tisimgħux minni, jien ikolli nikkastigakom sebaʼ darbiet iktar għal dnubietkom.+ 19  U jkolli nkisser il-​kburija taʼ saħħitkom u nagħmel is-​smewwiet tagħkom bħall-​ħadid+ u l-​art tagħkom bħar-​ram aħmar. 20  U taħlu saħħitkom għalxejn, għax l-​art tagħkom ma troddx l-​uċuħ tagħha,+ u s-​siġar tar-​rabaʼ ma jagħtux il-​frott tagħhom.+ 21  “‘U jekk tkomplu tiħduha kontrija u ma tkunux tridu tisimgħu minni jkolli nżidilkom il-​kastigi sebaʼ darbiet iktar skond dnubietkom.+ 22  U nibgħat il-​bhejjem salvaġġi tar-​rabaʼ fostkom,+ u jħallukom bla tfal+ u jeqirdulkom l-​annimali domestiċi tagħkom u lilkom iġibukom ftit nies, u t-​toroq tagħkom tabilħaqq jiġu abbandunati.+ 23  “‘U jekk minkejja dawn l-​affarijiet ma tħallunix nikkorreġikom+ u tkunu tridu tibqgħu tiħduha kontrija, 24  jien, iva, jien, ikolli niħodha kontrikom;+ u jien, iva, jien, ikolli nidrobkom sebaʼ darbiet għal dnubietkom.+ 25  U nġib fuqkom sejf li jagħmel vendetta+ minħabba l-​patt;+ u tinġabru fi blietkom, u nibgħat il-​pesta f’nofskom,+ u tingħataw f’id l-​għadu.+ 26  Meta nkun kissirtilkom il-​bsaten li ddendlu l-​ftajjar magħhom,+ għaxar nisa jaħmu ħobżkom ġo forn wieħed biss u jroddulkom ħobżkom bl-​użin;+ u tieklu imma ma tixbgħux.+ 27  “‘Jekk, madankollu, ma tisimgħux minni u tkunu tridu tibqgħu tiħduha kontrija,+ 28  ikolli niħodha bl-​aħrax kontrikom,+ u jien, iva, jien, ikolli nikkastigakom sebaʼ darbiet għal dnubietkom.+ 29  U jkollkom tieklu l-​laħam taʼ wliedkom subien, u tieklu l-​laħam taʼ wliedkom bniet.+ 30  U żgur li nġib fix-​xejn il-​postijiet għall-​qima* sagri tagħkom+ u neqred l-​artali taʼ l-​inċens tagħkom u nqiegħed l-​iġsma mejtin tagħkom fuq il-​fdalijiet taʼ l-​idoli tagħkom moqżieża daqs id-​demel;+ u ruħi tistmerrkom.+ 31  U nġiegħel li blietkom jingħataw għas-​sejf+ u nagħmel ħerba mis-​santwarji tagħkom,+ u l-​irwejjaħ pjaċevoli tagħkom ma nxommhomx.+ 32  U jien, min-​naħa tiegħi, nagħmel l-​art ħerba,+ u l-​għedewwa tagħkom li qed jgħammru fiha sempliċement jistagħġbu u jiċċassaw meta jarawha.+ 33  U lilkom inxerridkom qalb il-​ġnus,+ u nislet sejf għal warajkom;+ u artkom issir ħerba,+ u blietkom isiru rovina sħiħa. 34  “‘F’dak iż-​żmien, kemm iddum ħerba, l-​art tħallas is-​Sabatijiet tagħha, waqt li intom tkunu f’art l-​għedewwa tagħkom. F’dak iż-​żmien, l-​art tħares is-​Sabat, għax trid trodd is-​Sabatijiet tagħha.+ 35  Kemm iddum ħerba, l-​art tħares is-​Sabat, għar-​raġuni li ma ħarsitx is-​Sabat matul is-​Sabatijiet tagħkom meta intom kontu qed tgħammru fiha. 36  “‘Inkwantu għal dawk li jibqaʼ minnkom,+ żgur li nnissel il-​biżaʼ fi qlubhom fl-​artijiet taʼ l-​għedewwa tagħhom; u l-​ħoss taʼ werqa tiċċaqlaq ’l hemm u ’l hawn iġegħelhom jitilqu jiġru, u tabilħaqq jaħarbu, bħal meta wieħed jaħrab mis-​sejf, u jaqgħu bla ma jkun hemm ħadd jiġri warajhom.+ 37  U jitfixklu f’xulxin bħal meta jaħarbu mis-​sejf bla ma jkun hemm ħadd jiġri warajhom, u intom ma jkollkomx il-​ħila tirreżistu lill-​għedewwa tagħkom.+ 38  U tgħibu qalb il-​ġnus,+ u l-​art taʼ l-​għedewwa tagħkom tiblagħkom. 39  U dawk li jibqaʼ minnkom jitmermru+ għalkollox minħabba l-​iżball tagħhom fl-​artijiet taʼ l-​għedewwa tagħkom. Iva, saħansitra minħabba l-​iżbalji taʼ missirijiethom,+ bħalhom jitmermru għalkollox. 40  U jistqarru+ li kemm huma u kemm missirijiethom ħaduha kontrija u ma wrewx fedeltà u dinbu kontrija,+ 41  u għalhekk jien kelli niħodha kontrihom+ u ndaħħalhom f’art l-​għedewwa tagħhom.+ “‘Dan sar biex forsi jumiljaw il-​qalb mhix ċirkonċiża+ tagħhom,+ u jħallsu għall-​iżball tagħhom. 42  U jien niftakar fil-​patt tiegħi maʼ Ġakobb;+ u niftakar ukoll fil-​patt tiegħi maʼ Iżakk+ u wkoll fil-​patt tiegħi m’Abraham,+ u niftakar ukoll fl-​art. 43  Dan iż-​żmien kollu l-​art tħalliet abbandunata minnhom u kienet qed tħallas is-​Sabatijiet+ tagħha waqt li kienet tinsab ħerba mingħajrhom, u huma nfushom kienu qed iħallsu għall-​iżball tagħhom,+ għaliex, iva, għaliex huma kienu ċaħdu d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ u ruħhom kienet stmerret l-​istatuti tiegħi.+ 44  U minkejja dan kollu, waqt li jkunu għadhom f’art l-​għedewwa tagħhom, jien żgur li ma niċħadhomx+ u lanqas nistmerrhom+ biex neqridhom għalkollox, u nikser il-​patt tiegħi magħhom;+ għax jien Ġeħova Alla tagħhom. 45  U minħabba fihom niftakar fil-​patt maʼ l-​antenati tagħhom+ li jien ħriġt mill-​art taʼ l-​Eġittu quddiem għajnejn il-​ġnus+ sabiex nuri li jien Alla tagħhom. Jien Ġeħova.’” 46  Dawn huma r-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ u l-​liġijiet li Ġeħova għamel bejnu u bejn ulied Israel fuq il-​Muntanja Sinaj permezz taʼ Mosè.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Dawn kienu postijiet jew santwarji li fihom kienet issir l-​idolatrija.