Levitiku 24:1-23

24  U Ġeħova kellem lil Mosè u qallu:  “Ordna lil ulied Israel biex iġibulek żejt pur minn żebbuġ misħuq għad-​dawwala,+ biex il-​musbieħ jinżamm mixgħul il-​ħin kollu.+  Aron għandu jqiegħdu bl-​ordni ’l barra mill-​purtiera tat-​Testimonjanza fit-​tinda tal-​laqgħa sabiex jibqaʼ mixgħul il-​ħin kollu minn fil-​għaxija sa fil-​għodu quddiem Ġeħova. Dan hu statut għal żmien indefinit matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom.  Fuq il-​gandlier+ tad-​deheb pur għandu jqiegħed l-​imsiebaħ+ bl-​ordni quddiem Ġeħova l-​ħin kollu.+  “U ħu dqiq fin u bih aħmi tnax-il ftira. Kull ftira tkun taʼ tnejn minn kull għaxra t’efa.  U poġġihom f’żewġ ringieli taʼ saffi, sitta kull ringiela,+ fuq il-​mejda tad-​deheb pur quddiem Ġeħova.+  U qiegħed inċens abjad pur fuq kull ringiela taʼ saffi, u jrid iservi bħala l-​ħobż li jkun bħala tfakkira,+ offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova.  Kull jum taʼ Sabat wara l-​ieħor għandu jqiegħdu bl-​ordni quddiem Ġeħova l-​ħin kollu.+ Dan hu patt għal żmien indefinit maʼ wlied Israel.  U dan isir t’Aron u taʼ wliedu,+ u jridu jikluh f’post qaddis,+ għaliex hu xi ħaġa mill-​iktar qaddisa għalih mill-​offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-​nar, bħala regolament għal żmien indefinit.” 10  Issa bin mara Israelija, li, madankollu, kien bin raġel Eġizzjan,+ ħareġ f’nofs ulied Israel, u bin l-​Israelija u raġel Israeli bdew jissieltu+ maʼ xulxin fil-​kamp. 11  U bin il-​mara Israelija beda jidgħi bl-​Isem+ u jisħtu.+ Għalhekk, ġabuh għand Mosè.+ Issa ommu kien jisimha Selomit, bint Dibri mit-​tribù taʼ Dan. 12  Imbagħad żammewh maqful+ sakemm issirilhom dikjarazzjoni ċara skond il-​kelma taʼ Ġeħova.+ 13  U Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 14  “Oħroġ ’il barra mill-​kamp+ lil dak li seħet; u dawk kollha li semgħuh iridu jqiegħdu idejhom+ fuq rasu, u l-​ġemgħa kollha trid tħaġġru.+ 15  U għandek tkellem lil ulied Israel u tgħidilhom, ‘Jekk xi raġel jisħet lil Alla tiegħu, irid iwieġeb għad-​dnub tiegħu. 16  Għalhekk, dak li dagħa bl-​isem taʼ Ġeħova żgur li għandu jingħata l-​mewt.+ Il-​ġemgħa kollha żgur li għandha tħaġġru. Ir-​resident barrani l-​istess bħal min jitwieled fil-​pajjiż għandu jingħata l-​mewt talli jkun dagħa bl-​Isem.+ 17  “‘U jekk raġel jaħbat għal xi ruħ mill-​bnedmin u joqtolha, żgur li għandu jingħata l-​mewt.+ 18  U min jaħbat għar-​ruħ t’annimal domestiku u joqtolha għandu jagħti kumpens għaliha, ruħ b’ruħ.+ 19  U jekk raġel jimmanka lil sieħbu, bħalma jkun għamel hu, hekk għandhom jagħmlulu.+ 20  Ksur bi ksur, għajn b’għajn, sinna b’sinna; l-​istess tip taʼ mankament li jikkaġuna fil-​bniedem għandu jiġi kaġunat fuqu.+ 21  U min jaħbat għal xi bhima+ u joqtolha għandu jagħti kumpens+ għaliha, imma min jaħbat għal xi bniedem u joqtlu għandu jingħata l-​mewt.+ 22  “‘Deċiżjoni ġudizzjarja waħda għandha tgħodd għalikom. Ir-​resident barrani għandu jkun l-​istess bħal min jitwieled fil-​pajjiż,+ għaliex jien Ġeħova Alla tagħkom.’”+ 23  Wara dan, Mosè kellem lil ulied Israel, u dawn ħarġu ’l barra mill-​kamp lil dak li kien seħet, u ħaġġruh.+ B’hekk, ulied Israel għamlu sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

Noti taʼ taħt