Levitiku 23:1-44

23  U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Il-​festi taʼ l-​istaġuni+ taʼ Ġeħova li għandkom tipproklamaw+ huma konvenzjonijiet imqaddsin. Dawn huma l-​festi taʼ l-​istaġuni tiegħi:  “‘Sitt ijiem jistaʼ jsir ix-​xogħol, imma s-​sebaʼ jum huwa Sabat taʼ mistrieħ komplet,+ konvenzjoni mqaddsa. Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol. Huwa Sabat lil Ġeħova fil-​postijiet kollha fejn tgħammru.+  “‘Dawn huma l-​festi taʼ l-​istaġuni+ taʼ Ġeħova, konvenzjonijiet imqaddsin,+ li għandkom tipproklamaw fiż-​żminijiet stabbiliti+ tagħhom:  Fl-ewwel xahar, fl-​erbatax tax-​xahar,+ bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam isir il-​Qbiż+ lil Ġeħova.  “‘U fil-​ħmistax taʼ dan ix-​xahar issir il-​festa tal-​ħobż bla ħmira lil Ġeħova.+ Sebat ijiem għandkom tieklu l-​ħobż bla ħmira.+  Fl-ewwel jum ikollkom konvenzjoni mqaddsa.+ Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.  Imma tippreżentaw offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova għal sebat ijiem. Fis-​sebaʼ jum ikun hemm konvenzjoni mqaddsa. Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.’”  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 10  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Meta tidħlu fl-​art li qed nagħtikom, u tkunu ħsadtu l-​ħsad tagħha, ġibu qatta mill-​ewwel frott+ tal-​ħsad tagħkom lill-​qassis. 11  U hu jrid ixejjer il-​qatta ’l hemm u ’l hawn+ quddiem Ġeħova biex jikseb l-​approvazzjoni għalikom. Eżatt l-​għada tas-​Sabat il-​qassis għandu jxejjirha ’l hemm u ’l hawn. 12  U dakinhar li xxejru l-​qatta ’l hemm u ’l hawn offru muntun żgħir bla difett, fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-​ħruq lil Ġeħova; 13  u bħala l-​offerta tal-​qmuħ tnejn minn għaxra t’efa dqiq fin miblul fiż-​żejt, bħala offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova, riħa pjaċevoli; u bħala l-​offerta tax-​xorb kwart taʼ ħinn inbid. 14  U tiklux ħobż, lanqas qmuħ inkaljati u lanqas qmuħ ġodda sa dan l-​istess jum,+ sakemm iġġibu l-​offerta t’Alla tagħkom. Dan hu statut għal żmien indefinit għall-​ġenerazzjonijiet fil-​postijiet kollha fejn tgħammru. 15  “‘U mill-​għada tas-​Sabat, mill-​jum meta tkunu ġibtu l-​qatta taʼ l-​offerta tat-​tixjir, għoddu għalikom sebaʼ Sabatijiet.+ Għandhom ikunu sħaħ. 16  Sa l-​għada tas-​sebaʼ Sabat għandkom tgħoddu, ħamsin jum,+ u tridu tippreżentaw offerta ġdida tal-​qmuħ+ lil Ġeħova. 17  Mill-postijiet fejn tgħammru għandkom iġġibu żewġ ħobżiet+ bħala offerta tat-​tixjir. Għandhom ikunu taʼ tnejn minn kull għaxra t’efa dqiq fin. Iridu jinħmew bil-​ħmira,+ bħala l-​ewwel frott misjur lil Ġeħova.+ 18  U mal-​ħobż ippreżentaw sebat iħrief irġiel bla difett,+ kull wieħed taʼ sena, u barri żgħir wieħed u żewġ imtaten. Għandhom iservu bħala offerta tal-​ħruq lil Ġeħova flimkien maʼ l-​offerta tal-​qmuħ u maʼ l-​offerti tax-​xorb bħala offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova. 19  U offru gidi wieħed+ bħala offerta għad-​dnub u żewġt iħrief irġiel, kull wieħed taʼ sena, bħala sagrifiċċju taʼ sħubija.+ 20  U l-​qassis irid ixejjirhom ’l hemm u ’l hawn+ flimkien mal-​ħobż taʼ l-​ewwel frott misjur, bħala offerta tat-​tixjir quddiem Ġeħova, flimkien maż-​żewġt iħrief irġiel. Għall-​qassis+ għandhom iservu bħala xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova. 21  U oħorġu proklama+ f’dan l-​istess jum; se jkun hemm konvenzjoni mqaddsa għalikom. Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz. Dan hu statut għal żmien indefinit fil-​postijiet kollha fejn tgħammru għall-​ġenerazzjonijiet tagħkom. 22  “‘U fi żmien il-​ħsad t’artkom, taħsadx għalkollox sa tarf l-​għalqa tiegħek meta tkun qed taħsad, u t-​tilqit tal-​ħsad tiegħek tiġbrux.+ Għandek tħallihom għall-​magħkus+ u għar-​resident barrani.+ Jien Ġeħova Alla tagħkom.’” 23  U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 24  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Fis-​sebaʼ xahar,+ fl-​ewwel tax-​xahar, għandu jkun hemm mistrieħ komplet għalikom, tifkira mħabbra bid-​daqq tat-​trumbetta,+ konvenzjoni mqaddsa.+ 25  Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz, u tridu tippreżentaw offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova.’” 26  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  27  “Madankollu, fl-​għaxra taʼ dan is-​sebaʼ xahar hu jum it-​tpattija.+ Għandha ssir konvenzjoni mqaddsa għalikom, u tridu tgħakksu ruħkom*+ u tippreżentaw offerta+ magħmula bin-​nar lil Ġeħova. 28  U tagħmlu ebda tip taʼ xogħol f’dan l-​istess jum, għaliex hu jum it-​tpattija biex issir tpattija+ għalikom quddiem Ġeħova Alla tagħkom; 29  għaliex kull ruħ li ma tkunx tgħakkset f’dan l-​istess jum trid tiġi maqtugħa minn mal-​poplu tagħha.+ 30  U kull ruħ li tagħmel kwalunkwe tip taʼ xogħol f’dan l-​istess jum, jien neqred lil din ir-​ruħ minn fost il-​poplu tagħha.+ 31  Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol.+ Dan hu statut għal żmien indefinit għall-​ġenerazzjonijiet tagħkom fil-​postijiet kollha fejn tgħammru. 32  Dan hu Sabat taʼ mistrieħ komplet għalikom,+ u tridu tgħakksu+ ruħkom fid-​disgħa tax-​xahar fil-​għaxija. Minn fil-​għaxija sa fil-​għaxija għandkom tosservaw is-​Sabat.” 33  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 34  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Fil-​ħmistax taʼ dan is-​sebaʼ xahar issir il-​festa taʼ l-​għerejjex għal sebat ijiem lil Ġeħova.+ 35  Fl-ewwel jum issir konvenzjoni mqaddsa. Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz. 36  Għal sebat ijiem għandkom tippreżentaw offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova. Fit-​tmien jum għandu jkun hemm konvenzjoni mqaddsa għalikom,+ u tridu tippreżentaw offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova. Din hi assemblea solenni.* Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz. 37  “‘Dawn huma l-​festi taʼ l-​istaġuni+ taʼ Ġeħova li għandkom tipproklamaw bħala konvenzjonijiet imqaddsin,+ biex tippreżentaw offerta magħmula bin-​nar+ lil Ġeħova: l-​offerta tal-​ħruq+ u l-​offerta tal-​qmuħ+ tas-​sagrifiċċju u l-​offerti tax-​xorb+ skond l-​iskeda taʼ kuljum, 38  minbarra s-​Sabatijiet taʼ Ġeħova+ u minbarra l-​għotjiet+ tagħkom u minbarra l-​offerti b’wegħda+ kollha tagħkom u minbarra l-​offerti volontarji+ kollha tagħkom, li għandkom tagħtu lil Ġeħova. 39  Madankollu, fil-​ħmistax tas-​sebaʼ xahar, meta tkunu ġbartu l-​prodott taʼ l-​art, għandkom tiċċelebraw il-​festa+ taʼ Ġeħova għal sebat ijiem.+ L-​ewwel jum ikun mistrieħ komplet u t-​tmien jum ikun mistrieħ komplet.+ 40  U fl-​ewwel jum ħudu għalikom infuskom il-​frott taʼ siġar mill-​aqwa, il-​friegħi tas-​siġar tal-​palm+ u l-​friegħi tas-​siġar bil-​weraq u s-​siġar tal-​luq tal-​wied, u ifirħu+ quddiem Ġeħova Alla tagħkom għal sebat ijiem. 41  Iċċelebrawha bħala festa lil Ġeħova sebat ijiem fis-​sena.+ Bħala statut għal żmien indefinit matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom għandkom tiċċelebrawha fis-​sebaʼ xahar. 42  Għandkom tgħammru fl-​għerejjex għal sebat ijiem.+ Kulmin twieled f’Israel għandu jgħammar fl-​għerejjex,+ 43  sabiex il-​ġenerazzjonijiet tagħkom ikunu jafu+ li fl-​għerejjex ġegħelthom jgħammru lil ulied Israel meta ħriġthom mill-​art taʼ l-​Eġittu.+ Jien Ġeħova Alla tagħkom.’” 44  Għaldaqstant, Mosè kellem lil ulied Israel dwar il-​festi taʼ l-​istaġuni+ taʼ Ġeħova.

Noti taʼ taħt

Ara Le 16:29, in-​nota taʼ taħt. F’versi 29 u 32 ukoll.
Ebrajk, atseret; Grieg, eksodjon; jiġifieri, jum taʼ festa biex jiġi mfakkar l-​Eżodu mill-​Eġittu.