Levitiku 22:1-33

22  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Kellem lil Aron u lil uliedu, sabiex iżommu ruħhom ’il bogħod milli jużaw ħażin l-​affarijiet imqaddsin taʼ wlied Israel u ma jkasbrux l-​isem qaddis+ tiegħi fl-​affarijiet li qed iqaddsuli.+ Jien Ġeħova.  Għidilhom, ‘Matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom kwalunkwe raġel minn nisilkom kollu li jersaq lejn l-​affarijiet imqaddsin, li wlied Israel se jqaddsu għal Ġeħova, waqt li jkollu fuqu n-​nuqqas taʼ ndafa,+ dan il-​bniedem* irid jiġi maqtugħ minn quddiemi. Jien Ġeħova.  Ebda raġel, minn nisel Aron, meta jkun imġiddem+ jew ikollu tisfija kontinwa+ ma jistaʼ jiekol mill-​affarijiet imqaddsin sakemm jindaf,+ lanqas min imiss lil xi ħadd mhux nadif billi jmiss ruħ mejta+ jew raġel li minnu joħroġ xi tixrid taʼ l-​isperma,+  lanqas raġel li jmiss xi ħlejqa li tgħix fi qtajjaʼ u li mhix nadifa għalih+ jew imiss bniedem li mhux nadif għalih, ikun xi jkun in-​nuqqas taʼ ndafa tiegħu.+  Min* imiss xi wieħed minn dawn ma jkunx nadif sa fil-​għaxija u ma jistaʼ jiekol ebda waħda mill-​affarijiet imqaddsin, imma jrid jinħasel fl-​ilma.+  Meta tkun niżlet ix-​xemx, ikun nadif, u wara jkun jistaʼ jiekol ftit mill-​affarijiet imqaddsin, għaliex dan ikun ħobżu.+  Ukoll, m’għandux jiekol xi ġisem li jkun diġà mejjet jew xi ħaġa mqattgħa mill-​bhejjem salvaġġi, u b’hekk isir mhux nadif b’dan.+ Jien Ġeħova.  “‘U jridu jħarsu l-​obbligu li għandhom lejja, sabiex ma jitgħabbewx bid-​dnub minħabba fih u jkollhom imutu+ talli ma ħarsuhx għax kienu qed ikasbruh. Jien Ġeħova li qed inqaddishom. 10  “‘U assolutament ebda individwu mhux awtorizzat* ma jistaʼ jiekol xi ħaġa qaddisa.+ La immigrant li joqgħod maʼ qassis u lanqas ħaddiem mikri ma jistaʼ jiekol xi ħaġa qaddisa. 11  Imma jekk qassis jixtri lil xi ħadd,* li jkun xtara bi flusu, hu, fil-​fatt, jistaʼ jiekol minnha. U l-​ilsiera mweldin f’daru, fil-​fatt, jistgħu jieklu minn ħobżu.+ 12  U jekk bint qassis issir mart xi raġel li jkun stranġier, fil-​fatt, hi ma tistax tiekol mill-​affarijiet tal-​kontribuzzjoni mqaddsa. 13  Imma jekk bint qassis tormol jew tiddivorzja u ma jkollhiex tfal, u jkollha tmur lura lejn dar missierha bħal f’żgħożitha,+ tkun tistaʼ tiekol ftit mill-​ħobż taʼ missierha;+ imma assolutament ebda individwu mhux awtorizzat ma jistaʼ jiekol minnu. 14  “‘Issa jekk raġel jiekol bi żball xi ħaġa qaddisa,+ ikollu jpattiha lura u jżid magħha wieħed minn ħamsa+ tal-​valur tal-​ħaġa qaddisa u jagħtiha lill-​qassis. 15  Għalhekk, m’għandhomx ikasbru l-​affarijiet imqaddsin taʼ wlied Israel, li dawn jagħtu bħala kontribuzzjoni lil Ġeħova,+ 16  u, fil-​fatt, jgħabbuhom bil-​kastig tal-​ħtija talli kielu l-​affarijiet imqaddsin tagħhom; għax jien Ġeħova li qed inqaddishom.’” 17  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 18  “Kellem lil Aron u lil uliedu u lill-​ulied kollha taʼ Israel, u għidilhom, ‘Inkwantu għal xi raġel minn dar Israel jew xi resident barrani f’Israel li jippreżenta l-​offerta tiegħu,+ għal xi waħda mill-​wegħdi+ tagħhom jew għal xi waħda mill-​offerti volontarji+ tagħhom, li jippreżentaw lil Ġeħova bħala offerta tal-​ħruq, 19  biex din tikseb l-​approvazzjoni+ għalikom trid tkun bla difett,+ raġel minn fost il-​merħla, minn fost l-​imtaten żgħar jew minn fost il-​mogħoż. 20  Tippreżentawx xi ħaġa li jkun fiha difett,+ għaliex din ma tgħinkomx biex tiksbu l-​approvazzjoni għalikom. 21  “‘U jekk raġel jippreżenta sagrifiċċju taʼ sħubija+ lil Ġeħova sabiex irodd wegħda+ li jkun għamel jew bħala offerta volontarja, l-​annimal għandu jkun bla difett minn fost il-​merħla tal-​baqar jew tan-​nagħaġ, sabiex jikseb l-​approvazzjoni. M’għandu jkun fih assolutament ebda difett. 22  M’għandux ikun agħma jew ikollu xi ksur jew qtugħ jew xi felula jew mard tal-​ġilda jew xi ħżieża,+ ebda wieħed minn dawn m’għandkom tippreżentaw lil Ġeħova, u ebda offerta magħmula bin-​nar+ minnhom m’għandkom tpoġġu fuq l-​artal għal Ġeħova. 23  Inkwantu għal barri jew nagħġa li jkollha parti minn ġisimha twila wisq jew qasira wisq,+ tistaʼ tagħmilha bħala offerta volontarja; imma bħala wegħda ma tiġix aċċettata b’approvazzjoni. 24  Imma annimal li jkollu t-​testikoli+ mgħattnin jew misħuqin jew maqlugħin jew maqtugħin m’għandkomx tippreżentawh lil Ġeħova, u m’għandkomx toffruh f’artkom. 25  U kwalunkwe annimal minn dawn kollha minn id xi barrani m’għandkomx tippreżentawh bħala l-​ħobż t’Alla tagħkom, għaliex it-​taħsir tagħhom qiegħed fihom. Hemm difett fihom.+ Ma jiġux aċċettati b’approvazzjoni+ għalikom.’” 26  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 27  “Jekk jitwieled għoġol, ħaruf, jew gidi, irid jibqaʼ sebat ijiem m’ommu,+ imma mit-​tmien jum ’il quddiem jiġi aċċettat b’approvazzjoni bħala offerta, offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova. 28  Inkwantu għal xi baqra jew nagħġa, toqtlux lilha u l-​ferħ tagħha f’jum wieħed.+ 29  “U jekk toffru sagrifiċċju taʼ radd il-​ħajr lil Ġeħova,+ għandkom toffruh biex tiksbu l-​approvazzjoni għalikom. 30  Dakinhar għandu jittiekel.+ Tħallu xejn minnu sa fil-​għodu.+ Jien Ġeħova. 31  “U ħarsu l-​kmandamenti tiegħi u agħmluhom.+ Jien Ġeħova. 32  U tkasbrux l-​isem qaddis tiegħi,+ u rrid nitqaddes f’nofs ulied Israel.+ Jien Ġeħova li qed inqaddiskom,+ 33  il-Wieħed li ħariġkom mill-​art taʼ l-​Eġittu biex nurikom li jien Alla.+ Jien Ġeħova.”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ruħ.”
Letteralment, “ruħ.”
Letteralment, “ebda stranġier.” F’vers 13 ukoll.
Letteralment, “ruħ.”