Levitiku 20:1-27

20  U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Għandek tgħid lil ulied Israel, ‘Kull raġel minn ulied Israel, u kull resident barrani li jgħammar bħala barrani f’Israel, li jagħti lil xi ħadd minn uliedu lil Molek,+ żgur li għandu jingħata l-​mewt. In-​nies tal-​pajjiż għandhom iħaġġruh sakemm imut.  U inkwantu għalija, jien se ndawwar wiċċi kontra dan ir-​raġel, u se naqtgħu minn fost il-​poplu tiegħu,+ għaliex ikun ta lil xi wħud minn uliedu lil Molek bl-​iskop li jniġġes il-​post qaddis tiegħi+ u jkasbar l-​isem qaddis tiegħi.+  U jekk in-​nies tal-​pajjiż jagħlqu għajnejhom apposta għal dan ir-​raġel meta jagħti lil xi ħadd minn uliedu lil Molek u ma jagħtuhx il-​mewt,+  imbagħad jien, min-​naħa tiegħi, żgur li se ndawwar wiċċi kontra dan ir-​raġel u l-​familja tiegħu,+ u tabilħaqq li se naqtaʼ minn fost il-​poplu lilu u lil kulmin ikollu relazzjoni immorali+ flimkien miegħu billi jkollu relazzjoni immorali maʼ Molek.  “‘Inkwantu għal xi ħadd* li jdur lejn il-​medji taʼ l-​ispirti+ u lejn dawk li xogħolhom hu li jbassru l-​ġrajjiet+ sabiex ikollu relazzjoni immorali magħhom, jien żgur li se ndawwar wiċċi kontra dan il-​bniedem* u naqtgħu minn fost il-​poplu tiegħu.+  “‘U tridu tqaddsu lilkom infuskom u turu li intom qaddisin,+ għaliex jien Ġeħova Alla tagħkom.  U tridu tħarsu l-​istatuti tiegħi u tagħmluhom.+ Jien Ġeħova li qed inqaddiskom.+  “‘Jekk ikun hemm xi raġel li jisħet lil missieru u lil ommu,+ żgur li għandu jingħata l-​mewt.+ Għax ikun seħet lil missieru u lil ommu. Demmu stess ikun fuqu.+ 10  “‘Issa raġel li jagħmel adulterju maʼ mart raġel ieħor ikun għamel adulterju maʼ mart sieħbu.+ Żgur li għandu jingħata l-​mewt, sew l-​adulteru u sew l-​adultera.+ 11  U raġel li jimtedd maʼ mart missieru jkun kixef l-​għera taʼ missieru.+ It-​tnejn li huma żgur li għandhom jingħataw il-​mewt. Demmhom stess ikun fuqhom. 12  U jekk raġel jimtedd maʼ mart ibnu, it-​tnejn li huma żgur li għandhom jingħataw il-​mewt.+ Ikunu għamlu xi ħaġa li tmur kontra dak li hu naturali. Demmhom stess ikun fuqhom.+ 13  “‘U meta raġel jimtedd maʼ raġel l-​istess bħalma jimtedd maʼ mara, it-​tnejn li huma jkunu għamlu xi ħaġa mistkerrha.+ Żgur li għandhom jingħataw il-​mewt. Demmhom stess ikun fuqhom. 14  “‘U jekk raġel jieħu lil xi mara u lil ommha, din tkun kondotta laxka.+ Għandhom jaħarqu lilu u lilhom fin-​nar,+ sabiex ma jkunx hemm iktar kondotta laxka+ f’nofskom. 15  “‘U jekk raġel ikollu relazzjoni sesswali* maʼ bhima,+ żgur li għandu jingħata l-​mewt, u l-​bhima għandkom toqtluha. 16  U jekk mara tersaq lejn xi bhima biex ikollha x’taqsam magħha,+ trid toqtol lill-​mara u lill-​bhima. Żgur li għandhom jingħataw il-​mewt. Demmhom stess ikun fuqhom. 17  “‘U jekk raġel jieħu lil oħtu, bint missieru jew bint ommu, u jara l-​għera tagħha, u hi tara l-​għera tiegħu, dan ikun għajb.+ Għalhekk, iridu jiġu maqtugħin minn quddiem għajnejn ulied il-​poplu tagħhom. Hu jkun kixef l-​għera t’oħtu. Għandu jwieġeb għall-​iżball tiegħu. 18  “‘U jekk raġel jimtedd maʼ mara li jkollha t-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar u jikxef l-​għera tagħha, ikun kixef it-​tnixxija tagħha, u hi nfisha tkun kixfet it-​tnixxija taʼ demmha.+ Għalhekk, it-​tnejn li huma jridu jiġu maqtugħin minn fost il-​poplu tagħhom. 19  “‘U tikxifx l-​għera t’oħt ommok+ jew t’oħt missierek,+ għax tkun kxift l-​għera+ taʼ qariba mid-​demm. Għandhom iwieġbu għall-​iżball tagħhom. 20  U raġel li jimtedd maʼ mart zijuh ikun kixef l-​għera taʼ zijuh.+ Għandhom iwieġbu għall-​iżball tagħhom. Għandhom imutu bla tfal.+ 21  U jekk raġel jieħu mart ħuh, din tkun xi ħaġa mistmerra.+ Ikun kixef l-​għera taʼ ħuh. Għandhom jibqgħu bla tfal. 22  “‘U intom tridu tħarsu l-​istatuti+ kollha tiegħi u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ kollha tiegħi u tagħmluhom, sabiex l-​art li se niħodkom biex tgħammru fiha ma tobżoqkomx ’il barra.+ 23  U timxux fuq l-​istatuti tal-​ġnus li qed inkeċċihom minn quddiemkom,+ għaliex huma għamlu dawn l-​affarijiet kollha u jien nistmerrhom.+ 24  Għaldaqstant għedtilkom:+ “Intom, min-​naħa tagħkom, se tieħdu f’idejkom l-​art tagħhom, u jien, min-​naħa tiegħi, se nagħtihielkom biex tiħduha f’idejkom, art li tnixxi ħalib u għasel.+ Jien Ġeħova Alla tagħkom, li fridtkom mill-​popli.”+ 25  Tridu tagħmlu distinzjoni bejn il-​bhima nadifa u dik mhix nadifa u bejn it-​tajra mhix nadifa u dik nadifa;+ u tniġġsux ruħkom+ bil-​bhima u t-​tajra u kwalunkwe ħaġa li titħarrek fuq l-​art u li jien fridtilkom meta ddikjarajthom mhux nodfa. 26  U tridu turu li intom qaddisin għalija,+ għaliex jien, Ġeħova, qaddis;+ u se nifridkom mill-​popli biex tkunu tiegħi.+ 27  “‘U inkwantu għal raġel jew mara li jkunu medji taʼ l-​ispirti jew ikollhom spirtu taʼ tbassir,+ żgur li għandhom jingħataw il-​mewt.+ Għandhom iħaġġruhom sakemm imutu. Demmhom stess ikun fuqhom.’”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ruħ.”
Letteralment, “ruħ.”
Ara Le 18:20, in-​nota taʼ taħt.