Levitiku 18:1-30

18  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Jien Ġeħova Alla tagħkom.+  Tagħmlux+ kif tagħmel l-​art taʼ l-​Eġittu, li għammartu fiha; u tagħmlux+ kif tagħmel l-​art taʼ Kangħan, li qed inġibkom fiha; u timxux fuq l-​istatuti tagħhom.  Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ tiegħi għandkom twettqu, u għandkom tħarsu l-​istatuti+ tiegħi sabiex timxu fuqhom.+ Jien Ġeħova Alla tagħkom.  U tridu tħarsu l-​istatuti tiegħi u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi, li jekk bniedem iħarishom, jgħix ukoll permezz tagħhom.+ Jien Ġeħova.+  “‘Intom ma tridux tersqu, ebda raġel minnkom, lejn xi ħadd li jiġi minnkom mill-​qrib biex tikxfulu l-​għera.+ Jien Ġeħova.  Tikxifx l-​għera taʼ missierek+ u l-​għera t’ommok. Hi ommok. Tikxifx l-​għera tagħha.  “‘Tikxifx l-​għera taʼ mart missierek.+ Hi l-​għera taʼ missierek.  “‘Inkwantu għall-​għera t’oħtok, bint missierek jew bint ommok, sew jekk imwielda fl-​istess dar u sew jekk le, tikxifx l-​għera tagħha.+ 10  “‘Inkwantu għall-​għera taʼ bint ibnek jew bint bintek, tikxifx l-​għera tagħhom, għaliex huma l-​għera tiegħek. 11  “‘Inkwantu għall-​għera taʼ bint il-​mara taʼ missierek, nisel missierek, peress li hi oħtok, tikxifx l-​għera tagħha. 12  “‘Tikxifx l-​għera t’oħt missierek. Hi l-​qariba minn demm missierek.+ 13  “‘Tikxifx l-​għera t’oħt ommok, għaliex hi qariba minn demm ommok. 14  “‘Tikxifx l-​għera taʼ ħu missierek. Tersaqx lejn martu. Hi zitek.+ 15  “‘Tikxifx l-​għera taʼ mart ibnek.+ Hi mart ibnek. Tikxifx l-​għera tagħha. 16  “‘Tikxifx l-​għera taʼ mart ħuk.+ Hi l-​għera taʼ ħuk. 17  “‘Tikxifx l-​għera taʼ mara u taʼ bintha.+ Tiħux lil bint binha jew lil bint bintha sabiex tikxfilha l-​għera tagħha. Dawn huma qraba minn demmha. Din hi kondotta laxka.+ 18  “‘U minbarra martek tiħux bħala t-​tieni mara lil oħtha wkoll bħala rival+ biex tikxef l-​għera tagħha, jiġifieri, flimkien magħha meta hi tkun għadha ħajja. 19  “‘U tersaqx lejn mara biex tikxef l-​għera tagħha meta ma tkunx safja+ minħabba t-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar.+ 20  “‘U m’għandux ikollok relazzjoni sesswali* maʼ mart sieħbek biex minħabba dan issir mhux nadif.+ 21  “‘U tħalli lil ħadd+ minn uliedek jiġi offrut lil Molek.+ Tkasbarx+ isem Alla tiegħek b’dan il-​mod. Jien Ġeħova.+ 22  “‘U timteddx maʼ raġel+ l-​istess bħalma timtedd maʼ mara.+ Din hi ħaġa moqżieża. 23  “‘U m’għandux ikollok relazzjoni sesswali maʼ xi bhima+ biex issir mhux nadif biha, u mara m’għandhiex tieqaf quddiem bhima biex ikollha x’taqsam magħha.+ Dan imur kontra dak li hu naturali. 24  “‘Titħammġu b’ebda waħda minn dawn l-​affarijiet, għaliex b’dawn l-​affarijiet kollha tħammġu+ l-​ġnus li qed inkeċċi ’l barra minn quddiemkom. 25  Minħabba f’hekk l-​art mhix nadifa, u se nġib il-​kastig għall-​iżball tagħha fuqha, u l-​art se tobżoq ’il barra lill-​abitanti tagħha.+ 26  U intom tridu tħarsu l-​istatuti tiegħi u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ u ma tridu tagħmlu ebda waħda minn dawn l-​affarijiet mistkerrhin kollha, sew jekk wieħed ikun imwieled fil-​pajjiż u sew jekk ikun resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom.+ 27  Għax dawn l-​affarijiet mistkerrhin kollha għamlu+ n-​nies taʼ din l-​art li kienu qabilkom, u b’hekk l-​art mhix nadifa. 28  Imbagħad l-​art ma tobżoqkomx ’il barra talli niġġistuha bħalma żgur li se tobżoq ’il barra lill-​ġnus li kienu qabilkom.+ 29  Jekk xi ħadd jagħmel xi waħda minn dawn l-​affarijiet mistkerrhin kollha, l-​erwieħ li jagħmluhom iridu jiġu maqtugħin minn fost il-​poplu tagħhom.+ 30  U intom tridu tħarsu l-​obbligu tagħkom lejja biex ma tipprattikawx id-​drawwiet mistkerrhin li ġew prattikati qabilkom,+ sabiex ma titħammġux bihom. Jien Ġeħova Alla tagħkom.’”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “jagħti t-​tixrid taʼ l-​isperma tiegħu.” F’vers 23 ukoll.