Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Levitiku 16:1-34

16  U Ġeħova kellem lil Mosè wara l-mewt taż-żewġ ulied t’Aron talli resqu quddiem Ġeħova b’mod mhux xieraq, u b’hekk mietu.+  U Ġeħova qal lil Mosè: “Għid lil ħuk Aron li m’għandux jidħol meta jrid fil-post qaddis+ ’il ġewwa mill-purtiera,+ quddiem l-għatu li qiegħed fuq l-Arka, għax inkella jmut;+ għaliex jien se nidher fi sħaba+ fuq l-għatu.+  “Aron għandu jidħol fil-post qaddis+ b’dan li ġej: barri żgħir għal offerta għad-dnub+ u muntun għal offerta tal-ħruq.+  Għandu jilbes il-libsa twila mqaddsa taʼ l-għażel,+ u l-qalziet taʼ taħt taʼ l-għażel+ għandu jintlibes fuq ġismu, u għandu jitħażżem bit-terħa taʼ l-għażel+ u jgeżwer maʼ rasu t-turbant taʼ l-għażel.+ Dawn huma ħwejjeġ imqaddsin.+ U jrid jinħasel fl-ilma+ u jilbishom.  “U mingħand il-ġemgħa taʼ wlied Israel+ għandu jieħu żewġ gidjien irġiel għal offerta għad-dnub+ u muntun wieħed għal offerta tal-ħruq.+  “U Aron irid jippreżenta l-barri taʼ l-offerta għad-dnub, li tkun għalih innifsu,+ u jagħmel tpattija+ għalih innifsu+ u għal daru.+  “U jrid jaqbad iż-żewġ gidjien u jqegħedhom quddiem Ġeħova fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa.  U Aron irid jitfaʼ x-xorti+ fuq iż-żewġ gidjien, xorti waħda għal Ġeħova u x-xorti l-oħra għal Għażażel.*+  U Aron irid jippreżenta l-gidi li fuqu telgħet ix-xorti+ għal Ġeħova, u jagħmlu offerta għad-dnub.+ 10  Imma l-gidi li fuqu telgħet ix-xorti għal Għażażel għandu jitqiegħed ħaj quddiem Ġeħova biex issir tpattija għalih, sabiex jibagħtu+ fix-xagħri+ għal Għażażel. 11  “U Aron irid jippreżenta l-barri taʼ l-offerta għad-dnub, li tkun għalih innifsu, u jagħmel tpattija għalih innifsu u għal daru; u jrid joqtol il-barri taʼ l-offerta għad-dnub, li tkun għalih innifsu.+ 12  “U jrid jieħu r-reċipjent għall-inċens+ mimli ġamar tan-nar minn fuq l-artal+ quddiem Ġeħova, u l-pali taʼ idejh it-tnejn+ mimlijin bl-inċens fin u jfuħ,+ u jrid iġibhom ’il ġewwa mill-purtiera.+ 13  Irid ukoll ipoġġi l-inċens fuq in-nar quddiem Ġeħova,+ u d-duħħan taʼ l-inċens jinfirex u jgħatti l-għatu taʼ l-Arka,+ li qiegħed fuq it-Testimonjanza,+ għax inkella jmut. 14  “U jieħu ftit mid-demm tal-barri+ u jroxxu b’sebgħu biswit l-għatu n-naħa tal-lvant, u jroxx+ ftit mid-demm b’sebgħu sebaʼ darbiet quddiem l-għatu.+ 15  “U joqtol il-gidi taʼ l-offerta għad-dnub, li jkun għall-poplu,+ u jġib demmu ’l ġewwa mill-purtiera+ u b’demmu+ jagħmel l-istess bħalma għamel bid-demm tal-barri; u jroxxu lejn l-għatu u quddiem l-għatu. 16  “U jagħmel tpattija għall-post qaddis rigward in-nuqqas taʼ ndafa+ taʼ wlied Israel u rigward l-irvellijiet tagħhom fi dnubiethom kollha;+ u hekk għandu jagħmel għat-tinda tal-laqgħa, li tinsab f’nofshom, f’nofs in-nuqqas taʼ ndafa tagħhom. 17  “U m’għandu jkun hemm ebda bniedem ieħor fit-tinda tal-laqgħa mindu jidħol biex jagħmel tpattija fil-post qaddis sakemm joħroġ; u jagħmel tpattija għalih innifsu+ u għal daru u għall-kongregazzjoni kollha kemm hi taʼ Israel.+ 18  “U joħroġ lejn l-artal,+ li qiegħed quddiem Ġeħova, u jagħmel tpattija għalih, u jieħu ftit mid-demm tal-barri u ftit mid-demm tal-gidi u jpoġġih fuq il-qrun taʼ l-artal dawramejt.+ 19  Irid ukoll iroxx+ fuqu ftit mid-demm b’sebgħu sebaʼ darbiet u jnaddfu u jqaddsu min-nuqqas taʼ ndafa taʼ wlied Israel. 20  “Meta jkun spiċċa jagħmel tpattija+ għall-post qaddis u għat-tinda tal-laqgħa u għall-artal, irid jippreżenta wkoll il-gidi l-ħaj.+ 21  U Aron iqiegħed idejh it-tnejn+ fuq ras il-gidi l-ħaj u jistqarr+ fuqu l-iżbalji+ kollha taʼ wlied Israel u l-irvellijiet tagħhom kollha fi dnubiethom kollha,+ u jpoġġihom fuq ras il-gidi+ u jibagħtu fix-xagħri+ permezz taʼ raġel li jkun intgħażel apposta.+ 22  U l-gidi jrid iġorr fuqu l-iżbalji+ kollha tagħhom f’art li hi deżert,+ u hu jrid jibgħat il-gidi fix-xagħri.+ 23  “U Aron irid jidħol fit-tinda tal-laqgħa u jinżaʼ l-ħwejjeġ taʼ l-għażel li libes meta daħal fil-post qaddis, u jħallihom hemmhekk.+ 24  U jinħasel fl-ilma+ f’post qaddis+ u jilbes ħwejġu+ u joħroġ u joffri l-offerta tal-ħruq tiegħu+ u l-offerta tal-ħruq tal-poplu+ u jagħmel tpattija għalih innifsu u għall-poplu.+ 25  U jaħraq ix-xaħam taʼ l-offerta għad-dnub fuq l-artal.+ 26  “Dak+ li bagħat il-gidi għal Għażażel+ għandu jaħsel ħwejġu, u jinħasel fl-ilma,+ u mbagħad ikun jistaʼ jidħol fil-kamp. 27  “Madankollu, il-qassis iqabbadhom joħorġu ’l barra mill-kamp il-barri taʼ l-offerta għad-dnub u l-gidi taʼ l-offerta għad-dnub, li d-demm tat-tnejn li huma ddaħħal biex issir tpattija fil-post qaddis; u jaħarqu fin-nar il-ġlud tagħhom u l-laħam tagħhom u l-ħmieġ tagħhom.+ 28  U min jaħraqhom għandu jaħsel ħwejġu, u jinħasel fl-ilma, u mbagħad ikun jistaʼ jidħol fil-kamp. 29  “U dan iservi bħala statut għal żmien indefinit għalikom:+ Fis-sebaʼ xahar, fl-għaxra tax-xahar,+ għandkom tgħakksu ruħkom,*+ u ma tagħmlu ebda xogħol,+ sew min twieled fil-pajjiż u sew ir-resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom. 30  Għax f’dan il-jum issir tpattija+ għalikom biex tiġu dikjarati nodfa. Se tkunu nodfa minn dnubietkom kollha quddiem Ġeħova.+ 31  Dan huwa Sabat*+ taʼ mistrieħ komplet għalikom, u tridu tgħakksu ruħkom. Dan hu statut għal żmien indefinit. 32  “U l-qassis li jkun midluk+ u li jkun ngħata s-setgħa f’idu biex jaqdi bħala qassis,+ bħala suċċessur+ taʼ missieru, jagħmel tpattija u jilbes il-ħwejjeġ taʼ l-għażel.+ Dawn huma ħwejjeġ imqaddsin.+ 33  U jagħmel tpattija għas-santwarju qaddis,+ u jagħmel tpattija għat-tinda+ tal-laqgħa u għall-artal;+ u jagħmel tpattija wkoll għall-qassisin u għan-nies kollha tal-kongregazzjoni.+ 34  U dan iservi bħala statut għal żmien indefinit għalikom,+ sabiex tagħmlu tpattija darba fis-sena+ għal ulied Israel rigward id-dnubiet kollha tagħhom.” U hu għamel bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

Noti taʼ taħt

It-tifsira eżatta taʼ “għal Għażażel” mhix ċara. Hi espressjoni użata b’konnessjoni mal-gidi mibgħut fix-xagħri. Qabbel Le 16:10, 26.
Dan jistaʼ jirreferi għal sawm u restrizzjonijiet simili. F’vers 31 ukoll.
Is-Sabat kien minn inżul ix-xemx tal-Ġimgħa sa nżul ix-xemx tas-Sibt. Ara Eżo 16:23, in-nota taʼ taħt.